Konferenza ta' Ċipru dwar is-Sostenibbiltà u r-Responsabbiltà Korporattiva
Il-Konferenza ta' Ċipru dwar is-Sostenibbilita' u r-Responsabbilta' Korporattiva hija l-aktar laqgħa annwali komprensiva ta' kumpaniji u eżekuttivi f'Ċipru ffukata fuq inizjattivi ta' responsabbilta' soċjali korporattivi u l-iżvilupp ta' strateġiji għal sostenibbilta' korporattiva fit-tul. Dan bl-applikazzjoni tal-princċipji ta' investiment ESG (Ambjentali, Soċjali, Governanza). Fid-dawl tal-importanza li dejjem qed tikber fir-rigward ta' kwistjonijiet ambjentali u soċjali, l-iżvilupp sostenibbli qed isir priorita' globali, li jqanqal ħafna gvernijiet, soċjetajiet ċivili, u negozji biex jadottaw prattiki ġodda. Ir-realta' l-ġdida enfasizzat il-ħtieġa li jiġu adottati mudelli tan-negozju aktar reżiljenti, u Ċipru huwa fost il-pajjiżi li lesti li tkun tagħmel parti minn din il-bidla.
F'Ċipru, in-numru ta' kumpaniji li jirrikonoxxu l-importanza ta' investiment f'indikaturi ESG dejjem qiegħed jikber. Dawn il-kumpaniji jgħarfu li dan jista' jwassal fit-tiksib ta' sostenibbilta' fit-tul u biex ikun hemm titjib fil-valur tan-negozju tagħhom. Fl-istess ħin, organizzazzjonijiet barranin li joperaw ġewwa ċ-Ċipru qed jadottaw politiki ESG u qed jikkontribwixxu direttament għall-isforzi globali. Hekk kif il-konsumaturi u l-investituri jsiru aktar sensittivi għall-kwistjonijiet relatati mal-ambjent, u mas-soċjeta' u governanza tajba, il-kumpaniji jiffaċċjaw l-obbligu li jadattaw malajr u b'mod effiċċenti għal rekwiżiti ġodda biex iżommu s-sostenibbilita' taghhom. [1]
L-għan
[immodifika | immodifika s-sors]L-għan ewlieni tal-Konferenza ta’ Ċipru, li se ssir għas-16-il darba fl-2024 fil-Lukanda Hilton f'Nikosja, huwa li tippreżenta l-aħjar prattiki fis-sostenibbiltà korporattiva u r-responsabbiltà soċjali minn kemm kumpaniji Ċiprijotti kif ukoll minn dawk internazzjonali. Barra minn hekk, se tanalizza r-raġunijiet għalfejn il-kumpaniji se jsiru aktar attraenti u jkollhom ċans akbar għal sostenibbiltà fit-tul. L-integrazzjoni ta' miri li jistgħu jitkejlu u l-aħjar prattiki fil-kuntest tal-ESG taffettwa direttament il-mudell tan-negozju, l-istruttura organizzattiva, il-politiki finanzjarji, u l-ħtiġijiet operattivi tal-kumpaniji. [2]
Il-programm
[immodifika | immodifika s-sors]Il-konferenza se tkun qed teżamina bir-reqqa l-aħħar żviluppi globali fis-sostenibbiltà u r-responsabbiltà korporattiva, filwaqt li se tiffoka fuq is-CSRD (Corporate Sustainability Reporting Directive), kriterji ESG, u standards ESRS (European Sustainability Reporting Standards). Se jiġu ppreżentati wkoll studji ta’ każijiet internazzjonali u domestiċi ta’ kumpaniji li implimentaw politiki innovattivi. Il-konferenza hija organizzata mill-organizzazzjoni mhux governattiva indipendenti CSR Cyprus, b'kollaborazzjoni ma’ IMH, kumpanija li tispeċjalizza fl-organizzazzjoni professjonali ta' konferenzi, seminars, workshops, wirjiet kummerċjali, u l-għoti ta’ premjijiet tan-negozji. Il-15-il konferenza ta’ Ċipru hija appoġġjata minn Meridianbet Cyprus. [3]
Parteċipanti
[immodifika | immodifika s-sors]Fost dawk li se jattendu għall-Konferenza ta' Ċipru dwar is-Sostenibbiltà u r-Responsabbiltà Korporattiva se jinkludu:
- Maniġers tas-Settur ESG
- Maniġers fil-Marketing, Komunikazzjoni u Relazzjoni Pubbliċi
- Eżekuttivi minn kumpaniji Ċiprijotti ta' kull settur u daqs
- Aġenziji tar-Reklamar
- Fornituri tas-Servizzi u Professjonisiti fil-Komunikazzjoni u Relazzjoni Pubblċi
- Uffiċċji ta' Konsulenza u Esperti
- Organizzazzjonijiet mhux Governattivi
- Organizzazzjoniet ta' min Iħaddem
- Kmamar tal-Kummerċ
- Korpi professjonali oħra interessati fl-implementazzjoni ta' żvilupp sostenibbli [4]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "The Corporate Sustainability & Responsibility Awards will take place in July". The Corporate Sustainability & Responsibility Awards will take place in July (bl-Ingliż). Miġbur 2024-06-28.
- ^ "16th Corporate Sustainability and Responsibility Conference". www.csrcyprus.org.cy (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2024-06-28. Miġbur 2024-06-28.
- ^ "GODINA DELOVANJA KOMPANIJE MERIDIAN: Najznačajnije inicijative koje su obeležile 2023. | RTK". www.rtk.rs. Miġbur 2024-07-22.
- ^ "16ο Συνέδριο για την Εταιρική Βιωσιμότητα & Υπευθυνότητα - IMH". https://www.imhbusiness.com/en/ (bl-Ingliż). Miġbur 2024-06-28. Ħolqa esterna f'
|sit=
(għajnuna)