Knejjes Rumaneski Katalani tal-Vall de Boí
Il-Knejjes Rumaneski Katalani tal-Vall de Boí huma sensiela ta' disa' knejjes Rumaneski Bikrin fil-Vall de Boí, fil-comarca Katalana ta' Alta Ribagorça, fil-Provinċja ta' Lleida, li tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fis-sena 2000.[1]
Storja tal-affreski
[immodifika | immodifika s-sors]Matul il-bidu tas-seklu 20 sar sforz kbir biex jiġu studjati u kkatalogati l-affreski Rumaneski fil-knejjes Katalani tal-inħawi tal-Vall de Boí. Din l-attività ġiet imqanqla kemm mill-interessi akkademiċi tal-istudjużi kif ukoll mill-kummerċjanti tal-arti li kellhom f'moħħhom il-gwadann finanzjarju.
Fl-1904 u fl-1906, il-Klabb tal-Ġiti bil-Mixi tal-Katalonja organizza l-ewwel ġiti fost l-oħrajn fil-Vall de Boí, bl-għan li jsiru pjanti tal-inħawi, jinġibdu r-ritratti u jittieħdu n-noti. Sussegwentement, f'Ġunju 1907 twettqet spedizzjoni mill-Istitut għall-Istudji Katalani sabiex jiġu studjati, iddokumentati u jittieħdu ritratti tal-binjiet u tal-opri tal-arti importanti kulturalment fil-Vall d'Aran u f'Alta Ribagorça, inkluż fil-Vall de Boí.[2]
B'hekk, bejn l-1905 u l-1909, il-Bord tal-Mużewijiet ta' Barċellona stampa repliki fidili ta' dawn l-affreski tal-Pirinej, u l-pubblikazzjoni ta' dawn l-opri tal-arti qanqlu x-xewqa tal-akkwiżizzjoni tagħhom mill-mużewijiet u mill-kollezzjonisti privati.
Sal-1919, bosta intermedjarji kienu involuti fix-xiri u fil-bejgħ ta' dawn ix-xogħlijiet, li marru l-iktar għand mużewijiet u kollezzjonijiet privati fl-Istati Uniti. F'każ iddokumentat partikolari, artiġjani Taljani u Pollakki tħallsu mill-industrijalista u l-kollezzjonista tal-arti Lluis Planidura biex jaqilgħu l-affreski minn knejjes iżolati u bigħ l-apsida tal-Knisja ta' Santa Maria de Mur lill-Mużew tal-Belle Arti ta' Boston fl-1921 (b'mod kompletament legali) qabel l-għadab tal-artisti u tal-kuraturi Spanjoli ma waqqfu.[3][4]
L-inħawi ta' Taüll saru eċċezzjoni għal din ix-xejra, peress li l-popolazzjoni lokali rrifjutaw li l-affreski u opri oħra tal-arti jitneħħew mill-knejjes tagħhom. Din l-azzjoni eskalat sal-livell tal-Commonwealth tal-Katalonja u tal-isqof ta' La Seu d'Urgell. Finalment, intlaħaq qbil li l-affreski l-aħjar li jinżammu fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti Katalana (MNAC), f'post sigur fejn ma setgħux jinsterqu jew jgħaddu minn xi tranżazzjoni bla skrupli. Tim ta' restawraturi Taljani wettqu l-biċċa xogħol li jaqilgħu l-affreski minn mal-ħajt, u f'xi każijiet jissostitwixxu l-opri tal-arti b'repliki fil-post.[5]
L-affreski Rumaneski ta' Taüll ippreservati fl-MNAC minn dak iż-żmien 'l hawn saru famużi madwar id-dinja kollha. L-interess fost l-akkademiċi u l-professjonisti tal-arti wassal biex isir studju sistematiku tal-affreski Rumaneski l-oħra kollha fl-inħawi tal-Vall de Boí, u bosta minnhom issa qed jiġu protetti mill-MNAC f'Barċellona u fil-Mużew ta' Vic.[6]
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Knejjes Rumaneski Katalani tal-Vall de Boí ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fis-sena 2000.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]
Komponenti
[immodifika | immodifika s-sors]Kodiċi | Isem | Ritratt | Lokalità | Koordinati |
---|---|---|---|---|
988-001 | Knisja ta' Sant Feliu de Barruera | Barruera | 42°30′15″N 0°48′09″E / 42.504068°N 0.802377°E | |
988-002 | Knisja ta' Sant Joan de Boí | Boí | 42°31′21″N 0°50′01″E / 42.522415°N 0.833571°E | |
988-003 | Knisja ta' Santa Maria de Taüll | Taüll | 42°31′13″N 0°50′50″E / 42.520229°N 0.847181°E | |
988-004 | Knisja ta' Sant Climent de Taüll | Taüll | 42°31′03″N 0°50′55″E / 42.517419°N 0.848656°E | |
988-005 | Knisja ta' Santa Maria de l'Assumpció de Cóll | Cóll | 42°28′20″N 0°46′22″E / 42.472117°N 0.772736°E | |
988-006 | Knisja ta' Santa Maria de Cardet | Cardet | 42°29′52″N 0°47′10″E / 42.497814°N 0.78602°E | |
988-007 | Knisja ta' La Nativitat de Durro | Durro | 42°29′53″N 0°49′15″E / 42.498156°N 0.820706°E | |
988-008 | Eremitaġġ ta' Sant Quirc de Durro | Durro | 42°29′42″N 0°48′41″E / 42.495108°N 0.811497°E | |
988-009 | Knisja ta' Santa Eulàlia d'Erill la Vall | Erill la Vall | 42°31′29″N 0°49′32″E / 42.5248°N 0.825525°E |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Catalan Romanesque Churches of the Vall de Boí". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-21.
- ^ "Iglesias romanicas de la Vall de Boi". web.archive.org. 2017-03-21. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-03-21. Miġbur 2022-08-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Meisler, Stanley. "The Case of the Disappearing Frescoes". The Smithsonian. 1988 (1): 52–61.
- ^ "A Catalonian Fresco". Museum of Fine Arts Bulletin. Museum of Fine Arts, Boston. 19 (115): 59. 1921. ISSN 0899-0344.
- ^ "Centre del Romànic de la Vall de Boí". www.centreromanic.com. Miġbur 2022-08-21.
- ^ "Tagħrif dwar il-knejjes Rumaneski Katalani prinċipali". web.archive.org. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-04.