Mikiel Spiteri
Mikiel Spiteri | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | 20 Awwissu 1917 |
Nazzjonalità | Malta |
Mewt | 8 Lulju 2008 |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Malti |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | kittieb |
Mikiel Spiteri (magħruf bħala Kilin; twieled fl-20 ta' Awwissu 1917 – miet fit-8 ta' Lulju 2008) kien kittieb Malti.[1][2][3]
Tfulija
[immodifika | immodifika s-sors]Ommu u missier Kilin kienu Anna Azzopardi u Diegu Spiteri. Dawn kellhom għaxart itfal li minnhom tlieta mietu fit-tfulija. Kilin jgħid li meta kien żgħir kien se jmut b'xemxata kbira.
Kilin mill-ewwel deher li kien se jipprometti fl-iskola għax kien tifel li kellu interess f'kollox u kien determinat li ried jirnexxi. Ħa l-edukazzjoni sekondarja tiegħu fil-Liċeo.
Servizz Pubbliku
[immodifika | immodifika s-sors]Ħadem bħala uffiċjal tad-dwana bejn l-1935 u l-1941 u f'diversi dipartiment tal-Gvern sal-1975.
Letteratura
[immodifika | immodifika s-sors]Il-laqam "Kilin" beda jużah meta darba sema' lil xi ħadd isejjaħ lil xi ħadd ieħor Kilin u dan l-isem għoġbu.
Kilin beda jikteb fl-1966 meta kellu 31 sena u l-aktar li kien iħobb jikteb kienet il-proża, bħal novelli, rumanzi u saġġi bil-Malti.
L-ewwel xogħlijiet tiegħu letterarji ppubblikati kienu Burdati (1970) u Burdati 71 (1971).
L-aktar xogħol magħruf ta' Kilin hu Fuq il-Għajn ta' San Bastjan (1973). Wara kiteb Wara l-Għajn ta' San Bastjan (1994) u Iż-Żmien Isajjar il-Bajtar (1996) fejn jissoktaw it-tifkiriet ta' tfulitu u żgħożitu. Imma Kilin iddikjara li l-aktar ktieb li jogħġbu kien Tlikki Tlikki ma' Wenzu.
Kilin huwa l-awtur ta' erba' rumanzi: L-Għafrid (1975), Tmint Ijiem fi Dragunara (1984), It-Tapit Imsaħħar (1995) uTinsiex, Publius, Tinsiex! (2003).
Fl-1998 ġabar in-novelli fil-ktieb Għajnejn Kalanġ li jiġbru ‘kwadru morali' tal-ħajja, bil-ħelu u bil-morr tagħha.
Huwa ttraduċa L-Alla li ma Nemminx Fih (1983) mill-Ispanjol u ħareġ sensiela ta' ħames kotba żgħar Kappelli u Knejjes Żgħar (1967), Nistqarr (1968), Djar is-Sultana (1969 u Osanna (1978).
Wayside Chapels (1966) u A Maltese Mosaic (1990) huma l-verżjoni bl-Ingliż ta' dawn il-kotba.
Kilin kiteb ukoll xi poeżiji.
Kilin baqa' jsemma' leħnu fil-ġurnali, sikwit jilmenta fuq il-bidliet li għaddej minnhom ilsienna.
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-1973 rebaħ il-Premju Rothmans għal-Letteratura bid-dramm Bl-Irġulija u bl-Onestà, li deher fi ktieb bl-istess titlu flimkien ma' ġabra ta' novelli.
Fl-1981, Tmint Ijiem fi Dragunara (ħareġ 1984) rebaħ it-tieni premju fil-Konkors Buġelli.
Fl-1999, in-novella Id-Dell tal-Fatat ġiet fit-tieni post minn fost 842 novella f'kompetizzjoni li nżammet fl-Italja. In-novella kienet bil-Malti u hu stess qalibha bit-Taljan.
Fit-13 ta' Diċembru 2000, ingħata l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika mill-President ta' Malta dak iż-żmien Guido de Marco.
Ftit xhur qabel miet f'għeluq id-90 sena l-Akkademja tal-Malti onoratu b'tifkira għall-ħidma sfiqa u bla heda tul ħajtu kollha għall-ilsien Malti.
Ħajja Personali
[immodifika | immodifika s-sors]Kien mżżewweġ lil Ġuża Mifsud u kellhom sebat itfal. Kien nannu ta' 17 u bużnannu ta' 12 .
Għamel ħafna snin jgħix l-Imsida u għex hemm sakemm miet.
Kilin kien iħobb il-familja, tant li kemm-il darba ddikjara li biex jieħu ħsiebha sewwa ġieli kellu jagħmel sitt xogħlijiet.
Mikiel Spiteri kien ukoll iffissat fuq iċ-Ċess u kien iħobb imur għall-kwiet fil-kampanja u joqgħod ipinġi.
Xogħlijiet
[immodifika | immodifika s-sors]Saġġi u novelli
[immodifika | immodifika s-sors]- Burdati (1970)
- Burdati 71 (1971)
- Tlikki Tlikki ma' Wenzu (1972)
- Hawn Aħna, Wenz (1991)
- Fuq il-Għajn ta' San Bastjan (1973)
- Wara l-Għajn ta' San Bastjan (1994)
- Iż-Żmien Isajjar il-Bajtar (1996)
- Għajnejn Kalanġ (1998) ġabra ta' novelli
Drammi
[immodifika | immodifika s-sors]- Bl-Irġulija u bl-Onestà, deher fi ktieb bl-istess titlu flimkien ma' ġabra ta' novelli.
Rumanzi
[immodifika | immodifika s-sors]- L-Għafrid (1975)
- Tmint Ijiem fi Dragunara (1984)
- It-Tapit Imsaħħar (1995)
- Tinsiex, Publius, Tinsiex! (2003).
Diversi
[immodifika | immodifika s-sors]- L-Alla li ma Nemminx Fih (1983) traduzzjoni mill-Ispanjol ta' El Dios en quien no creo (1969) ta' Juan Arias.[4]
- Sensiela ta' ħames kotba żgħar Kappelli u Knejjes Żgħar (1967),
- Nistqarr (1968)
- Djar is-Sultana (1969)
- Osanna (1978).
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Malta titlef wieħed mill-pijunieri tal-Letteratura: Kilin imut fl-eta' ta' 90 sena". Ġrajjiet Malta. 2008-07-09. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-08-15.
- ^ "Mikiel Spiteri (Kilin)". L-Akkademja tal-Malti. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-19.
- ^ Vella, Fiona. "Ipitter bil-kliem u bil-kuluri". fionavella.com.
- ^ El Dios en quien no creo
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Mikiel Spiteri (Mikiel Spiteri) |
- Id-djalett tar-Rabat (Malta) – Intervista ma' Kilin mill-Prof. Manwel Mifsud dwar id-djalett tar-Rabat (Malta)