Aqbeż għall-kontentut

Katrine Camilleri

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Katrine Camilleri
Ħajja
Twelid Malta, 24 Frar 1970 (54 sena)
Nazzjonalità Malta
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni avukat
Premjijiet
List

Katrine Camilleri (twieldet fl-24 ta' Frar 1970) hija avukatessa Maltija, direttriċi tal-JRS Malta (Servizz tal-Ġiżwiti għar-Refuġjati). Fl-2007 ġiet mogħtija il-premju Nansen Refugee Award (United Nations Refugee Award) mill-Aġenzija tal-Ġnus Magħquda għar-Refuġjati bħala rikonoxximent għax-xogħol li twettaq mar-refuġjati u għal-ħidma fid-difiża tad-drittijiet tar-refuġjati.[1] Camilleri ġiet maħtura ambaxxatriċi nazzjonali għas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali (EYID) 2008[2]

Camilleri twieldet fl-24 ta' Frar 1970 u studjat il-liġi fejn bħala studenta għamlet xogħol fuq il-protezzjoni tar-refuġjati, speċjalment fuq kif refuġjati jaslu biex jagħrfu u jiksbu d-drittijiet tagħhom. Wara li ggradwat mil-Università ta' Malta fl-1994 bdiet taħdem ma ditta ta' avukati fejn għall-ewwel darba ġiet f'kuntatt ma' refuġjati.

Fl-2002, in-numru ta' refuġjati u immigranti irregolari li kienu qed jaslu Malta bil-baħar għoliet sew. Wara li għenet tegħleb id-deportazzjoni ta' ċittadin Libjan li kien qed ifittex il-kenn ta' refuġjat u li kien jgħaddi riskju ta' persekuzzjoni f'każ ta' deportazzjoni, l-interess ta' Camilleri fil-protezzjoni tar-refuġjati żdied u fl-1996> bdiet taħdem fl-uffiċju ta Malta tal JRS – l-ewwel bħala voluntiera u aktar tard bħala impjegata.[3][a] JRS kienet l-ewwel organizzazzjoni biex toffri servizz legali fuq bażi regolari lill-detenuti f'Malta.[3] Fl-2011 saret direttriċi tal-JRS.

Titli u rikonoxximenti

[immodifika | immodifika s-sors]
  1. ^ F'ħafna bijografiji, is-sena 1997 hija mgħotija bħala data tal-bidu tax-xogħol tagħha mal-JRS. Fl-intervista ma' SBS, Camilleri tat l-1996.[3]
  1. ^ "Nansen Refugee Award goes to advocate for boat people in Malta" (bl-Ingliż). 2007-09-18. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-05-20.
  2. ^ "Dr. Katrine Camilleri" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-02-18.
  3. ^ a b ċ "SBS Maltese program". SBS. 2007-10-01. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-08-20. Miġbur 2008-07-20.
  4. ^ "Maltese lawyer wins top UN refugee award for aiding Mediterranean boat people" (bl-Ingliż). Il-Ġnus Magħquda. 2007-09-18.