Kaskati ta' Galdelsha
Il-Kaskati ta' Gadelsha (bir-Russu: Гадельша, bil-Baxkir: Ғәҙелша, "Ибраһим") huma kaskati għoljin 15-il metru fir-Russja. Jinsabu fix-xmara Khudolas fid-Distrett ta' Baymaksky, ir-Repubblika ta' Baxkortostan. Ix-xmara Khudolas tibda minn fawwara ħdejn il-muntanja ta' Yaman-Tash u tnixxi tul ix-xaqliba tal-Lvant tal-katina muntanjuża ta' Irenyk.[1] Id-distanza mill-kaskati għal Sibai hija ta' 15-il kilometru. Il-Kaskati ta' Gadelsha huma l-ogħla kaswati fil-Baxkortostan u ilhom monument naturali mill-1965. Huma protetti mill-istat bħala monument naturali uniku. Il-kaskati għandhom diversi ismijiet: Ibragimovsky, Tuyalas, Khudolas; iżda l-iżjed isem komuni huwa Gadelsha, isem li oriġina minn isem villaġġ fil-qrib bl-istess isem.
Il-kaskati għandhom tliet stadji, b'għoli totali ta' iktar minn 15-il metru. Il-kaskata ta' fuq għandha għoli ta' 1.2 metru, it-tieni u t-tielet kaskati huma għoljin madwar 7 metri kull waħda. Ir-rata tal-fluss tal-ilma tal-kaskati tvarja skont l-ammont ta' preċipitazzjoni. Fis-sajf, matul in-nixfa, ir-rata tkun ta' madwar 10 l/s biss, iżda fir-rebbiegħa l-kaskati jkunu maestużi. L-aqwa żmien biex wieħed iżur il-kaskati huwa fir-rebbiegħa meta jkun hemm ħafna ilma. Fl-inħawi tal-kaskati, hemm diversi speċijiet ta' djaspru, u huma wkoll ta' interess kbir bħala ħaġar ornamentali prezzjuż, magħrufa mad-dinja kollha.[2]
Madwar il-kaskati wieħed jista' jsib diversi pjanti rari wkoll. B'hekk, il-kaskati huma attrazzjoni turistika popolari ħafna.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Водопад Гадельша. Республика Башкортостан". Miġbur 2024-06-11.
- ^ "Водопад Гадельша - Озера Башкирии - Там где можно отдохнуть". web.archive.org. 2018-06-12. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-06-12. Miġbur 2024-06-11.