Karl Shuker

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Karl Shuker
Ħajja
Twelid West Midlands (en) Translate, 9 Diċembru 1959 (64 sena)
Nazzjonalità Renju Unit
Edukazzjoni
Alma mater University of Leeds (en) Translate
University of Birmingham (en) Translate
Lingwi Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni biologu
żoologu
kittieb
poeta
Premjijiet

Karl P. N. Shuker (t. 1959) huwa zoologu, kripto-zoologu u awtur Brittaniku li jgħix fil-West Midlands, l-Ingilterra. Huwa jaħdem bħala konsulent zooloġikali, konsulent tal-media u kittieb awtorevoli tal-kripto-zooloġija.

Shuker kiseb B.Sc fiz-zooloġija mill-Università ta’ Leeds u ġab id-dottorat fiz-zooloġija u l-fizjoloġija komparattiva mill-Università ta’ Birmingham. Huwa membru ta’ ħafna soċjetajiet xjentifiċi. Shuker huwa wieħed mill-kriptologi l-aktar magħrufa fid-dinja. Kiteb diversi artikli u ppubblika erbatax-il ktieb.

Shuker kien l-ewwel kripto-zoologu li ġibed l-attenzjoni dwar numru konsiderevoli ta’ kriptidi li sa dakinhar ma kinux magħrufin. Minbarra l-pubblikazzjonijiet tiegħu, Shuker jikkorrispondi regolarment fil-Fortean Times, huwa l-editur speċjali u korrispondent dwar il-kripto-zooloġija għal Strange Magazine, u korrispondent regolari għal Fate u pubblikazzjonijiet oħrajn simili. Barra minn dan, huwa konsulent zooloġiku għar-rekords dinjija tal-Guinness. Ikkontribwixxa bħala konsulent għal diversi serje televiżivi wkoll, bħal Into the Unknown tad-Discovery TV.

Speċi ġdida ta’ Loricifera, Pliciloricus shukeri, issemmiet għalih fl-2005.

Kotba[immodifika | immodifika s-sors]

Konsulenza jew korrispondenza[immodifika | immodifika s-sors]

  • Man and Beast (1993)
  • Secrets of the Natural World (1993)
  • Almanac of the Uncanny (1995)
  • The Guinness Book of Records/Guinness World Records (1997-Present Day)
  • Mysteries of the Deep (1998)
  • Guinness Amazing Future (1999)
  • The Earth (2000)
  • Monsters (2001)
  • Chambers Dictionary of the Unexplained (2007)
  • Chambers Myths and Mysteries (2008)
  • The Fortean Times Paranormal Handbook (2009)

Links esterni[immodifika | immodifika s-sors]