Talpa marsupjal tat-Tramuntana
Talpa marsupjal tat-Tramuntana | |
---|---|
Talpa marsupjal tat-Tramuntana jew karkarratul Notoryctes caurinus | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Infraklassi: | Metatheria |
Superordni: | Australidelphia |
Ordni: | Notoryctemorphia Kirsch, in Hunsaker, 1977 |
Familja: | Notoryctidae Ogilby, 1892 |
Ġeneru: | Notoryctes Stirling, 1891 |
Speċi: | N.caurinus |
Isem binominali | |
Notoryctes caurinus | |
Firxa tat-Talpa marsupjal tat-Tramuntana |
It-talpa marsupjal tat-Tramuntana "Notoryctes caurinus" jew kif inhi magħrufha wkoll karkarratul hija mammiferu marsupjal rari, ta' daqs żgħir, mifrux mad-deżerti fil-majistral ta' l-Awstralja u hija 1 miż-2 speċi ta' talpi marsupjali.
Din l-ispeċi għal ħafna żmien twil kienet meqjusha bħala popolazjoni oħra minn ta' l-ispeċi "Notoryctes typhlops" it-talpa marsupjal ta' Nofsinhar jew itjaritjari, dan għaliex huma simili ħafna ta' xulxin, ftit differenzi huma d-daqs u s-snien.
Dieta
[immodifika | immodifika s-sors]It-talpa marsupjal tat-Tramuntana hija marsupjal karnivoru, attiv ħafna kemm matul il-ġurnata kif ukoll bil-lejl. Il-biċċa l-kbira tad-dieta tikkonsisti minn larvi u pupae ta' insetti tad-deżert, għalkemm rettili u annimali vertebrati żgħar oħra jiġu ikkunsmati wkoll.
Deskrizzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]It-talpa marsupjal tat-Tramuntana jew karkarratul, hija mammiferu għami u mill-għajnejn baqa' biss par lenti midfuna taħt il-ġilda li minn barra jidhru bħala żewġ tbajja u żewġ toqbiet ċkejkna mgħottija bil-pil iservu ta' widnejn.
Dan il-marsupjal għandu ġismu f'forma ċilindrika (tubu) b'tul massimu ta' 16-il ċm, ras f'forma konika (lembut), b'biċċtejn ġilda iebsa kwadrati, waħda fuq il-moħħ u l-oħra fuq l-imnieħer bħala protezzjoni u denb qasir ta' 2.6cm jew inqas li jispiċċa b'forma ta' ballun ċkejken bl-istess tip ta' ġilda. Il-pil fin ħafna, pjuttost qasir lewn il-krema fil-bajdani, ileqq b'iridexxenza dehebija.
It-talpa marsupjal tat-Tramuntana morfometrikament hija l-iżgħar speċi fost it-tnejn li jeżistu u d-daqs apparti l-lokalità huwa fattur determinanti biex wieħed jagħraf l-ispeċi, dan minħabba li huma kważi identiċi.
Riproduzzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Ftit li xejn huwa magħruf dwar ir-riproduzzjoni ta' dawn l-annimali. Fir-raġel it-testikoli huma interni u fil-mara l-marsupju evolva jħares lura biex waqt it-tħaffir taħt l-art ma jidħolx ramel u huwa maqsum fi 2 u f'kull parti hemm beżżula 1, fih jilqa' massimu ta' 2 embrjuni kull darba.
Evoluzzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]It-talpa marsupjal tat-Tramuntana tipprovdi eżempju ċar ta' evoluzzjoni konverġenti mat-talpi plaċentati inġenerali u xi ħaġa partikolari mat-talpi dehbin tal-kontinent Afrikan. Għalkemm dawn relatati biss bill-fatt li huma kollha mammiferi, ix-xebħ esterjuri huwa wieħed straordinarju u dan jirrifletti t-toroq simili li huma ħadu fl-evoluzzjoni.
Il-linja anċestrali ta' dan il-marsupjal tmur lura minn ta' l-inqas 50 miljun sena ilu u l-klassifikazzjoni eżatta tagħhom għadha suġġett ta' dibattitu sa llum.
Klassifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- University of Western Australia marsupial mole home page
- Research mission to discover conservation requirements (includes photo)
- Nature news story (includes photo)
- AusEmade: Marsupial Mole Information
- Archer, Hand & Godthelp, Australia's lost world: Riversleigh, World Heritage Site, Reed New Holland, 1991. ISBN 1-876334-59-2
- Groves, Colin (2005-11-16). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 22.