Aqbeż għall-kontentut

Talpa marsupjal ta' Nofsinhar

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Talpa marsupjal ta' Nofsinhar
Talpa marsupjal ta' Nofsinhar jew Itjaritjari Notoryctes typhlops
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Infraklassi: Metatheria
Superordni: Australidelphia
Ordni: Notoryctemorphia
Kirsch, in Hunsaker, 1977
Familja: Notoryctidae
Ogilby, 1892
Ġeneru: Notoryctes
Stirling, 1891
Speċi: N.typhlops
Isem binominali
Notoryctes typhlops
Sottospeċi
Firxa tat-Talpa marsupjal ta' Nofsinhar jew itjaritjari Notoryctes typhlops


It-talpa marsupjal ta' Nofsinhar Notoryctes typhlops jew kif inhi magħrufha ukoll itjaritjari, kif jgħid isimha hija mammiferu marsupjal rari, ta' daqs żgħir, mifrux mad-deżerti fin-Nofsinhar tal-Awstralja u hija 1 miż-2 speċijiet ta' talpi marsupjali.

Minn studji reenti l-ispeċi Notoryctes typhlops turi li hija magħmula minn 2 sottospeċijiet, dik miċ-ċentru tal-Awstralja Notoyctes typhlops typhlops u dik minn Nofsinhar tal-istat Awstraljan ta' Nofsinhar Notoryctes typhlops ? li għad trid tingħata isem.

It-talpa marsupjal ta' Nofsinhar hija marsupjal karnivoru, attiv ħafna kemm matul il-ġurnata kif ukoll bil-lejl. Il-biċċa i-kbira tad-dieta tikkonsisti minn larvae u pupae ta' insetti tad-deżert, għalkemm rettili u annimali vertebrati żgħar oħra jiġu ikkunsmati wkoll.

It-talpa marsupjal ta' Nofsinhar jew itjaritjari, hija mammiferu għami, u mill-għajnejn baqa' biss par lenti midfuna taħt il-ġilda li minn barra jidhru bħala żewġ tbajja u żewġ toqbiet ċkejkna mgħottija bil-pil iservu ta' widnejn.

Dan il-marsupjal għandu ġismu b'forma ċilindrika (tubu) b'tul massimu ta' 18ċm, ras forma konika (lembut), b'biċċtejn ġilda iebsa kwadrati, waħda fuq il-moħħ u l-oħra fuq l-imnieħer bħala protezzjoni, b'denb qasir ta' 2.6cm jew inqas li jispiċċa b'forma ta' ballun ċkejken bl-istess tip ta' ġilda. Il-pil fin ħafna, pjuttost qasir lewn il-krema fil-bajdani, ileqq b'iridexxenza dehebija.

It-talpa marsupjal ta' Nofsinhar hija l-akbar speċi fost it-tnejn li jeżistu u d-daqs apparti l-lokalità huwa fattur determinanti biex wieħed jagħraf l-ispeċijiet, dan minħabba li huma simili ħafna ta' xulxin.

Riproduzzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Ftit li xejn huwa magħruf dwar ir-riproduzzjoni ta' dawn l-annimali. Fir-raġel it-testikoli huma interni u fil-mara l-marsupju evolva jħares lura biex waqt it-tħaffir taħt l-art ma jidħolx ramel u huwa maqsum fi 2 u f'kull parti hemm beżżula 1 , fih jilqa' massimu ta' 2 embrjuni kull darba.

It-talpa marsupjal ta' Nofsinhar jew itjaritjari tipprovdi eżempju ċar ta' evoluzzjoni konverġenti mat-talpi plaċentati inġenerali u xi ħaġa partikolari mat-talpi dehbin tal- kontinent Afrikaan. Għalkemm dawn relatati biss bill-fatt li huma kollha mammiferi, ix-xebħ esterjuri huwa wieħed straordinarju u dan jirrifletti it-toroq simili li huma ħadu fl-evoluzzjoni.

Il-linja anċestrali ta' dan il-marsupjal tmur lura minn ta' l-inqas 50 miljun sena ilu u l-klassifikazzjoni eżatta tagħhom għadha suġġett ta' dibattitu sal-lum.

Klassifikazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq jew Linkijiet Esterni

[immodifika | immodifika s-sors]