Knisja tal-Madonna ta' Hodegitria
Il-Knisja tal-Madonna ta' Hodegetria Tmagħrifa ukoll bħala l-Kappella tal-Madonna ta' Itria, hija knisja żgħira fl-inħawi ta' Binġemma l-Mġarr, Malta.[1]
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Kappella oħra ddedikata lill-Madonna ta' l-Odegetria kienet oriġinarjament inbniet fil-qrib fl-1600 minn Giovanni Maria Xara, sid l-art f'dawk l-inħawi. Din il-kappella ma nżammetx sew u fl-1658, l-Isqof Miguel Jerónimo de Molina ordna li tiġi dekonsakrata. In-neputi ta’ Xara, Staninslaw, irkupra l-ġebel minn din il-knisja ċkejkna fl-1680 u beda jibni oħra xi ftit ikbar ftit metri ‘l bogħod. Il-baruni iż-żgħir u l-werrieta tiegħu ipprovdew appoġġ finanzjarju sħiħ għall-bini u l-manutenzjoni kollha ta' din l-kappella li għadha tiffunżjonha fi żmienna.[2] L-ismijiet u d-dati ewlenin ta' din l-istorja hija iddokumentata fi skrizzjoni tal-irħam ġewwa l-knisja stess.
Il-kappella l-ġdida żammet id-dedikazzjoni oriġinali lill-Hodegetria, li kien titlu popolari għall-knejjes fis-seklu sittax u sbatax, minħabba l-assoċjazzjoni ordni ta' San Bażilju mad-devozzjoni ortodossa lejn il-Madonna Odegitria (jiġifieri, "il-Verġni Marija li turi t-triq"), li waqqafet ukoll sit monastiku fil-Wied ta' Itria fin-Nofsinhar tal-Italja.[bżonn referenza]
Struttura arkitettonika
[immodifika | immodifika s-sors]Il-kappella tikkonsisti mill-knisja, sagristija żgħira mibnija fuq il-ġenb tal-knisja, u li għandha bieb għal barra, u kamra żgħira fuq is-sagristija, li kienet maħsuba bħala kwartieri privati għall-qassis li jieħu ħsieb il-kappella. Mill-materjali tal-kostruzzjoni, inkluż travu tal-azzar, jidher li s-sagristija u l-kamra ta’ fuqha nbnew xi żmien wara l-kappella, iżda mhux magħruf eżatt meta seħħ dan.
Il-binja tinsab fit-tarf ta’ irdum tal-blat ta’ Wied Binġemma, immedjatament fuq qabar Puniku. Viċin il-knisja hemm ukoll il-Victoria Lines.
Il-knisja għandha zuntier żgħir, b'erba' tarġiet fin-nofs li jwasslu għad-daħla prinċipali. Żewġ twieqi żgħar tal-ħġieġ jippermettulek tara ġewwa l-knisja anke meta l-bieb ikun magħluq. Il-faċċata u l-bqija tal-bini huma pjuttost sempliċi. Fuq il-bieb hemm tieqa tonda, u fuq din it-tieqa hemm l-arma tal-Baruni Stanislaw Xara, li bena din il-knisja. Fuq il-knisja hemm kampnar żgħir b'arkata b'salib fuqu, u qanpiena tal-bronż. Fil-kantunieri tal-faċċata, fin-naħa ta’ fuq, hemm disinji trijangolari tal-ġebel li jagħtu lill-kappella l-karatteristika li tingħaraf li tiddistingwiha minn kamra tal-ġebel ordinarja mibnija f’żona rurali.
Fuq ġewwa il-bini hija wkoll pjuttost sempliċi, b’artal wieħed tal-ġebel u ieħor tal-injam evidentament miżjud fl-aħħar parti tas-seklu għoxrin. Hemm pittura waħda kbira ex-voto mdendla fuq l-artal. L-uniċi xbihat reliġjużi oħra fil-knisja huma l-istazzjonijiet tas-salib, li kienu mogħtija mill-Kontessa Marija Antonia Sant permezz ta’ digriet papali fit-28 ta’ Diċembru 1870.[2]
Amministrazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Għalkemm il-knisja taqa' fil-ġuriżdizzjoni tal-Parroċċa tal-Imġarr, il-knisja hija amministrata mis-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, li kull nhar ta’ Sibt filgħaxija u Ħadd filgħodu tagħmel quddiesa hemmhekk. [3]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Knisja tal-Madonna ta' Hodegitria (Ta' Binġemma)". Parishes - Archdiocese of Malta (bil-Malti). Miġbur 2023-11-12.
- ^ a b Brincat, Joe. "MGR Tal-Itria". www.kappellimaltin.com. Miġbur 2023-11-12.
- ^ "Ħinijet tal-quddies – Parroċċa Santa Marija Mtellgħa s-Sema, l-Imġarr" (bil-Malti). Miġbur 2024-10-02.