Julia Evelina Smith

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Julia Evelina Smith
Ħajja
Twelid 27 Mejju 1792
Nazzjonalità Stati Uniti tal-Amerka
Mewt 6 Marzu 1886
Post tad-dfin Glastonbury
Familja
Omm Hannah Hadassah Hickok Smith
Aħwa
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni traduttur
traduttur tal-Bibbja
kittieb
suffraġist

Julia Evelina Smith (27 ta’ Mejju 1792 - 6 ta’ Marzu 1886) kienet attivista għas-suffraġju tan-nisa Amerikani kif ukoll l-ewwel mara li ttraduċiet il-Bibbja mil-lingwi oriġinali tagħha għall-Ingliż. Hija wkoll l-awtriċi tal-ktieb Abby Smith and her Cows, li fih tirrakkonta l-ġlieda tagħha u t’oħtha Abby Hadassah Smith fir-reżistenza għat-taxxa, u favur il-vot tan-nisa meta kienu jgħixu f’ Kimberly Mansion f’Connecticut.

Bijografija[immodifika | immodifika s-sors]

Smith twieldet f’familja kbira ta’ nisa attivisti tad-drittijiet għall-edukazzjoni, l-abolizzjoni, u s-suffraġju tan-nisa, magħrufin bħala l-iSmiths ta’ Glastonbury. Fl-1994 il-familja kollha ġiet inkluża fil-Connecticut Women's Hall of Fame. Julia kienet ir-raba’ minn ħamest ibniet,  ta’ Hannah Hadassah (Hickok) Smith (1767–1850) u Zephaniah Smith, membru tal-kleru għani u nonkonformist li mbagħad sar bidwi f’Glastonbury, Connecticut. Julia kienet tattendi s-seminarju għan-nisa ta’ Troy. Fl-età ta’ 87 sena, iżżewġet lil Amos Parker, armel minn New Hampshire.

Publikazzjonijiet[immodifika | immodifika s-sors]

Traduzzjoni tal-Bibbja[immodifika | immodifika s-sors]

Smith kienet studjuża u kellha għarfien tal-Latin, il-Grieg u l-Lhudi. Billi kienet qrat il-Bibbja fil-lingwi oriġinali, iddeċidiet li tittraduċiha b’enfasi fuq il-litteralità. Wara tmien snin ta’ ħidma, fl-1855 lestiet it-traduzzjoni, iżda din ġiet stampata għoxrin sena wara. Fl-1876 ġiet ippubblikata The Holy Bible: Containing the Old and New Testaments; Translated Literally from the Original Tongues ta’ Smith. Ma kinitx traduzzjoni mexxejja u faċli biex tinqara minħabba li Smith użat stil ta’ traduzzjoni kelma b’kelma. Madankollu, il-traduzzjoni ta’ Smith kienet l-uniku traduzzjoni kontemporanja mil-lingwi oriġinali disponibbli fl-Ingliż sakemm bdiet tiġi ppubblikata l-British Revised Version fl-1881. Kienet ukoll l-ewwel traduzzjoni kompluta tal-Bibbja tradotta minn mara.