Joseph Azzopardi
| Joseph Azzopardi | |
|---|---|
| Ħajja | |
| Twelid | L-Isla, 8 April 1955 (70 sena) |
| Okkupazzjoni | |
| Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Joseph Azzopardi (Isla, 8 t'April 1955) huwa l-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika f'Malta. Huwa kien il-Prim Imħallef fil-Qrati ta' Malta bejn l-2018 u l-2020.
Avukat
[immodifika | immodifika s-sors]Huwa ngħata l-warrant biex jeżerċità l-professjoni ta’ avukat fl-1980.
Huwa pprattika estensivament bħala avukat fil-qrati u kien ukoll konsulent legali ta’ diversi korporazzjonijiet pubbliċi.
Huwa serva wkoll bħala direttur tal-Mid Med Bank fil-Bord tal-Awtorità tad-Djar kif ukoll kien elett bħala membru tal-Kamra tal-Avukati u bħala president tal-istess Kamra.
Politika
[immodifika | immodifika s-sors]Huwa kien kandidat mal-Partit Laburista għal elezzjoni waħda, dik tal-1981, iżda ma kienx elett.
Imħallef
[immodifika | immodifika s-sors]Huwa nħatar Imħallef tal-Qrati Superjuri fl-2003 u serva fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, fil-Qorti tal-Familja u s-Sekond’ Awla tal-Qorti Ċivili sakemm fi Frar tas-sena 2013 huwa ġie maħtur mill-Prim Imħallef biex iservi bħala imħallef fil-Qorti tal-Appell (Sede Superjuri).
Kien ilu mill-2010 membru tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja b’għażla tal-imħallfin stess.
Nhar is-26 ta’ April, 2018, huwa nħatar Prim Imħallef.