Johnny Catania
Dehra
| Dan l-artiklu dwar persuna huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
| Johnny Catania | |
|---|---|
| Ħajja | |
| Twelid | L-Imsida, 23 Ġunju 1925 |
| Mewt | Windsor, 11 Novembru 1991 |
| Okkupazzjoni | |
| Okkupazzjoni |
attur kantant pustier |
| Sħubija | Stage Commandos |
Johnny Catania (Msida, 23 ta' Ġunju 1925 - 11 ta' Novembru 1991) kien attur u makjettista Malti.
Bejn l-1941 u l-1964 ħadem bħala armament fitter fit-Tarzna.
Flimkien ma' Charles Clews u oħrajna, fl-1945 huwa waqqaf il-kumpanija teatrali Stage Commandos, u sena wara r-Radju Muskettieri. Bejn l-1956 u l-1964 mexxi diversi konkorsi ta' talent.
Kien kummidjant maħbub minn ħafna u għamel wirjiet barra f'Malta, inkluż f'Londra, Toronto, San Francisco, New York, Melbourne u Sydney.
Fl-1964 huwa emigra lejn il-Kanada fejn ħadem bla heda għall-komunità Maltija u b'riżq id-Dar tal-Providenza.