Aqbeż għall-kontentut

John F. Marks

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
John F. Marks
Ħajja
Twelid L-Isla, 26 Ġunju 1894, 1894
Nazzjonalità Kolonja ta' Malta
Mewt Tas-Sliema, 14 Settembru 1954
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
disinjatur
Impjegaturi Tarzna ta' Malta

John F. Marks (Isla, 26 ta' Ġunju 1894 - Tas-Sliema, 14 ta' Settembru 1954)[1] kien wieħed mill-intellettwali ewlenin li kellu l-Partit Laburista fil-bidu tiegħu fis-snin 20, li ta sehem kbir biex Jum il-Ħaddiem fl-1 ta' Mejju jiġi ċċelebrat f’Malta.

Bin Daniel, Lhudi mwieled f'Varsavja, il-Polonja, u Kunċetta mwielda Chetcuti. Studja l-Liċeo, il-Kulleġġ tat-Tarzna u wara daħal jaħdem bħala disinjatur fl-inġinerija fit-Tarzna.

Kien president tal-Każin Laburista tal-Isla. Kien fl-Eżekuttiv tal-Partit mill-1925 'il quddiem u għamel żmien bħala Viċi President tal-Partit.

L-Ewwel ta' Mejju

[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-ktieb tiegħu Bandiera Ħamra: L-Ewwel ta’ Mejju f’Malta, l-awtur Joe Borg iqis lil John Marks bħala l-magna li tat l-ewwel nifsijiet tal-ħajja lill-Ewwel ta’ Mejju f’Malta. Barra minn hekk jgħid li kieku ma kienx għal John F. Marks, forsi llum f’Malta ma niċċelebrawx Jum il-Ħaddiem. L-ewwel darba li l-Ewwel ta’ Mejju ġie ċċelebrat kien proprju fl-Isla fl-1926.

Kiteb ħafna f'ġurnali Laburisti jew Xellugin bħal Il Cotra.

Kiteb ukoll:

  • Tejbilhom Ħajjithom (1937)[2]
  • Il Lingwa Nostra (parodija) (1932)

Wara mewtu l-familja tiegħu tat is-saġġi tiegħu lill-Università ta' Malta bħala donazzjoni.[3]

  1. ^ Għaqda tal-Kittieba tal-Malti. "John F. Marks" (bil-Malti). Ċitazzjoni journal għandha bżonn |journal= (għajnuna)
  2. ^ "John F Marks Archives" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-27.
  3. ^ Independent, Malta (2017-05-14). "John F. Marks's family donates his papers to University of Malta Library" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-27.