Jerzy Grotowski
Jerzy Grotowski | |
---|---|
![]() | |
Ħajja | |
Twelid |
Rzeszów (en) ![]() |
Nazzjonalità |
Polonja Franza |
Residenza |
Pontedera (en) ![]() |
Mewt |
Pontedera (en) ![]() |
Familja | |
Aħwa |
uri
|
Edukazzjoni | |
Alma mater |
Russian Institute of Theatre Arts (en) ![]() Stanisław Wyspiański Academy for the Dramatic Arts (en) ![]() |
Lingwi |
Pollak Taljan |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
reġista teatrali professur direttur tal-films drama teacher (en) ![]() |
Post tax-xogħol |
Wrocław Pariġi Pontedera (en) ![]() |
Impjegaturi | Collège de France (1997 - 1999) |
Premjijiet | |
Influwenzat minn |
Wincenty Lutosławski (en) ![]() |
Sħubija | Akkademja Amerikana tal-Arti u tax-Xjenzi |
![]() |
Dan l-artiklu dwar il-kultura huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
![]() |
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Jerzy Marian Grotowski (/'jɛr.zi groʊ'tɑv.ski/; 11 Awwissu 1933 – 14 Jannar 1999) kien direttur u innovatur pollakk tat-teatru sperimentali, tal-principji fuq "it-teatru laboratorju" u "teatru fqir".
Grotowski twieled f'Rzeszów gewwa l-Polonja 11 t'Awwissu 1933, u miet Pontedera, Toskana, Italia fl-14 ta' Jannar 1999 ta' 65 sena.
Bijografija[immodifika | immodifika s-sors]
Jerzy Grotowski Twieled fil-11 ta' Awwissu 1933 fil-belt ta Rzeszów, Polonja. Meta l-gwerra bdiet fl-1939, ir-rabta qawwija mal-familja tieghu ġiet miksura. Missieru mar ghal-gwerra u ma reġax irritorna lura, u ommu, flimkien ma ħuħ u hu stess, itrasferixxu ruħhom fir-raħal żgħir ta' 'Nienadówka. Kien ġewwa Nienadówka li z-zagħzugħ Grotowski kellu diversi esperjenzi essenzjali li ser jiffurmaw lilu u x-xogħol tiegħu fil-futur. Ommu hija wkoll influwenza importanti bl'opinjonijiet qawwija tagħha dwar l-unità u l-komunità.
Karriera[immodifika | immodifika s-sors]
Teatru ta' Produzjonijiet[immodifika | immodifika s-sors]
Grotowski għamel id-debutt direttorjali tiegħu fl-1958 bil-produzzjoni 'l-Allat tax-Xita', li introduċiet l-approċċ inteliġenti tieghu lejn it-test, li huwa kompla jiżviluppa matul il-karriera u li nfluwenzat ħafna artisti tat-teatru. Aktar tard fl-1958 Grotowski ttrasferixxa għal Opole fejn ġie mistieden mill-kritiku teatrali u drammaturgu Ludwik Flaszen biex iservi bħala direttur tat-'Teatru tat-Tlettax il-Ringiela'. Għawnhekk huwa beda jgħaqqad kumpanija ta' atturi u kollaboraturi artistiċi biex jgħinuh jirrealizza l-viżjoni unika tiegħu. Kien ghawnhekk ukoll li huwa beda jesperimenta b'approċċi għat-taħriġ tal-attur, li ppermettilu jsawwar l-atturi żgħażagħ - inizjalment allokati fit-teatru provinċjali tiegħu - fl-artisti li huma konsegwentement saru.
Fost il-produzjonijiet numerużi li għamel, kienu: l'"orfeus" ta' Jean Cocteau, is-"Shakuntala" bbażżat fuq it-test ta' Kalidaża, id-"Dziady" ta'Adam Mickiewicz u l-"Acropolis" ta' Stanislaw Wyspiański, li ghamlu l-kumpanija teatrali tiegħu daqshekk famuża. Din ta' l-aħħar kienet l-ewwel kreazjoni artistika li tħaddem il-kunċett tat-'teatru fqir'. Fiha l-atturi (li qiegħdin jippreżentaw priġunieri f'kamp tal-konċentrament) jibnu struttura bħal krematorju madwar l-udjenza, waqt li jaġixxu u juzaw testi bbażati fuq stejjer mil-bibbja u l-mitoloġija Griega. din il-konċettwalizzazzjoni kellha risonanza partikolari fuq l'udjenzi ta' Opole, minħabba li l-kamp ta' konċentrament ta' Aushwitz kien jinsab biss sittin mil il-bogħod. "Acropolis" irċieva ħafna attenzjoni, u wieħed jista jigħd li din il-produzzjoni bdiet il-karriera ta' Grotowski b'mod internazjonali. Rikordju ċinematografiku ġie anke meħud b'introduzjoni tad-direttur britanniku: Peter Brook, li huwa meqjus wkoll bħala dokument aċċessibli fuq ix-xoghol ta' Grotowski.