Aqbeż għall-kontentut

Jelle Vossen

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jelle Vossen
Informazzjoni personali
Twelid22 ta' Marzu 1989 (1989-03-22) (35 sena)
BilzenBelġju
Tul1.80 m
RwolAttakkant
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliZulte Waregem
Numru9
Mixtliet
1994–1997Eigenbilzen
1997–2000Tongeren
2000–2006Genk
Karriera professjonali
SninKlabb
2006–2015Genk
2009–2010Cercle Brugge (self)
2014–2015Middlesbrough (self)
2015Burnley
2015–2020Club Brugge
2020–Zulte Waregem
Tim nazzjonali
2009–2013Belġju

Jelle Vossen (twieled fit-22 ta' Marzu 1989) huwa plejer tal-futbol Belġjan li jilgħab ma' Zulte Waregem bħala attakkant.

Beda l-karriera tiegħu fost it-timijiet mixtla ta' Genk. Iddebutta mal-ewwel tim fit-3 ta' Novembru 2006, u skorja l-ewwel gowl tiegħu fl-24 ta' Frar 2007 kontra Roeselare. Bejn l-2007 u l-2009 ikkollezzjona 37 logħba u 7 gowls.

Għall-istaġun 2009–10 ġie misluf lil Cercle Brugge fejn wara li skorja 4 gowls f'9 partiti kien imweġġa' għal tliet xhur. Lura għal-logħob, hu sab ix-xibka darbtejn oħra fi 11-il logħba. B'kollox lagħab 26 logħba u skorja 8 gowls (tnejn minnhom ġew f'sitt preżenżi fit-Tazza Belġjana). Wara dan l-istaġun sar figura regolari fit-tim ta' Genk, fejn irnexxielu jiskorja 20 gowl f'37 logħba fil-kompetizzjonijiet kollha fl-istaġun 2010–11.

F'Awwissu tal-2010 estenda l-kuntratt tiegħu b'ħames snin.

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Vossen ġie imsejjaħ għall-ewwel darba fl-iskwadra Belġjana għall-partiti kontra ċ-Ċili u l-Ġappun mit-Tazza Kirin, fejn iddebutta kontra tal-ewwel. Fit-12 ta' Ottubru 2010, skorja l-ewwel gowl tiegħu fid-dro ta' 4–4 kontra l-Awstrija, partita valida għall-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2012.

Gowl Data Post Avversarju Punteġġ Riżultat Kompetizzjoni
1. 12 ta' Ottubru 2010 Stadju King Baudouin, Brussell, Belġju  Awstrija 1–0 4–4 Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2012
2. 29 ta' Marzu 2011 Stadju King Baudouin, Brussell, Belġju  Ażerbajġan 4–1 4–1 Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2012
Genk

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]