Aqbeż għall-kontentut

Jan Vermeer

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jan Vermeer
Ħajja
Isem propju Johannes Vermeer
Twelid Delft, Ottubru 1632
Nazzjonalità Repubblika tal-Pajjiżi l-Baxxi
Residenza Delft
Mewt Delft, 1675
Post tad-dfin Oude Kerk (en) Translate
Familja
Missier Reijnier Janszoon Vermeer
Omm Digna Baltus
Konjuga/i Catharina Bolenes (en) Translate  (5 April 1653 -
Edukazzjoni
Lingwi Olandiż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni pittur
kollezzjonista tal-arti
art dealer (en) Translate
Post tax-xogħol Delft
Xogħlijiet importanti Djana u n-Ninfi
Il-Ġeografiku
Il-Qaħħaba
Qaddejja tferra' l-ħalib
Kristu fid-Dar ta' Marta u Marija
L-Astronomu
Tfajla tongħos
Tfajla bl-imsielet tal-ġawhar
View of Delft (en) Translate
Influwenzat minn Carel Fabritius (en) Translate
Gabriel Metsu (mul) Translate
Dirck van Baburen (en) Translate
Leonaert Bramer (en) Translate
Moviment Pittura tas-Seklu tad-Deheb Olandiż
pittura Barokka
Moviment artistiku pittura tal-ġeneru
ritratt
pajsaġġ urban
Tfajla bl-imsielet tal-ġawhar,

Johannes Vermeer jew Jan Vermeer /jɑn vər'meˑɪ̯r/, (Delft, 31 ta' Ottubru 1632Delft, 15 ta' Diċembru 1675) kien pittur Olandiż.

Qaddejja tferra' l-ħalib, Rijksmuseum, Amsterdam
L-astronomu, Mużew tal-Louvre, Parigi
Sinjorina mal-qaddejja, Frick Collection, New York
Mara taħdem il-bizzilla, Mużew tal Louvre, Pariġi
Tfajla bil-buqar tal-ilma, Metropolitan Museum of Art, New York
Triq ġo Delft, Rijksmuseum, Amsterdam
Suldat ma'tfajla titbissem, Frick Collection, New York

Ftit nafu fuq il-ħajja ta' Vermeer: bħala sorsi għandna biss xi reġistri, xi ftit dokumenti uffiċjali u kummenti ta' artisti oħra. Id-data tat-twelid ma nafuhiex eżatt, nafu biss li tgħammed fil-31 ta' Ottubru 1632 fil-knisja Protestanta ta' Delft. Missieru, Reynier Vermeer, kien nissieġ tal-ħarir tal-klassi nofsanija, li kien jinnegozja wkoll fix-xogħlijiet tal-arti. Ommu Digna, li kienet minn Antwerpen, iżżewġet lil Reynier fl-1615. Fl-1641 il-familja akkwistat lukanda jisimha Mechelen, isem ta' belt fil-Belġju, li kienet tinsab fl-inħawi ta' misraħ is-suq. Reynier barra x-xogħol ta' negozjant tal-arti u ta' nissieġ beda jaħdem ukoll ta' lukandier. Meta miet missieru, fl-1652, Joannes wiret il-lukanda u n-negozji tiegħu.

Minkejja li kien minn familja Protestanta, iżżewweġ tfajla Kattolika, Catherina Bolnes, f'April tal-1653. Barra d-differenzi reliġjużi, il-familja tal-mara kienet iżjed għanja minn dik ta' Vermeer. Jidher li hu kien ikkonverta qabel iż-żwieġ, għax it-tfal tagħhom ingħataw ismijiet ta' qaddisin Kattoliċi minflok tal-ġenituri. Barra minn hekk waħda mill-pitturi tiegħu l-Allegorija tal-fidi, tirrapreżenta l-fidi fl-Ewkaristija, imma ma nafux jekk din tirreferix għall-fidi tal-artista jew ta' min ordnaha.

Ftit wara it-tieġ, il-koppja marru joqogħdu ma' omm Catherina, Maria Thins, armla tat-tajjeb, li kienet fil-kwartier Kattoliku tal-belt. Vermeer baqa' jgħix hemm mal-familja ħajtu kollha. Maria kienet importanti fil-ħajja tal-pittur, l-ewwel tifla issemmiet għaliha u kienet tgħinu bi flusha sakemm hu għamel isem fid-dinja tal-arti. Johannes u martu kellhom b'kollox 14-il tifel u tifla li tlieta minnhom mietu qabel missierhom.

Beda l-apprendistat tiegħu fl-1647, forsi ma' Carel Fabritius. Fid-29 ta' Diċembru 1653, Vermeer sar membru tax-Xirka ta' San Luqa. Mir-reġistri ta' din l-għaqda ta' pitturi nafu li l-artista ma setax iħallas il-miżata tas-sħubija, u dan juri li kellu problemi finanzjarji. Wara s-sitwazzjoni ttejbet, Pieter Van Ruijven, wieħed miċ-ċittadini l-iżjed għonja sar patrun tiegħu u xtara ħafna pitturi minn għandu.

F-1662 Vermeer ġie elett kap tax-Xirka u baqa' f'din il-kariga għal xi snin, sinjal li kien meqjus bħala ċittadin rispettabbli. Però fl-1672 l-invażjoni tar-Repubblika Olandiża mill-Franċiżi ġabet kriżi finanzjarja gravi u nixfet għal kollox id-domanda għal oġġetti ta' lussu bħall-pitturi u, għalhekk in-negozju ta' Vermeer bħala artista u merkant tant mar għall-agħar li kellu jissellef.

Meta miet fl-1675. Lil martu u 'l uliedu, Vermeer ħallilhom ftit flus u ħafna dejn. F'dokument martu waħħlet fl-inkwiet tal-problemi ekonomiċi għal mewtu. Catherina talbet il-Kunsill tal-belt li jieħdu d-dar u l-pitturi bħala ħlas. Dsatax-il pittura baqgħu għand Catherina u Maria, u minn dawn ftit inbiegħu biex jitħallsu l-kredituri.

Vermeer kellu l-ħila jikseb kuluri trasparenti billi japplika punti qrib xulxin fuq it-tila, teknika magħrufa bħala pointillé, li m'għandniex inħawduha ma pointillisme. It-teknika tiegħu tagħti riżultati mill-iżjed vivaċi possibbli, b'effetti, fuq kollox tal-kulur, li hu kien jirriċerka b'interess kważi xjentifiku. Kien iqis is-suġġett bħala konvenjenza: "Il-pitturi ta' Vermeer huma fil-verità naturi mejtin bin-nies".[1]

M'hemmx disinji li żgur nistgħu nattribwuhom lill-artista u l-kwadri tiegħu ma tantx jagħtu ħjiel tal-metodi preparatorji li uża.

Fil-ktieb Secret Knowledge: Rediscovering the Lost Techniques of the Old Masters (Għarfien Sigriet: Riskoperta tat-Tekniki Mitlufa tal-Pitturi l-Kbar)[2], li kiteb il-pittur famuż Ingliż David Hockney fl-2001 (rivedut 2006), informat mill-ħafna studji li għamel dwar l-użu tal-istrumenti ottiċi fil-Pittura Fjamminga, l-awtur isostni li Vermeer, bħal ħafna pitturi oħra tal-epoka, kien jinqeda ħafna bil-camera oscura biex jiddefinixxi l-fiżjonomija eżatta tal-persunaġġi rrappresentati u l-pożizzjoni preċiża tal-oġġetti fil-kompożizzjoni tal-kwadri. Skont it-"teżi Hockney-Falco" (mill-isem tal-pittur u tal-fiżiku Amerikan Charles M. Falco, li għamluha famuża), l-użu ta' dan l-istrument ottiku hu biżżejjed biex jiġġustifika in-nuqqas ta' disinji ta' tħejjija għal pitturi ta' preċiżjoni "fotografika" u fiżjonomika straordinarja ta' ħafna artisti Fjammingi, bħal Van Eyck, u wara tal-epoka barokka, bħal Caravaggio jew Velázquez, u appuntu ta' Vermeer. Imma fuq kollox, skont din it-teżi, l-użu tal-"camera oscura" tispjega wkoll xi wħud mill-effetti sorprendenti tad-dawl fil-kwadri ta' Vermeer, b'mod partikolari l-effetti kurjużi "mhux iffokati" li niltaqgħu magħhom f'xi kapolavuri tiegħu, fejn xi dettalji huma ffokati perfettament u oħrajn mhumiex, bħal effett tipiku li nsibu fit-teknika fotografika moderna.

Il-vivaċità estrema tal-kuluri fil-pitturi ta' Vermeer, li għadna naraw sal-lum, ġejja mill-kura kbira li ħa l-artista fit-tħejjija taż-żebgħa taż-żejt u fit-tfittxija għall-aħjar pigmenti li seta' jsib f'dik l-epoka. Bħala eżempju ta' dan hemm il-ħafna użu li għamel Vermeer tal-ikħal ultramarine, miksub mill-lapislazzuli, li kien iqum ħafna. Dan użah fil-pitturi kollha tiegħu mhux biss pur imma wkoll fl-isfumaturi tal-kuluri intermedji. Anki fis-snin meta kien fi stat finanzjarju ħażin ħafna, dan il-kulur li kien jiswa ħafna, baqa' jużah.[3]

Fix-xogħlijiet tiegħu allura insibu atmosfera eċċezzjonali. "Il-ħajja siekta tal-oġġetti tidher riflessa f'mera ċara; mill-firxa tad-dawl mal-ġewwieni dieħel mit-twieqi mbexxqin, mill-logħob tar-riflessi, mill-effetti tat-trasparenza, penombri u dawl minn wara..."[4]

Il-pitturi foloz

[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-bidu tas-seklu 200 kien hemm proliferazzjoni kbira fis-swieq tal-arti ta' pitturi ta' Vermeer foloz. Dawn kien qiegħed ipinġihom wieħed mill-iżjed falzaturi famużi tal-aħħar seklu, l-Olandiż Han van Meegeren. Dan il-falzatur ta' ħila kbira uża l-istess tekniki tal-pittura tal-artista biex ħoloq ħafna kwadri b'kompożizzjonijiet oriġinali għal kollox u rnexxielu jgħaddihom bħala xogħlijiet awtentiċi ta' Vermeer, tant li ħafna kollezzjonisti famużi u xi wħud mill-mużewijiet mill-iżjed importanti tal-Ewropa kisbu dawn il-kwadri għall-kollezzjonijiet tagħhom.[5]

Bla dubju dan il-fenomenu famuż għenu n-nuqqas stramb ta' sorsi dokumentali u ta' studji fil-fond tax-xogħlijiet u tal-figura tal-artista Olandiż, li sal-aħħar tas-seklu 19 kien intnessa u kważi ntilfet kull traċċja tal-istorja artistika tal-pittur. Il-kritika moderna ta' Vermeer bdieha l-istudjuż Franċiż Théophile Thoré-Bürger. Minn dan il-punt 'l hawn, il-figura tiegħu gawdiet attenzjoni dejjem tikber mill-kritiċi u mill-pubbliku li issa għandu fama internazzjonali.

Bibliografija

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Erik Larsen, Jan Vermeer: catalogo completo, Borgo S. Croce, Octavo, 1996. ISBN 88-8030-074-1
  • John Michael Montias, Vermeer: l'artista, la famiglia, la città, Torino: Einaudi, 1997. ISBN 88-06-12192-8
  • Roberto Diodato, Vermeer, Góngora, Spinoza - L'estetica come scienza intuitiva, Bruno Mondadori, 1997, 310 pagine, ISBN 88-424-9438-0
  • Norbert Schneider, Vermeer: 1632-1675: i sentimenti dissimulati, Koln, Taschen, 2001. ISBN 3-8228-0972-1
  • Anthony Bailey, Il maestro di Delft: storia di Johannes Vermeer, genio della pittura, Milano, Rizzoli, 2003. ISBN 88-17-87306-3
  • Liedtke, Walter (2009). The Milkmaid by Johannes Vermeer. New York: The Metropolitan Museum of Art. ISBN 978-1-58839-344-9
  • Liedtke, Walter A. (2001). Vermeer and the Delft School. Metropolitan Museum of Art. ISBN 978-0-87099-973-4
  • Kreuger, Frederik H. (2007). New Vermeer, Life and Work of Han van Meegeren. Rijswijk: Quantes. pp. 54, 218 and 220 give examples of Van Meegeren fakes that were removed from their museum walls. Pages 220/221 give an example of a non–Van Meegeren fake attributed to him. ISBN 978-90-5959-047-2
  • Schneider, Nobert (1993). Vermeer. Cologne: Benedikt Taschen Verlag. ISBN 3-8228-6377-7
  • Sheldon, Libby; Nicola Costaros (February 2006). Johannes Vermeer’s ‘Young woman seated at a virginal. The Burlington Magazine (vol. CXLVIII ed.) (1235).
  • Steadman, Philip (2002). Vermmeer's Camera, the truth behind the masterpieces. Oxford University Press. ISBN 0-19-280302-6
  • Wadum, J. (1998). "Contours of Vermeer". In I. Gaskel and M. Jonker. Vermeer Studies. Studies in the History of Art. Washington/New Haven: Center for Advanced Study in the Visual Arts, Symposium Papers XXXIII. pp. 201–223..
  • Wheelock, Arthur K., Jr. (1981,1988). Jan Vermeer. New York: Abrams. ISBN 0-8109-1737-8.
  • A Zed & Two Noughts (1985), film dirett minn Peter Greenaway. L-istorja fiha għadd kbir ta' riferimenti għal Vermeer.
  • Girl with a Pearl Earring (2003), diretto minn Peter Webber, ibbażat fuq ir-rumanz bl-istess isem ta' Tracy Chevalier.
  • All the Vermeers in New York (1990), film dirett minn Jon Jost.
  • Brush with fate (2003), film televiżiv dirett minn di Brent Shields. Il-film isegwi l-ħajja ta' pittura immaġinarja ta' Vermeer hija u tgħaddi minn idejn diversi nies. Il-film hu bbażata fuq ir-rumanz Girl In Hyacinth Blue ta' Susan Vreeland,

Xogħlijiet kollha magħrufa jew attribwiti lil Vermeer

[immodifika | immodifika s-sors]
Titlu Ġeneru Teknika Rimarki Daqs Data Nru[6] Kollezzjoni Nru tal-inventarju Xbieha
L-Allegorija tal-FidiAllegorijażejt fuq it-tila114,3 × 88,91671-1674 (ca.)35The Metropolitan Museum of Art, New York32.100.18
L-Arti tal-PitturaAllegorijażejt fuq it-tilaiffirmata120 × 1001665-1666 (ca.)19Kunsthistorisches Museum, VjennaGG_9128
L-AstronomuPittura tal-ġenerużejt fuq it-tilaiffirmata51,5 × 45,51668 (iddatat)27Mużew tal-Louvre, PariġiRF 1983-28
Kristu fid-dar ta' Marta u MarijaPittura ta' suġġett biblikużejt fuq it-tilaiffirmata160 × 1421654-1656 (ca.)2National Gallery of Scotland, EdinburguNG 1670
Il-Kunċert[7]Pittura tal-ġenerużejt fuq it-tilaiffirmata72,5 × 64,71664-1667 (ca.)20Isabella Stewart Gardner Museum, Boston
Mara bil-kullana tal-ġawharPittura tal-ġenerużejt fuq it-tilaiffirmata55 × 451662-1665 (ca.)17Staatliche Museen Preussischer Kulturbesitz, Gemäldegalerie, Berlin
Mara taħdem il-bizzillaPittura tal-ġenerużejt fuq it-tila, imwaħħla fuq tavlaiffirmata24 × 211669-1670 (ca.)32Mużew tal-Louvre, PariġiMI 1448
Diana u sħabaPittura b'suġġett mitoloġikużejt fuq it-tilaiffirmata97,8 × 104,61653-1656 (ca.)1Mauritshuis, L-Aja
Ir-ruffjanaPittura tal-ġenerużejt fuq it-tilaiffirmata143 × 1301656 (daté)4Staatliche Kunstsammlungen, Gemäldegalerie Alte Meister, Dresden
Mara bil-ljutuPittura tal-ġenerużejt fuq it-tila51,4 × 45,71662-1665 (ca.)14The Metropolitan Museum of Art, New York25.110.24
Mara liebsa l-ikħal taqra ittraPittura tal-ġenerużejt fuq it-tila46,5 × 391662-1665 (ca.)16Rijksmuseum, AmsterdamC-251
Mara bil-miżienPittura tal-ġenerużejt fuq it-tila42,5 × 381662-1665 (ca.)18National Gallery of Art, Washington1942.9.97
Tfajla bil-kappell aħmarRitrattżejt fuq tavlaiffirmata23,2 × 18,11665-1666 (ca.)28National Gallery of Art, Washington1937.1.53
Il-ġeografuPittura tal-ġenerużejt fuq it-tilaiffirmata52 × 451669 (daté)29Städel Museum, Franfurt, Franza1149
Tfajla bil-buqar tal-ilmaPittura tal-ġenerużejt fuq it-tila45,7 × 40,61662-1665 (ca.)15The Metropolitan Museum of Art, New York89.15.21
Tfajla tikteb ittraPittura tal-ġenerużejt fuq it-tilaiffirmata45 × 39,91665-1666 (ca.)24National Gallery of Art, Washington1962.10.1
It-tfajla bil-flawtRitrattżejt fuq tavlaattribué à JV20 × 17,81665-1670 (ca.)22National Gallery of Art, Washington1942.9.98
It-tfajla bl-imsielet tal-ġawharRitrattżejt fuq it-tilaiffirmata44,5 × 391665-1667 (ca.)23Mauritshuis, L-Aja
Tfajla b'tazza nbidPittura tal-ġenerużejt fuq it-tilaiffirmata78 × 671659-1660 (ca.)13Herzog Anton Ulrich-Museum, Brunswick316
Qaddejja tferra' l-ħalibPittura tal-ġenerużejt fuq it-tila45,45 × 40,61658-1661 (ca.)10Rijksmuseum, AmsterdamA-2344
Lezzjoni tal-mużikaPittura tal-ġenerużejt fuq it-tilaiffirmata73,3 × 64,51662-1664 (ca.)21Kollezzjoni tar-Reġina Eliżabetta II, Buckingham Palace, LondraRCIN 405346
Lezzjoni tal-mużika interrottaPittura tal-ġenerużejt fuq it-tila39,37 × 44,451658-1661 (ca.)9The Frick Collection, New York1901.1.125
L-ittra ta' mħabbaPittura tal-ġenerużejt fuq it-tilaiffirmata44 × 38,51669-1670 (ca.)26Rijksmuseum, AmsterdamA-1595
Tfajla taqra ittra ħdejn it-tieqaPittura tal-ġenerużejt fuq it-tilatraces de signature (?)83 × 64,51657-1659 (ca.)7Staatliche Kunstsammlungen, Gemäldegalerie Alte Meister, Dresden
Sinjorina mal-qaddejjaPittura tal-ġenerużejt fuq it-tila90,17 × 78,741666-1667 (ca.)25The Frick Collection, New York[8]1919.1.126
Suldat ma' tfajla titbissemPittura tal-ġenerużejt fuq it-tila50,48 × 46,041657 (ca.)6[The Frick Collection, New York1911.1.127
Ritratt ta' tfajlaRitrattżejt fuq it-tila44,5 × 401665-1674 (ca.)36The Metropolitan Museum of Art, New York
L-isqaqVedutażejt fuq it-tilaiffirmata54,3 × 43,51657-1661 (ca.)12Rijksmuseum, AmsterdamA-2860
Santa PrassidaPittura b'suġġett reliġjużżejt fuq it-tilaiffirmata101,6 × 82,61655 (daté)3Barbara Piasecka Johnson Collection
Mara bilqiegħda mal-ispinettaPittura tal-ġenerużejt fuq it-tilaiffirmata51,5 × 45,51670-1675 (ca.)37National Gallery, LondraNG2568
Mara bilwieqfa ħdejn l-ispinettaPittura tal-ġenerużejt fuq it-tilaiffirmata51,7 × 45,21670-1673 (ca.)30National Gallery, LondraNG1383
Mara tikteb ittra mal-qaddejjaPittura tal-ġenerużejt fuq it-tilaiffirmata71,1 × 58,41670-1671 (ca.)33National Gallery of Ireland, Dublin, Irlanda
Mara ddoqq il-kitarraPittura tal-ġenerużejt fuq it-tilaiffirmata53 × 46,31669-1672 (ca.)34Kenwood House, Londra
Tfajla bilqiegħda ma' virġinal[9]Pittura tal-ġenerużejt fuq it-tila25,2 × 201670 (ca.)31Kollezzjoni privata
Tfajla rieqdaPittura tal-ġenerużejt fuq it-tilaiffirmata87,6 × 76,51656-1657 (ca.)5The Metropolitan Museum of Art, New York
Tazza nbidPittura tal-ġenerużejt fuq it-tila65 × 771658-1661 (ca.)8Gemäldegalerie, Berlin
Veduta ta' DelftVedutażejt fuq it-tilaiffirmata98,5 × 115,71660-1661 (ca.)11Mauritshuis, L-Aja
  1. Ernst Gombrich, La storia dell'arte, tr. Maria Luisa Spaziani, 1ª ed. Torino, Einaudi, 1966; Milano, Phaidon Press, 2009. ISBN 978-0-7148-5722-0
  2. Secret Knowledge: Rediscovering the lost techniques of the Old Masters (2006), Thames and Hudson, London, ISBN 0-500-28638-8
  3. Silvia Danesi Squarzina, Vermeer, Firenze, Art e dossier Giunti, 1990. ISBN 88-09-76133-2
  4. Le Garzantine, Arte, ed. 2002, pag. 1270.
  5. Frank Wynne, Io ero Vermeer: ascesa e caduta del più grande falsario del ventesimo secolo, Milano, Ponte alle Grazie, 2007. ISBN 978-88-7928-881-1
  6. Klassifikazzjoni skont l-ordni kronoloġika
  7. Misruqa fil-lejl tat-18 ta' Marzu 1990, il-pittura qatt ma reġgħet instabet.
  8. Pittura misruqa u misjuba darbtejn
  9. L-attribuzzjoni ta' din il-pittura mhijiex ċerta

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]