Il-Fanal ta' Keri
Il-Fanal ta' Keri (bl-Estonjan: Keri tuletorn; magħruf qabel bħala l-Fanal ta' Kokskäri) huwa fanal fil-Ġolf tal-Finlandja fil-Gżira Keri, l-Estonja. Id-dawl tal-fanal innifsu jinsab f'għoli ta' 31 metru (102 piedi) fuq il-livell tal-baħar, filwaqt li l-fanal innifsu huwa għoli 28 metru (92 pied).[1]
Il-fanal tal-lum inbena fl-1858. Huwa ċilindru tal-metall aħmar miksi bil-kamra tal-fanal u l-gallarija li tistrieħ fuq bażi ċilindrika tal-ġebel. Dan id-dawl huwa kkontrollat mill-kompjuter, imħaddem minn ċelloli solari u batteriji.
Il-fanal oriġinali tal-injam inbena fl-1724. Inbena mill-ġdid fil-bidu tas-seklu 19 b'bażi tal-ġebel taħt b'torri tal-injam.
Mill-1907 sal-1912 kien l-uniku fanal fid-dinja li kien jaħdem bil-gass naturali. Fl-1990 il-bażi tal-ġebel bdiet tiġġarraf u ġie installat rinfurzar tal-azzar. Fl-2007 ġiet installata kamera bl-internet segwita minn stazzjon tat-temp bl-internet fl-2009.
Speċifikazzjonijiet
[immodifika | immodifika s-sors]Matul is-sigħat ta' dlam, id-dawl jiċċirkola bis-sekwenza li ġejja: 13-il sekonda mitfi; 2 sekondi mixgħul. Id-dawl jidher minn bogħod ta' 11-il mil nawtiku.[1]
L-Uffiċċju tal-Posta Estonjan ħareġ bolla li tfakkar il-Fanal ta' Keri fil-15 ta' Jannar 2003. Dakinhar inħarġu wkoll xi first day covers.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- 1 2 "Maritime Administration, Keri Lighthouse (in Estonian)". Arkivjat minn l-oriġinal fl-1 February 2014. Miġbur 27 April 2012.