Hunters' Lodges

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Il-Hunters' Lodge (bil-Malti: Dwejra tal-Kaċċaturi) kienet milizzja sigrieta fl-Istati Uniti ffurmata waqt ir-Ribelljonijiet fil-Kanada ta' Fuq u t'Isfel. Kienet l-aħħar minn sensiela t'organizzazzjonijiet sigrieti li nħalqu f'dan il-perjodu. Refuġjati tal-Kanada t'Isfel (li għamlu parti mid-diviżjoni tal-Lvant jew mill-Frères Chasseurs) ħatru l-organizzazzjoni fl-istat ta' Vermont. L-influwenza tal-Hunters' Lodge infirxet lejn il-Punent bl-isforz ta' Dr Charles Duncombe u Donald McLeod: mexxejja tal-Canada Refugee Relief Association, kif ukoll minn William Lyon Mackenzie: indiġenu Skoċċiż. Dawn akkwistaw ħafna appoġġ minn bosta reġjuni tal-Amerika ta’ Fuq u l-Ewropa. Huma amalgamaw is-'Secret Order of the Sons of Liberty' ta' Henry S. Handy f'Detroit biex jiffurmaw 'Grand Lodge' ġewwa Cleveland.

Ir-Ribelljoni[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Battalja ta' Saint-Eustache fil-Kanada t'Isfel tar-Ribelljonijiet ta' 1837-38

Xogħol in progress




Organizzazzjoni tal-'Lodge'[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Hunters' Lodges kienu bbażati fuq dwejriet Masoniċi, u adottaw sinjali sigrieti, ġerarkija u ritwali simili. L-erba’ gradi tal-'Lodge' kienu: Snowshoe, Beaver, Grand Hunter u Patriot Hunter. Suldati mingħajr ranka kienu tal-ewwel grad, uffiċjali kummissjonati tat-tieni, maġġuri u kurunelli kummissjonati tat-tielet, u uffiċjali kummissjonati tal-ogħla ranka tar-raba' grad. [1] Huma użaw kodiċi sigriet biex jikkomunikaw ordnijiet, xi drabi stampat f'gazzetti bħall-Buffalonian. [2] 'Lodges' eżistew madwar l-Istati ta' Vermont, Ohio, Michigan u l-Punent ta’ New York. Watertown, Oswego, Salina (issa Sirakuża), Rochester, Buffalo, Cleveland, u Detroit kienu bliet partikolarment attivi.

Konvenzjoni u r-Repubblika Kanadiża[immodifika | immodifika s-sors]

F’Settembru tal-1838, sebgħin delegat mill-'Hunters' Lodges' tal-Punent attendew konferenza sigrieta – 'Patriot Congress' – f'Cleveland, li damet ġimgħa. Huma ħatru gvern repubblikan Kanadiż proviżorju, magħruf bħala r-'Republic of Canada' (bil-Malti: 'ir-Repubblika Kanadiża'. Dan kien kompost minn seba' membri ewlenin:

  1. Il-President: A.D. Smith
  2. Il-Viċi President: Il-Kurunell Nathan Williams
  3. Is-Segretarju tat-Teżor: L-Imħallef John Grant Jr
  4. Is-Segretarju tal-Gwerra: Donald McLeod
  5. Il-Kmandant tal-Armata (l-Armata Patrijotta tal-Punent): Lucius V. Bierce [3]
  6. Il-Komodor tan-Navy Patrijotta tal-Lag Erie: Gilman Appleby
  7. Il-Komodor tan-Navy Patrijotta tal-Lag Ontario: Bill Johnston [4]

Biex jiffinanzjaw il-gwerra, huma kkreaw bank 'joint stock' – il-Bank Repubblikan tal-Kanada – immexxi mis-Segretarju tat-Teżor John Grant. Il-bank ħareġ kontijiet li kellhom stampi tal-martri tar-Ribelljoni: Samuel Lount u James Morreau. Il-gazzetta uffiċjali tiegħu kienet il-Bad Eagle, ippubblikata fi Cleveland minn Samuel Underhill.

Politika[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Locofocos[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Locofocos; dan il-kartun speċifikament jillustra t-tmiem tagħhom

Mid-dehra, il-fazzjoni tal-Partit Demokratiku magħrufa bħala l-'Locofocos' mexxiet il-moviment 'Patriot'. [5] Dan il-partit tfaċċa fl-1836 fi New York bil-tir li jappoġġja r-repubblikaniżmu radikali, it-tmiem tal-aristokrazija għanja u l-'free banking'. [6] Il-Bank Repubblikan tal-Kanada nħalaq għal din ir-raġuni. Fil-fatt, Charles Duncombe kiteb x-xogħlijiet: 'Duncombe’s free banking: an essay on banking, currency, finance, exchanges, and political economy' (Cleveland, Ohio, 1841); u 'Memorial to Congress upon the subject of Republican free banking' (Cleveland, Ohio, 1841).

Referenzi (mhix kompluta)[immodifika | immodifika s-sors]

L-ebda riċerka independenti ma saret fil-kitba ta' dan l-artiklu; dan huwa biss traduzzjoni tal-artiklu bl-Ingliż. Is-sorsi elenkati hawnhekk huma tal-artiklu oriġinali.

  1. ^ Kinchen, Oscar (1956). The Rise and Fall of the Patriot Hunters. New York: Bookman Associates. pp. 55–58.
  2. ^ : 67–70. Ċitazzjoni journal għandha bżonn |journal= (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  3. ^ "Find-a-Grave: Gen. Lucius Verus Bierce (1801–1876)". Arkivjat mill-orġinal fl-2021-09-23. Miġbur 2017-10-09.
  4. ^ Kinchen, Oscar (1956). The Rise and Fall of the Patriot Hunters. New York: Bookman Assoc. pp. 38–9.
  5. ^ : 9–43. Ċitazzjoni journal għandha bżonn |journal= (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  6. ^ : 53–80. Ċitazzjoni journal għandha bżonn |journal= (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)