Aqbeż għall-kontentut

Gjergj Pekmezi

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Gjergj Pekmezi
ambaxxatur

Ħajja
Twelid Pogradec, 23 April 1872
Nazzjonalità Albanija
Imperu Ottoman
Mewt Vjenna, 4 Frar 1938
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Vjenna
Lingwi Albaniż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni lingwista
diplomatiku
għalliem fl-università
Impjegaturi Università ta' Vjenna

Gjergj Pekmezi (23 April 1872 – 24 Frar 1938) kien lingwista, filosfu, folkorista u diplomatiku Albaniż. Fl-1916, sar membru tal-Kummissjoni Letterarja ta' Shkodër, li stabbiliet l-ewwel forma standardizzata tal-lingwa Albaniża.

Ħajja Bikrija

[immodifika | immodifika s-sors]

Pekmezi twieled f'Tushemisht, Pogradec (illum l-Albania). Hemmhekk beda' l-ewwel studju tiegħu f'Ohrid u Monastir, u kompla għal Belgrad mill-1890 għall-1894. Ggradwa mill-Università ta' Vjenna ifil-filosofija u fil-filoloġija fl-1898. Wara li ggradwa, Pekmezi mar lura l-Albanija.

Fl-1903, Pekmezi ġie elett biex jidderieġi l-katidra tal-lingwa Albaniża fl-Università Orjentali ta' Vjenna.[1] Fl-1904, flimkien ma' Hile Mosi, Kolë Rrota u intellettwali Albaniżi oħra, huwa waqqaf is-soċjetà kulturali-patrijottika Dija (Għarfien). Fl-aħħar tal-perjodu Ottoman, l-Awstrija-Ungerija ssussidjat tnejn mix-xogħlijiet ta’ Pekmezi: Albanesische Bibliographie u Albanianische Grammatik.[2]

Matul il-ħarifa tal-1913, Pekmezi ħadem għall-kummissjoni tal-fruntiera fin-Nofsinhar tal-Albanija, u f'Marzu 1914 inħatar dragoman (interpretu/segretarju) fil-missjoni ġdida Awstro-Ungeriża f'Durrës. Fl-1916, kien membru ewlieni tal-Kummissjoni Letterarja Albaniża fi Shkodër taħt l-awspiċi tal-Awstro-Ungerija. F'April 1917, akkumpanja u ffaċilita lid-delegazzjoni ta' kapijiet u mexxejja Albaniżi li żaru Vjenna u li ltaqgħu mal-awtoritajiet Imperjali mistednin minn Ignaz Freiherr Trollmann.[3]

Mill-1920 sal-1924 u mill-1926 sal-1928, serva bħala konslu Albaniż fl-Awstrija. Fl-1924 ppubblika edizzjoni ġdida ta' Bleta Shqipëtare ta' Thimi Mitko bl-alfabett Albaniż modern. [4] Xogħol Pekmezi sar l-edizzjoni l-aktar magħrufa ta' Bleta Shqipëtare ta' dak iż-żmien.

Mill-1928 sa mewtu għallem l-Albaniż fl-Università ta' Vjenna.[5] Il-fergħa tal-Albanoloġija tal-Università ta' Vjenna ġġib ismu.[6]

Hemm skola sekondarja li tinsab f'Rruga Driloni, Pogradec, l-Albanija li jisimha Gjergj Pekmezi High School.[7]

Gjergj Pekmezi kien l-awtur ta':[5]

  • Vorläufiger Bericht über das Studium des albanesischen Dialekts von Elbasan (Rapport Preliminarju dwar l-Istudju tad-Djalett Albaniż ta' Elbasan), Vjenna, 1901
  • Grammatik der albanesischen Sprache (Grammatika tal-Ilsien Albani), Vjenna, 1908
  • Bleta shqypëtare e Thimi Mitkos (In-Naħla Albaniża ta' Thimi Mitko), Vjenna, 1924
  • Bibliographija shqype/Albanesische Bibliographie (Bibljografija Albaniża), bħala koawtur, Vjenna, 1909
  • Sprachführer zur schnellen Erlernung der albanischen Sprache (Manwal għat-Tagħlim Malajr tal-Ilsien Albaniż), Vjenna, 1913
  • Lehr und Lesebuch des Albanischen (Manwal u Qarrej tal-Albaniż), miktub flimkien ma' Maximilian Lambertz, Vjenna, 1913
  1. Skendi 1967, p. 261.
  2. Skendi, Stavro (1967). The Albanian national awakening. Princeton University Press. p. 277. ISBN 9781400847761.
  3. Prijësit shqiptarë në Vjenën e 1917 Fotot dhe portretet fisnike [Albanian leaders in Vienna of 1917 Noble photos and portraits] (bl-Albaniż), shqiptarja.com (Rilindasi Supplement), 2013-05-13, miġbur 2014-02-15
  4. Cornis-Pope & Neubauer 2007, p. 355.
  5. 1 2 Elsie 2010, p. 351.
  6. Gjergj Pekmezi, ndër intelektualët më të kulturuar të kohës [Gjergj Pekmezi, among the most educated intellectuals of his time] (bl-Albaniż), Gazeta Telegraf, miġbur 2014-02-15
  7. "High School Students from Pogradec Meet America | U.S. Embassy in Albania". U.S. Embassy in Albania (bl-Ingliż). 2016-06-15. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-11-13. Miġbur 2018-11-12.
  • Cornis-Pope, Marcel; Neubauer, John (2007-07-15). History of the literary cultures of East-Central Europe: junctures and disjunctures in the 19th and 20th centuries (bl-Ingliż). John Benjamin's Publishing Company. ISBN 978-90-272-3455-1.
  • Elsie, Robert (2010). Historical Dictionary of Albania. Historical Dictionaries of Europe (bl-Ingliż). 75 (2 ed.). Scarecrow Press. ISBN 978-0810861886.