Aqbeż għall-kontentut

Giuseppe Psaila

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Giuseppe Psaila
Ħajja
Twelid 1891
Mewt 1960
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Malta
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni arkitett
Xogħlijiet importanti Balluta Buildings

Giuseppe Psaila (magħruf ukoll bħala Joseph Psaila) (1891–1960) kien perit Malti. Iggradwa mill-Università ta’ Malta madwar l-1915, u kien wieħed mill-ftit periti tal-istil Art Nouveau f’Malta peress li dak iż-żmien l-istil neoklassiku kien għadu popolari, speċjalment fil-bini pubbliku. Huwa kien influwenzat mix-xogħol tal-periti Taljani Raimondo D'Aronco u Ernesto Basile.[1]

Psaila ħadem fuq numru ta’ kummissjonijiet privati fil-bidu tas-seklu 20. Waħda mill-binjiet attribwiti lilu hija dar partikolari f'225, Triq it-Torri, Tas-Sliema li nbniet fl-1914 għal Antonio Cassar Torregiani.[2] Illum, din hija l-unika dar Art Nouveau li fadal f'din it-triq ta’ Tas-Sliema. Fl-2012–13, din id-dar ġiet rrestawrata u kkonvertit f'fergħa tal-Lombard Bank.[3] F'dan il-punt ġie miżjud it-tielet sular, konformi mal-istil arkitettoniku oriġinali.[4][5]

Bini ieħor iddisinjat minn Psaila f’Tas-Sliema jinkludi djar f'Lower Victoria Terrace (illum Triq Dun Karm Psaila), Triq Santa Margerita, Triq Stella Maris, Windsor Terrace, Triq Għar il-Lembi, u Triq it-Torri.[2] Iż-żewġ xogħlijiet l-aktar notevoli tiegħu huma Broadlands Mansions fi Triq it-Torri Tas-Sliema (1926) u Balluta Buildings fuq il-Bajja tal-Balluta f’San Ġiljan (1928). Dawn kienu blokki ta’ appartamenti mibnija għall-Markiż John Scicluna, u kienu binjiet imżejna b’mod elaborat li kellhom terrazzini kbar. Broadlands Mansions twaqqgħu fis-snin tmenin, iżda l-Balluta Buildings għadhom intatti u huma meqjusa bħala l-kapulavur ta' Psaila[1] u wieħed mill-aktar bini emblematiku ta' Malta.[6]

  1. ^ a b Muscat, Mark Geoffrey (2016). Maltese Architecture 1900–1970: Progress and Innovations. Valletta: Fondazzjoni Patrimonju Malti. pp. 11–15. ISBN 9789990932065.
  2. ^ a b "Sliema's built heritage". Flimkien għal Ambjent Aħjar. 16 November 2017. Arkivjat minn l-oriġinal fl-26 February 2018.
  3. ^ Chetcuti, Kristina (30 August 2012). "'More mileage than advert on billboard'". Times of Malta. Arkivjat minn l-oriġinal fl-9 April 2017.
  4. ^ "PM inaugurates Lombard Bank branch in Sliema". The Malta Independent. 31 January 2013. Arkivjat minn l-oriġinal fl-22 April 2018.
  5. ^ "Lombard Bank's Sliema Branch". Attard Bros Group. February 2013. Arkivjat minn l-oriġinal fl-22 April 2018.
  6. ^ "Grand design". Times of Malta. 21 January 2015. Arkivjat minn l-oriġinal fl-22 April 2018.