Aqbeż għall-kontentut

Giornale di Malta

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
19 ta ’Ġunju 1813 Edizzjoni straordinarja tal-Giornale di Malta dwar it-tifqigħa tal-pesta fil-gżira.

Il-Giornale di Malta kienet gazzetta ppubblikata fil-protettorat Ingliż ta’ Malta bejn l-1812 u l-1813. Matul dawk is-snin kienet l-unika pubblikazzjoni perjodika f’Malta. Il-Giornale di Malta kienet preċeduta minn Il Cartaginese (1804-1805) u warajha, fl-1813, bdiet toħroġ il-Gazzetta del Governo di Malta li eventwalment saret dik li llum hija magħrufa bħala l-Gazzetta tal-Gvern. [1]

B'kollox ġew ippubblikati 94 ħarġa tal-gazzetta. L-ewwel 46 ħarġa tal-gazzetta hu maħsub li ġew stampati fl-istampa tar-Reġiment ta' Sqallija f'Malta, u wara mill-istamperija tal-gvern f'Malta. [2]

Kopji ta' din il-pubblikazzjoni jinstabu kkonservati fil-Bibljoteka Nazzjonali ta' Malta. [1]

  1. ^ a b "National Library - Collections". Malta Libraries (bl-Ingliż). Miġbur 2021-04-05.
  2. ^ Zammit, William (1994). "Printing in Malta during the British Protectorate". F' Schirò, Joseph; Sørensen, Sven; Xuereb, Paul (ed.). Liber amicorum: essays on art, history, cartography and bibliography in honour of Dr. Albert Ganado (PDF) (bl-Ingliż). Msida: Malta University Library. pp. 89–98. ISBN 9990946027.