Gayatri Chakravorty Spivak
| Gayatri Chakravorty Spivak | |
|---|---|
|
| |
| Ħajja | |
| Twelid | Calcutta, 24 Frar 1942, 1941 (83 sena) |
| Nazzjonalità | Indja |
| Edukazzjoni | |
| Alma mater |
Università ta' Calcutta Lady Brabourne College (en) Girton College (en) Università ta' Cornell Università ta' Iowa St. John's Diocesan Girls' Higher Secondary School (en) |
| Lingwi | Ingliż |
| Okkupazzjoni | |
| Okkupazzjoni |
kittieb filosofu għalliem fl-università traduttur kritiku letterarju |
| Impjegaturi |
Università ta' Iowa (1966 - 1970) Università ta' Iowa (1970 - 1974) University of Texas at Austin (en) Emory University (en) University of Pittsburgh (mul) Università ta' Columbia (1991 - University of California, Irvine (en) |
| Premjijiet |
List |
| Influwenzat minn |
Paul de Man (mul) |
| Sħubija | Akkademja Amerikana tal-Arti u tax-Xjenzi |
Gayatri Chakravorty Spivak FBA (imwielda fl-24 ta' Frar 1942) hija studjuża, teorika letterarja, u kritiku femminista Indjana. Spivak hija Professur fl-Università ta' Columbia, u membru fundatriċi tal-Comparative Literature and Society fl-istess università.[1]
Meqjusa bħala waħda mill-aktar teoriċi postkolonjali influwenti, Spivak hija magħrufa l-aktar għall-esej tagħha Can the Subaltern Speak?, u għat-traduzzjoni u l-introduzzjoni tagħha f'De la grammatologie ta' Jacques Derrida[2]. Hija ttraduċiet diversi xogħlijiet ta' Mahasweta Devi għall-Ingliż, b'noti kritiċi dwar ħajjet Devi u l-istil tal-kitba tagħha, partikolarment f'Imaginary Maps u Breast Stories.
Fl-2012, Spivak ingħatat il-Premju tal-Arti u tal-Filosofija ta' Kyoto minħabba li kienet "teorika u edukatriċi li tkellmet għall-umanitajiet kontra l-kolonjaliżmu intellettwali f'dinja globalizzata". Fl-2013, hija rċiviet il-Padma Bhushan, it-tielet l-ogħla premju ċivili mogħti mir-Repubblika tal-Indja.
Għalkemm Spivak hija spiss assoċjata mal-postkolonjaliżmu, hija kkonfermat kif tbiegħdet minn din id-dixxiplina fil-ktieb tagħha A Critique of Postcolonial Reason (1999), pożizzjoni li sostniet fl-esej "How the Heritage of Postcolonial Studies Thinks Colonialism Today", ippubblikata f'Janus Unbound: Journal of Critical Studies, fl-2021.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ "Gayatri C. Spivak | The Department of English and Comparative Literature". english.columbia.edu. Miġbur 2023-03-16.
- ↑ From Agamben to Žižek : contemporary critical theorists. Edinburgh. 2010.