Gżejjer Aran

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-Gżejjer Aran
Pajsaġġ tipiku bil-ħitan tas-sejjieħ fuq Inish Oirr

Il-Gżejjer Aran (bl-Irlandiż: Oileáin Árann) huma grupp ta' tliet gżejjer żgħar, tmintax-il kilometru 'l bogħod mill-belt ta' Galway fir-Repubblika tal-Irlanda. Dawn huma Inis Mór, li hija l-akbar waħda, Inis Meáin u Inis Oirr. Inis Mór tfisser il-gżira l-kbira, u Inis Oirr hija l-gżira tal-Lvant. Fiċ-ċensiment tal-2002 ħareġ li Inis Mór tgħodd 831 ruħ, li minnhom 270 jgħixu fl-irħula ta' Kilronan (Cill Rónáin). Fuq Inis Meáin u Inis Oirr hemm 187 u 262 ruħ.

Imdawra bl-Oċean Atlantiku, huma għerja ħafna u huma maħkuma mill-irjieħ.

Kittieba mill-Gżejjer Aran[immodifika | immodifika s-sors]

Minkejja li huma daqxejn ta' art, dawn il-gżejjer neħbu ħafna kittieba. Wieħed minnhom, Tom Maidhc O'Flaherty, twieled fuq Inish Mór fl-1889. Fl-1912 emigra lejn Boston fl-Istati Uniti, fejn kien attiv fil-qasam politiku mal-partiti xellugin.

Fl-1934 reġa' lura l-Irlanda u beda jeditja l-gazzetta An tÉireannach. F'din is-sena ħareġ il-ktieb ta' novelli Aranmen All, u fl-1936 il-ktieb Cliffmen of the West. O'Flaherty miet ftit xhur wara fl-età ta' 47 sena.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]