Fortizza ta' Tas-Sliema
Data meta nħoloq | 1872 |
---|---|
Pajjiż | Malta |
Entità amministrattiva territorjali fejn tinstab | Tas-Sliema |
Koordinati | 35°54′51″N 14°30′26″E |
Ikkummissjonat minn | Imperu Brittaniku |
Deżinjazzjoni bħala wirt | Grad 1 |
Sit uffiċjali | http://fortizzamalta.com/ |
Il-Batterija tal-Ponta ta' Tas-Sliema, magħrufa wkoll bħala il-Fortizza ta' Tas-Sliema, hija batterija tal-artillerija f'Tas-Sliema, Malta. Inbniet mill-Ingliżi bejn l-1872 u l-1876. Il-batterija tinsab fuq il-peniżola li tifred il-Port ta’ Marsamxett mill-Bajja ta’ San Ġiljan. Il-batterija aktar tard intużat bħala bażi għal searchlight, u issa hija ristorant magħruf bħala Il-Fortizza.
Il-batterija tinsab fi Triq it-Torri, waħda mill-aktar xtajtiet popolari ta' Malta, li ngħatat l-isem tat- Torri ta' San Ġiljan tas-seklu 17, li issa jintuża wkoll bħala ristorant.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Il-bini ta' tal-fortizza inbdiet fl-1872 mill-Ingliżi, bħala parti minn programm ta' titjib fis-swar ta' Malta rakkomandat fir-Rapport tal-Kurunell Jervois tal-1866 bit-titlu "Memorandum with reference to the improvements to the defences of Malta and Gibraltar, rendered necessary by the introduction of Iron Plated Ships and powerful rifled guns”.[1]
Il-fortizza, li tlestiet fl-1876, għandha ħafna karatteristiċi arkitettoniċi tal-Qawmien Gotiku, bħall-bieb prinċipali. Il-binja b'kollox swiet £12,000.
Il-fortizza kienet armata b'żewġ kanuni ta' 10 pulzier u żewġ kanuni ta' 11-il pulzier.[2] Dawn il-kanuni tneħħew fl-1905, u nbena torri għal searchlight fuq parti mill-batterija. Imbagħad intużat bħala bazi ta’ searchlight biex idawwal vapuri tal-għadu li jersqu lejn iż-żona tal-Port il-Kbir.[3]
Minn madwar l-1912 beda jiltaqa’ ħdejn il-fortizza is-Sliema Aquatic Sports Club. Eventwalment, inbena pitch tal-waterpolo ħdejn il-fortizza, u għadu jintuża mill-istess klabb sal-lum.[4]
Fil-preżent
[immodifika | immodifika s-sors]Il-fortizza issa tintuża bħala ristorant bl-isem ta' Fortizza Bar and Restaurant u komunement imsejjaħ Il-Fortizza. Hija ġiet taħt tmexxija ġdida fl-2009.[5]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Formosa, Christian. "Colonel Jervois Report of 1866". Malta Military. Arkivjat minn l-oriġinal fl-17 November 2015. Miġbur 11 January 2015.
- ^ Castillo, Dennis Angelo (2006). The Maltese Cross: A Strategic History of Malta. Westport: Greenwood Publishing Group. p. 134. ISBN 0313323291.
- ^ "Sliema Tourist Attractions". PlanetWare. Miġbur 11 January 2015.
- ^ "History". sliema-asc.org.mt. Sliema Aquatic Sports Club. Miġbur 11 January 2015.
- ^ "About us". fortizzamalta.com. Fortizza Bar & Restaurant. Arkivjat minn l-oriġinal fl-12 January 2015. Miġbur 11 January 2015.