Flora ta' Malta

Pjanta nazzjonali ta' Malta
Palaeocyanus crassifolius
Id-distribuzzjoni tal-flora tal-gżejjer Maltin f' habitats differenti tista’, bejn wieħed u ieħor, tiġi klassifikata hekk - 40% tal-flora kollha tikber fuq art imqallba jew raba', 40% tikber fuq artijiet bil-blat (fosthom widien, truf tal-iskarpi, xagħri tal-korallina) u l-20% li jifdal tinsab f' habitats partikolari bħal xtajtiet ramlija, rdumijiet tal-korallina, bwar salmastri, eċċ
Il-ġabriet tal-flora ġeneralment jistgħu jiġu kategorizzati f'waħda minn tliet tipi, li ta' spiss jidħlu fuq xulxin:
- 1. Il-veġetazzjoni li tifforma parti minn komunità fis-sensiela naturali, jiġifieri msaġar, makkji, garigi u steppi
- 2. Komunitajiet ta' veġetazzjoni ta' habitats speċjalizzati:
- żoni rupestri
- komunitajiet kostali, pereżempju duni tar-ramel, xtut bil-blat, artijiet mistagħdra mielħa u bassasa kostali tranżitorji
- widien
- 3.kommuntajiet ta' flora f'art imqallba.
Fl-imsaġar
[immodifika | immodifika s-sors]
Ceratonia siliqua
L-imsaġar jew iżjed eżatt il-Foresti Sklerofilli tal-Mediterran, huma l-habitat l-iżjed tipiku tar-reġjun kollu tal-Mediterran u dan hu kkaratterizzat minn siġar u arbuxxelli sempreverdi b'weraq ħoxnin. Dawn huma l-quċċata tas-sensiela tal-veġetazzjoni (steppa –> gariga –> makkja –> msaġar).
F'Malta dan il-habitat inqered kważi għal kollox u illum baqa' ftit imsaġar żgħar. Il-ftit irqajja' li baqa' huma s-soltu dominati mill-Ballut (Quercus ilex) u huma meqjusin bħala fossili ħajjin ta' foresti antiki. L-ikbar erja hi dik tal-Ballut tal-Wardija li fiha siġar li hu maħsub li għandhom bejn 500 u 900 sena.
Il-Buskett, li l-parti kbira minnu tħawwel min-nies, illum kiseb ix-xeħta ta' masġar semi-naturali fejn is-siġar jirreġeneraw ruħhom b'mod naturali. Is-siġar ewlenin f'dawn l-erji huma ż-Żnuber (Pinus halepensis), il-Ballut (Quercus ilex), iż-Żebbuġ (Olea europea) u l-Ħarrub (Ceratonia siliqua).
Fil-makkji
[immodifika | immodifika s-sors]
Pistacia lentiscus
Il-habitat li jmiss fis-sensiela hu l-makkja, karatterizzata minn siġar żgħar u arbuxxelli kbar. Dan il-habitat hu relattivament mifrux fil-gżejjer Maltin u ta' nisel sekondarju. Xi makkji artifiċjali jistgħu jiżviluppaw fi msaġar. Il-komunitajiet tal-makkja aktarx insibuhom mal-ġnub tal-widien jew fil-qiegħ tal-wieden l-iżjed fondi, ma' blat imżerżaq jew taħt irdumijiet ta' ġewwa mill-baħar. Fost l-ispeċi tal-makkja insibu d-Deru (Pistacia lentiscus), ir-Rand (Laurus nobilis) u l-Ħarrub (Ceratonia siliqua) u ż-Żebbuġ (Olea europea) li daħħluhom il-bnedmin. Hemm grupp ta' siġar tal-Għargħar (Tetraclinis articulata) li jikbru f'komunità tat-tip tal-makkja li jistgħu ikunu l-fdal ta' msaġar antiki.
Fil-garigi
[immodifika | immodifika s-sors]
Thymus capitatus
Il-gariga hi eko-sistema li tiżviluppa fuq xagħri tal-ġebla tal-ġir li jkun fihom ħafna ħofor u xquq. Hi kkaratterizzata minn arbuxxelli folti, baxxi u aromatiċi bħas-Sagħtar (Thymbra capitata) u l-Erika (Erica multiflora). Xi komunitajiet naturali tal-gariga jiffurmaw fuq art karsika waqt li oħrajn jiffurmaw bħala r-riżultat ta' degradazzjoni tal-komunitajiet tal-makkja. Fost l-ispeċi l-oħra tal-gariga hemm il-Klin (Rosmarinus officinalis), it-Tengħud tax-xagħri (Euphorbia melitensis), xitla endemika u bosta orkidi bħall-Orkida piramidali ta’ Malta (Anacamptis urvilleana).
Fl-isteppi
[immodifika | immodifika s-sors]Il-komunitajiet tal-isteppi, li huma komuni mal-gżejjer, is-soltu jiffurmaw minn makkji jew garigi li jiddegradaw minħabba raġunijiet differenti fosthom wisq bhejjem jirgħu fuqhom jew ħruq jew bħala komuntajiet naturali tal-isteppi li jinstabu pereżempju fuq art imżerżqa taflija. Fl-aħħar każ l-isteppi naturali qatt ma jsiru garigi għax ikunu laħqu l-ogħla li jistgħu jilħqu skont il-fatturi ambjentali tagħhom. Iż-żrieżaq taflin huma ddominati mill-Ħalfa (Lygeum spartum). Fost l-ispeċi tal-isteppi hemm ix-xtieli erbaċej, l-iżjed il-Poaceae, l-Apiaceae, il-Fabaceae u l-ispeċi tuberużi u bulbużi bħall-Berwieq Asphodelus aestivus u l-Għansar 'Urginea maritima.
Fl-irdumijiet
[immodifika | immodifika s-sors]
Chiliadenus bocconei
Il-veġetazzjoni rupestra, li hu t-terminu mogħti lil dawk l-ispeċi tax-xtieli li jgħixu mal-uċuħ tal-irdumijiet, hi waħda mill-habitats l-iżjed importanti għall-veġetazzjoni lokali billi tipprovdi l-aħħar refuġju mill-indħil mill-bniedem. L-irdumijiet li jinsabu man-naħat tan-nofsinhar u l-punent tal-gżejjer jgħixu fihom ħafna speċi endemiċi l-iżjed dawk li għandhom affinità mal-Afrika ta' Fuq. Mal-irdumijiet ix-xtieli jadattaw ruħhom biex jgħixu f'postijiet esposti ħafna u melħin u fuq l-uċuħ weqfin tal-irdumijiet jisfruttaw l-iċken irqajja' ta' ħamrija u sediment li jinqabdu fix-xquq jew xfar. Ix-xtieli li jikbru fl-irdumijiet qalb blat imfarrak jużaw il-kenn li jipprovdu xi ġebel kbar u xi xquq. Fost l-ispeċi endemiċi li jikbru mal-uċuħ tal-irdumijiet insibu l-Widnet il-baħar (Palaeocyanus crassifolius) u l-Bjanka ta’ l-irdum (Cremnophyton lanfrancoi) flimkien max-Xebb (Darniella melitensis), il-Limonju ta’ Malta (Limonium melitensis), il-Tulliera ta’ Malta (Chiliadenus bocconei) u s-Sempreviva t’Għawdex (Helichrysum melitense). Fost l-speċi li mhumiex ristretti għall-Gżejjer Maltin, insibu xi wħud li huma mifruxin biss madwar il-Mediterran, bħall-Fexfiex tal-irdum (Triadenia aegyptica), il-Kruċanella (Crucianella rupestris), is-Siġra tal-ħarir (Periploca angustifolia) u l-Papoċċa bajda (Antirrhinum siculum).
Ma' xatt il-baħar
[immodifika | immodifika s-sors]
Inula crithmoides
Il-gżejjer Maltin, kif inhuma mdawwrin bil-baħar, fihom ħafna habitats kostali karatterizzati mill-alofili, jiġifieri xtieli li jistgħu jinqdew b'ammonti żgħar ta' ħamrija mielħa. Fost dawn insibu xi wħud li huma endemiċi, ristretti għal dan it-tip ta' ambjent, bħall-Limonju ta’ Zerafa (Limonium zeraphae) u l-Bebuna tal-baħar (Anthemis urvilleana). Insibu wkoll is-Siġra tal-bruk (Tamarix africana), l-Almeridja tal-blat (Arthrocnemum macrostachyum), ix-Xorbett (Inula crithmoides) u l-Ħaxixa tal-irmied (Salsola soda).
Fil-bwar salmastri
[immodifika | immodifika s-sors]Juncus subulatus
F'bosta postijiet max-xtajta, nistgħu insibu wkoll għadd ta' rqajja' baxxi li jimtlew bl-ilma matul ix-xita. It-taħlita tal-ilma mielaħ mat-tajn u l-ilma ħelu tifforma art mistgħadra salmastra. L-evaporazzjoni tal-ilma fis-sajf iżżid ħafna l-imluħa tal-ilma u tista' tnixxef il-bur għal kollox u tħalli għadajjar ta' tajn mielaħ. Però, minkejja dawn il-kundizzjonijiet ħorox u ibsin xi speċi ta' xtieli jgħixu f'dan il-habitat. Hemm wieħed minn dawn il-habitats Marsaxlokk, u dan ġie ddikjarat riżerva naturali fl-1993. Dan il-habitat jagħmilha ta' interfaċċja bejn l-ambjenti tal-baħar, tal-ilma ħelu u tal-art u hu kkolonizzat minn xtieli alofili bħall-Limonju tal-baħar (Limonium virgatum) u t-tliet speċi tal-Juncus – Is-Simar niggież (J. acutus), is-Simar tal-ilma (J. subulatus) u s-Simar tal-baħar (J. maritimus).
Fid-duni tar-ramel
[immodifika | immodifika s-sors]
Pancratium maritimum
Ftit 'l bogħod mill-ftit xtut bir-ramel li għandhom il-gżejjer, l-aħħar qabda ta' duni jew għaram li baqa' jissaraw kontra l-indħil tal-bnedmin biex jibqgħu ħajjin. Dawn id-duni sofrew ħafna degradazzjoni u taqlib u saru habitats mhedda għall-aħħar li fihom xi xtieli rari ħafna. Xi wħud bħall-ħaxix Ammophila littoralis diġà saru estinti. Illum dawn il-habitats saru ddominati mill-ħxejjex tad-duni Elytrigia juncea u Sporobolus arenarius. Nistgħu ngħidu l l-quċċata hi s-siġra tal-Bruk Tamarix africana li tikber ftit 'il ġewwa mill-baħar. Fost l-ispeċi l-oħra nsibu l-Cakile maritima, l- Eryngium maritimum u l-Pankrazju Pancratium maritimum.
Fl-ilma ħelu
[immodifika | immodifika s-sors]
Arundo donax
Habitats tal-ilma ħelu huma skarsi f'Malta u Għawdex l-iżjed fix-xhur tas-sajf. Fix-xitwa l-ilma jinġabar ġo għadajjar żgħar fil-blat u xi speċi tal-ilma ħelu jgħixu fihom għal żmien qasir. F'xi widien insibu wkoll xi għadajjar u għejun u dawn jista' jkun fihom speċi li huma meqjusin bħala rari minħabba l-iskarsezza ta' dawn il-habitats. Il-maġġoranza tax-xtieli Maltin li jgħixu f' habitats tal-ilma ħelu aktarx insibuhom fil-qigħan tal-widien meta dawn ikun mimlijin bl-ilma fix-xitwa. Il-Qasba l-kbira, Arundo donax insubuha fejn ikun hemm l-ilma.
Fl-art imqallba
[immodifika | immodifika s-sors]Silybum marianum
Billi l-gżejjer Maltin għandhom densità ta' popolazzjoni għolja ħafna u kważi l-art kollha hi wżata, dan it-tip ta' komunità hu mifrux ħafna. Il-habitats imsemmijin iżjed 'l fuq kollha ġew affettwati ftit jew wisq minn fatturi antropoġeniċi u għalhekk l-ebda parti mill-gżejjer ma nistgħu ngħidu li hi fi stat tassew naturali. B'art imqallba hawn infissru art li soffriet ħafna degradazzjoini minħabba l-impatt uman dirett. Hawn insibu xi speċi reżistenti li jistgħu jibqgħu jgħixu f'kondizzjonijiet fqar u speċi barranin li kellhom suċċess rimarkabbli fil-kolonizzazzjoni ta' art bħal din, u jużawha biex minnha jinfirxu ma' ħafna postijiet għad-dannu tal-ispeċi indiġeni. Fix-xhur tax-xita nistgħu naraw b'mod partikulari l-varjetà kbira ta' xtieli li sfruttaw l-art imqallba. Maż-żmien jista' jkun li dawn il-habitats jibdew irabbu xi speċi ħatbin u jerġgħu lura għal stat semi-narurali.
Fost l-ispeċi barranin li jikbru fl-art imqallba bħall-ġnub tat-toroq u l-għelieqi mitluqin insibu l-Ħaxixa Ingliża Oxalis pes-caprae, is-siġra tar-Riġnu Ricinus communis, is-Settembrina salvaġġa Aster squamatus, il-Lellux Chrysanthemum coronarium, il-Ġarġir isfar Diplotaxis tenuifolia u l-Bajtar tax-xewk Opuntia ficus-indica, flimkien mal-ispeċi tal-Akaċja u l-Ewkaliptu. Fl-art imqallba nsibu wkoll il-Buqexrem Verbena officinalis, il-Fidloqqom Borago officinalis, ix-Xewk tal-Madonna Silybum marianum, il-Leblieb tax-xagħri Convolvulus althaeoides u l-Pepprin Papaver rhoeas.
Fil-bini antik
[immodifika | immodifika s-sors]
Linaria pseudolaxiflora
Il-bini antik bħas-swar u l-fossijiet spiss joffru refuġju għall-flora lokali li mingħajru ma jistgħux ikomplu. Il-ħitan għoljin is-soltu ma jistgħux jintlaħqu (jekk ma jitnaddfux) u jħallu xi xtieli jikbru ( li jistgħu ikunu ta' ħsara għall-bini jew le). Fuq is-swar insibu xi speċi partikulari bħall-Papoċċi ta’ Malta Linaria pseudolaxiflora, ix-Xewk Malti Centaurea melitensis u x-Xebb Darniella melitensis.
Il-forestazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-imgħoddi xi programmi ta' forestazzjoni ħalqu imsaġar zgħar bħal tal-Miżieb, tal-Aħrax tal-Mellieħa, ta' tal-Pietà, ta' Fort Chambray (l-Imġarr) u ta' Kennedy Grove (is-Salini). Però l-ebda wieħed minn dawn l-imsaġar ma nistgħu ngħidulhom naturali u f'xi każi l-għażla ta' siġar u l-metodi li ntużaw ma kinux adattati. Forestazzjoni fuq skala iżgħar qed issir ukoll fir-Riżerva Naturali ta' Wied Għollieqa.
Lista tal-flora ta' Malta
[immodifika | immodifika s-sors]Lista alfabetika skont l-isem Malti
[immodifika | immodifika s-sors]Hemm xi 16-il speċi ta' xtieli vaskulari li jinstabu biss f'Malta fosthom il-pjanta nazzjonali ta' Malta, Widnet il-baħar. Fost ix-xtieli endemiċi l-oħra insibu it-Tewm irqieq ta' Malta, il-Bjanka tal-irdum, il-Kurrat selvaġġ ta' Malta, il-Bebuna tal-baħar, it-Tulliera ta’ Malta, is-Sempreviva ta' Għawdex, it-Tengħud tax-Xagħri, iż-Żagħfran tal-blat, iż-Żigland ta' Għawdex, il-Brimba sewda, l-Orkida piramidali ta' Malta, ix-Xebb, il-Limonju ta’ Malta, il-Limonju ta’ Zerafa, u l-Ħarira tal-ilma.
Dawn huma mmarkati b' E
Alaternu
Rhamnus alaternusAlmeridja tal-blat
Arthrocnemum macrostachyum
Bagular
Celtis australisBajdet il-fenek
Spiranthes spiralisBajtar tax-Xewk
Opuntia ficus-indicaBallun tas-siġar
Daldinia concentricaBallut
Quercus ilexBasal il-ħnieżer
Muscari comosumBebuna
Bellis annuaBebuna tal-baħar
Anthemis urvilleana
Sin. Anthemis secundiramea
EBebuna tar-raba'
Anthemis arvensisBellus
Iris pseudopumilaBeżżulet il-qattusa
Briza maximaBeżżul il-baqra
Sedum caeruleumBiżbula komuni
Plantago lagopusBiżbula tal-ilma
Alisma plantago-aquaticaBiżbula tas-snien
Plantago serrariaBjanka tal-irdum
Cremnophyton lanfrancoi
EBordi
Cyperus longusBorgħom komuni
Teucrium flavumBrimba Sewda
Ophrys sphegodes
EBruk
Tamarix africanaBudebbus tal-Ingliża/Budebbus ikħal
Orobanche muteliBuqexrem
Verbena officinalisBurikba
Mercurialis annuaBusieq
Colchicum cupaniiButtuniera
Lobularia maritimaBużbież
Foeniculum vulgare
Ċentawrija
Centaurium erythreaĊikwejra
Cichorium intybusĊipress
Cupressus sempervirensĊistu isfar
Fumana arabicaĊistu roża
Cistus creticusĊistu żgħir
Fumana thymifoliaĊfolloq
Ranunculus bullatusĊfolloq tal-ilma
Ranunculus aquatilis/saniculaefolius/trichophillus
Daħnet l-art
Fumaria capreolataDamasonju
Damasonium bourgeiDenb il-ħaruf
Reseda albaDenb il-kelb
Cynosurus cristatusDenb il-liebru kbir
Lagurus ovatusDenb iż-żiemel
Equisetum ramosissimumDeru
Pistacia lentiscusDeru bagħal
Pistacia x saportaeDielja
Vitis viniferaDubbiena kaħla
Ophrys speculum
Efedra
Ephedra fragilisElitriġja
Elytrigia junceaErika
Erica multifloraErinġju tal-baħar
Eryngium maritimumEvaks
Evax pygmaea
Faqqiegħ ta' Malta (In fatti dan mhux faqqiegħ)
Cynomorium coccineumFaqqus il-ħmir
Echallium elateriumFerla
Ferula communisFexfiex sufi
Hypericum pubescensFexfiex tal-irdum
Triadenia aegyptica
Sin. Hypericum aegypticumFexfiex tar-raba'
Hypericum triquetrifoliumFidloqqom
Borago officinalisFiġġiela ħamra
Lotus tetragonolobusFillirja
Phillyrea mediaFillirja ta’ werqa wiesgħa
Phillyrea latifoliaFjurdulis salvaġġ
Gynandriris sisyrinchiumFomm-il-għeliem
Ranunculus ficariaFrawli selvaġġ
Potentilla reptansFraxxnu tal-werqa dejqa/Siġra tal-paċenzja
Fraxinus angustifoliaFriżja
Freesia refractaFul tal-klieb
Anagyris foetida
Ġarġir abjad/tal-ġojjin
Diplotaxis erucoidesĠarġir il-ġemel
Capsella bursa-pastorisĠarġir isfar
Diplotaxis tenuifoliaĠenistra safra
Spartium junceumĠilbiena sewda
Vicia sativaĠilbiena tas-serp
Lathyrus clymenum (sin: articulatus)Ġiżi tal-baħar
Matthiola tricuspidata(Siġra ta') Ġuda
Cercis siliquastrum
Gladjoli
Gladiolus communis subsp. byzantinusGarni
Arum italicumGarni tal-pipi
Arisarum vulgareGazzija
Acacia cyanophyliaGirlanda tal-wied
Rosa sempervirensGummar safrani
Chamaerops humilis
Għ
[immodifika | immodifika s-sors]Għajn il-baqra tax-xatt
Nauplius aquaticusGħajn il-baqra xewwikija
Palienis spinosaGħallet is-Serduq
Adonis microcarpaGħansar
Urginea maritima
(Sin. Drimia maritima)Għansar ikħal
Scilla siculaGħansar tal-ħarifa
Scilla autumnalisGħanzalor
Crataegus azarolusGħargħar
Tetraclinis articulataGħawseġ
Lycium intricatumGħeneb id-dib
Solanum nigrumGħobbejra
chenopodium sp.Għollieq
Rubus ulmifolius
Ħabb il-qamħ
Gladiolus italicusĦafur kbir
Avena sterilisĦajja u mejta
Anacamptis pyramidalisĦalfa
Lygeum spartumĦalib it-tajr kbir
Ornithogalum arabicumĦalib it-tajr żgħir
Ornithogalum narbonenseĦannewija
Acanthus mollisĦarira bajda
Stellaria pallidaĦarira ħamra
Anagallis arvensis phoeniceaĦarira kaħla
Anagallis arvensis caeruleaĦarira tal-ilma
Zanichellia melitensis
EĦarrub
Ceratonia siliquaĦarxajja roża
Sherardia arvensisĦass il-Bir
Petalophyllum ralfsiiĦatba sewda
Anthyllis hermanniaeĦaxixa Ingliża/Qarsu
Oxalis pes-capraeĦaxixa tal-misk
Erodium moschatumĦaxixet it-trieraħ
Tordylium apulumĦobbejża Komuni
Malva sylvestrisĦobbejża tal-warda kbira
Lavatera trimestrisĦobbejża tas-sigra
Lavatera arboreaĦobbejża wieqfa
Lavatera creticaĦurrieq
Urtica dubiaĦommejr
Mirabilis jalapa
Ilsien il-fart abjad
Echium italicumIlsien il-fart ikħal
Anchusa azureaIlsien il-fart ikħal ta' fjura kbira
Echium plantagineum L.Ilsien il-fart żgħir
Echium parviflorum
foto. Jeroen WillemsenIlsien l-għasfur
Silene colorataIlsien il-kelb
Cynoglossum creticum
Kafè Messikan
Astragalus boeticusKaħwiela
Anemone coronariaKalluwa
Aeonium arboreum (Sempervivum arboreum)Kammilta
Calamintha nepetaKappar
Capparis spinosa ssp. orientalisKapuċċinell
Tropaeleum majusKara
Chara spp.Karfus il-ħmir
Smyrnium olusatrum(Il-)Kiesħa
Clematis cirrhosaKittien salvaġġ
Linum angustifolium/Linum bienneKlin
Rosmarinus officinalisKristallina komuni/Kristallina tal-blat
Mesembryanthemum nodiflorumKromb il-baħar isfar
Senecio bicolorKruċanella
Crucianella rupestris
Crucianella maritimaKsantorja
Xanthoria spKubrita
Senecio vulgarisKurrat selvaġġ ta' Malta
Allium melitense
E
Lanġas selvaġġ
Pyrus pyrasterLanġas lewżi
Pyrus amygdaliformisLanġas bagħal
Pyrus syriacaLeblieb tal-blat
Convolvulus oleifoliusLeblieb
Convulvulus sp. fosthom Convulvulus cantabrica u Convulvulus pentapetaloidesLeblieb tar-raba'
Convolvulus arvensisLeblieb tax-Xagħri
Convolvulus althaeoidesLellux
Chrysanthemum coronariumLewż
Prunus dulcisLiedna
Hedera helixLiftija
Brassica rapaLimonju tal-baħar
Limonium virgatumLimonju ta’ Malta
Limonium melitensis
ELimonju ta’ Zerafa
Limonium zeraphae
ELitrum tal-ilma
Lythrum junceumLitrum tal-għadajjar
Lythrum hyssopifoliaLixka
Ganoderma spLixka komuni
Phagnalon graecum ssp. ginzbergeriLuq
Populus alba
Margerita selvaġġa
Bellis sylvestrisMiskta tar-ramel
Erodium laciniatumMombreżja
Crocosmia x aureaMoxt
Erodium malacoides
Naħla
Ophrys bombylifloraNarċis
Narcissus tazettaNarċis imwaħħar
Narcissus serotinusNemmiesa/Siġar tan-nemus
Ulmus canescens [=Ulmus minor subsp. canescens]Niġem
Cynodon dactylonNittiena
Scrophularia peregrinaNixxief komuni/Bunexxief
Hordeum leporinum
Oljandru
Nerium oleanderOrkida ħamra
Orchis collinaOrkida piramidali ta' Malta
Anacamptis urvilleana
EOrkida tat-tikek
Orchis conica
Pajżana
Smilax asperaPankrazju
Pancratium maritimumPapoċċa Bajda
Antirrhinum siculumPapoċċa ħamra
Antirrhinum majus subsp. tortuosumPapoċċa rqiqa
Misopates orontiumPapoċċi ta’ Malta
Linaria pseudolaxifloraPeprin
Papaver rhoeasPepprin isfar
Glaucium flavumPerlina safra
Parentucellia viscosaPikris
Picris echioidesPlejju
Mentha pulegiumPerlina bajda
Bellardia trixagoPrajn tax-xewk
Prunus spinosa
Qanfuda
Cichorium spinosumQaqoċċ tax-Xewk
Cynara cardunculusQarn il-mogħża
Lonicera implexaQarsajja tal-ilma
Rumex conglomeratusQasba l-Kbira
Arundo donaxQażqajża
Silene vulgrisQniepen
Cerinthe majorQrempuċ
Lotus edulisQrempuċ tal-mogħoż
Lotus ornithopodioides
Rand
Laurus nobilisRavanell salvaġġ
Raphanus raphanistrumRavastrell/Kromb il-baħar
Cakile maritimaRiġnu
Ricinus communisRiħan
Myrtus communisRobbja selvaġġa
Rubia peregrinaRummien
Punica granatum
Sabbara
Aloe vera (Aloe barbadensis)Sabbara tal-Amerka
Agave americanaSafsaf kbir/Żafżaf kbir
Salix albaSafsaf żgħir/Żafżaf żgħir
Salix pedicellataSajtun
Carlina involucrataSalvja tal-Madonna
Phlomis fruticosaSalvja selvaġġa
Salvia verbenacaSagħtar
Thymus capitatusSedum
Sedum sediformeSempreviva ta' Għawdex
Helichrysum melitense
ESettembrina selvaġġa
Aster squamatusSieq il-brimba
Nigella damascenaSieq il-ħamiema
Fedia gracilifloraSieq il-ħamiema vjola
Delphinium halteratumSiġra tal-ħarir
Periploca angustifoliaSigriet ir-rizzi
Datura innoxiaSilla
Hedysarum coronariumSilla tal-blat
Anthyllis vulnerariaSilla tal-bżieżel ]
Physantylla tetraphyllisSilla tal-mogħoż
Psoralea bituminosaSimar niggież
Juncus acutusSimar tal-baħar
Juncus maritimusSimar tal-boċċi
Holoschoenus vulgarisSimar tal-ilma
Juncus subulatusSkabjoża
Scabiosa marittimaSkornabekk/Terebintu/Siġra tat-trementina
Pistacia terebinthusSprag xewwieki
Asparagus aphyllusSuffejra tar-raba'
Calendula arvensis
Tabakk tas-swar
Nicotiana glaucaTe sqalli
Prasium majusTengħud komuni
Euphorbia pineaTengħud tas-siġra
Euphorbia dendroidesTengħud tax-Xagħri
Euphorbia melitensis
ETengħud tax-xemx
Euphorbia helioscopiaTewm ħamrani
Allium roseumTewm irqieq ta' Malta
Allium lojaconoi
ETewm muswaf
Allium subhirsutumTfief
Sonchus Olearceus/TenerrinusTfief xewwieki
Urospermum picroidesTina
Ficus caricaTuffieħ is-serp
Solanum villosumTulipan Salvaġġ
Tulipa sylvestrisTulliera komuni
Dittrichia viscosaTulliera salvaġġa
Chiliadenus saxatilisTulliera ta’ Malta
Chiliadenus bocconei
ETurnasol
Chrozophora tinctoriaTursin il-bir
Adiantum capillus-venerisTursin il-għul
Sanguisorba minor sottosp. muricata (Poterium sanguisorba)Tursin il-għul xewwieki
Sarcopoterium spinosum (Poterium spinosum)Tursin ir-riħ
Anogramma leptophylla (Gymnogramma leptophylla)Tursin xewwieki
Torilis nodosaTut
Morus nigra
Ulmu komuni
Ulmus minor[=Ulmus minor subsp. minor]
Vanilja bajda
Heliotropium europaeum(Siġra tal-)Virgi/Għadib
Vitex agnus-castus
Widna
Scorpiurus sp.Widnet il-baħar
Palaeocyanus crassifolius
E
Xaħxieħ vjola
Papaver setigerumXantkura
Ajuga ivaXatbet l-andar
Verbascum sinuatumXatbet l-art
Kickxia elatineXebb
Darniella melitensis
EXeħt ir-Riħ
Parietaria JudaicaXewk Abjad
Galactites tomentosaXewk isfar tar-ramel
Scolymus hispanicusXewk Malti
Centaurea melitensisXewk ta' Kristu
Carthamus lanatus ssp. baeticusXewk tal-Kuruna
Paliurus spina-christiXewk tal-għotba
Centaurea nicaeensisXewk tal-Madonna
Silybum marianumXewk tal-miskta
Carlina gummiferaXewk tax-xitan
Notobasis syriacaXkupilja
Lamarckia aureaXorbett
Inula crithmoidesXnien abjad
Trifolium nigrescensXpakkapietra
Micromeria microphyllaXrika komuni
Setaria adhaerensXumakk tal-konz
Rhus coriaria
Żagħfran tal-blat
Romulea melitensis
EŻagħfran Salvaġġ
Crocus longiflorusŻagħrun
Crataegus monogynaŻagħżigħa selvaġġa
Conyza bonariensisŻebbuġ
Olea europeaŻebbugija
Teucrium fruticansŻiju
Rhamnus oleoidesŻigland ta' Għawdex
Hyoseris frutescens
EŻigland tal-għerq
Leontodon tuberosusŻigland tal-pizzi
Hyoseris radiataŻnuber
Pinus halepensis
Zunnarija selvaġġa
Daucus carota
Mingħajr isem bil-Malti
[immodifika | immodifika s-sors]Geranium purpureum Epilobium tetragonum Asperula cynanchica Sporobolus arenarius Stachys ocymastrum Sideritis romana Lamium maculatum
Lista alfabetika skont l-isem bil-Latin
[immodifika | immodifika s-sors]L.A
[immodifika | immodifika s-sors]Acacia cyanophylia Gazzija
Acanthus mollis Ħannewija
Adiantum capillus-veneris Tursin il-bir
Adonis microcarpa Għallet is-serduq
Aeonium arboreum (Sempervivum arboreum) Kalluwa
Agave americana Sabbara tal-Amerka
Ajuga iva Xantkura
Alisma plantago-aquatica Biżbula tal-ilma
Allium lojaconoi Tewm irqieq ta' Malta
Allium melitense Kurrat selvaġġ ta' Malta
Allium roseum Tewm ħamrani
Allium subhirsutum Tewm muswaf
Aloe vera (Aloe barbadensis) Sabbara
Anacamptis pyramidalis Ħajja u mejta
Anacamptis urvilleana Orkida piramidali ta' Malta
Anagallis arvensis caerulea Ħarira kaħla
Anagallis arvensis phoenicea Ħarira ħamra
Anagyris foetida Ful tal-klieb
Anchusa azurea Ilsien il-fart ikħal
Anemone coronaria Kaħwiela
Anogramma leptophylla (Gymnogramma leptophylla) Tursin ir-riħ
Anthemis arvensis Bebuna tar-raba'
Anthemis urvilleana Bebuna tal-baħar
Anthyllis hermanniae Ħatba sewda
Anthyllis vulneraria Silla tal-blat
Antirrhinum majus subsp. tortuosum Papoċċa ħamra
Antirrhinum siculum Papoċċa bajda
Arisarum vulgare Garni tal-pipi
Arthrocnemum macrostachyum Almeridja tal-blat
Arum italicum Garni
Arundo donax Qasba l-kbira
Asparagus aphyllus Sprag xewwieki
Asperula cynanchica
Asphodelus aestivus/ramosus/microcarpus Berwieq
Asphodelus fistulosus Berwieq żgħir
Aster squamatus Settembrina selvaġġa
Astragalus boeticus Kafè Messikan
Atriplex halimus Bjanka
Avena sterilis Ħafur kbir
L.B
[immodifika | immodifika s-sors]Bellardia trixago Perlina bajda
Bellis annua Bebuna
Bellis sylvestris Margerita selvaġġa
Borago officinalis Fidloqqom
Brassica rapa Liftija
Briza maxima Beżżulet il-qattusa
L.C
[immodifika | immodifika s-sors]Cakile maritima Ravastrell/Kromb il-baħar
Calamintha nepeta Kammilta
Calendula arvensis Suffejra tar-raba'
Capparis spinosa ssp. orientalis Kappar
Capsella bursa-pastoris Ġarġir il-ġemel
Carlina gummifera Xewk tal-miskta
Carlina involucrata Sajtun
Carthamus lanatus Xewk ta' Kristu
Carthamus lanatus ssp. baeticus Xewk ta' Kristu
Celtis australis Bagular
Centaurea melitensis Xewk Malti
Centaurea nicaeensis Xewk tal-għotba
Centaurium erythrea Ċentawrija
Ceratonia siliqua Ħarrub
Cercis siliquastrum Siġra ta' Ġuda
Cerinthe major Qniepen
Chamaerops humilis Gummar safrani
Chara spp. Kara
Chenopodium sp. Għobbejra
Chiliadenus bocconei Tulliera ta' Malta
Chiliadenus saxatilis Tulliera salvaġġa
Chrozophora tinctoria Turnasol
Chrysanthemum coronarium Lellux
Cichorium intybus Ċikwejra
Cichorium spinosum Qanfuda
Cistus creticus Ċistu roża
Clematis cirrhosa Il-kiesħa
Colchicum cupanii Busieq
Convolvulus althaeoides Leblieb tax-xagħri
Convolvulus arvensis Leblieb tar-raba'
Convolvulus oleifolius Leblieb tal-blat
Convulvulus sp. (fosthom cantabrica u pentapetaloides) Leblieb
Conyza bonariensis Żagħżigħa selvaġġa
Crataegus azarolus Għanzalor
Crataegus monogyna Żagħrun
Cremnophyton lanfrancoi Bjanka tal-irdum
Crocosmia x aurea Mombreżja
Crocus longiflorus Żagħfran salvaġġ
Crucianella rupestris Kruċanella
Cupressus sempervirens Ċipress
Cynara cardunculus Qaqoċċ tax-xewk
Cynodon dactylon Niġem
Cynoglossum creticum Ilsien il-kelb
Cynomorium coccineum Faqqiegħ ta' Malta
Cynosurus cristatus Denb il-kelb
Cyperus longus Bordi
L.D
[immodifika | immodifika s-sors]Daldinia concentrica Ballun tas-siġar
Damasonium bourgei Damasonju
Darniella melitensis Xebb
Datura innoxia Sigriet ir-rizzi
Daucus carota Zunnarija selvaġġa
Delphinium halteratum Sieq il-ħamiema vjola
Diplotaxis erucoides Ġargir abjad
Diplotaxis erucoides Ġarġir abjad/tal-ġojjini
Diplotaxis tenuifolia Ġarġir isfar
Dittrichia viscosa Tulliera komuni
L.E
[immodifika | immodifika s-sors]Echallium elaterium Faqqus il-ħmir
Echium italicum Ilsien il-fart abjad
Echium plantagineum L. Ilsien il-fart ikħal ta' fjura kbira
Echium parviflorum Ilsien il-fart żgħir
Elytrigia juncea Elitriġja
Ephedra fragilis Efedra
Epilobium tetragonum
Equisetum ramosissimum Denb iż-żiemel
Erica multiflora Erika
Erodium laciniatum Miskta tar-ramel
Erodium malacoides Moxt
Erodium moschatum Ħaxixa tal-misk
Eryngium maritimum Erinġju tal-baħar
Euphorbia dendroides Tengħud tas-siġra
Euphorbia helioscopia Tengħud tax-xemx
Euphorbia melitensis Tengħud tax-xagħri
Euphorbia pinea Tengħud komuni
Evax Evaks
L.F
[immodifika | immodifika s-sors]Fedia graciliflora Sieq il-ħamiema
Ferula communis Ferla
Ficus carica Tina
Foeniculum vulgare Bużbież
Fraxinus angustifolia Fraxxnu tal-werqa dejqa/Siġar tal-paċenzja
Freesia refracta Friżja
Fumana arabica Ċistu isfar
Fumana thymifolia Ċistu żgħir
Fumaria capreolata Daħnet l-art
L.G
[immodifika | immodifika s-sors]Galactites tomentosa Xewk abjad
Ganoderma sp Lixka
Geranium purpureum
Gladiolus communis subsp. byzantinus Gladjoli
Gladiolus italicus Ħabb il-qamħ
Glaucium flavum Pepprin isfar
Gynandriris sisyrinchium Fjurdulis salvaġġ
L.H
[immodifika | immodifika s-sors]Hedera helix Liedna
Hedysarum coronarium Silla
Helichrysum melitense Sempreviva ta' Għawdex
Heliotropium europaeum Vanilja bajda
Holoschoenus vulgaris Simar tal-boċċi
Hordeum leporinum Nixxief komuni/Bunexxief
Hyoscyamus albus Mammażejża
Hyoseris frutescens Żigland ta' Għawdex
Hyoseris radiata Żigland tal-pizzi
Hypericum pubescens Fexfiex sufi
Hypericum triquetrifolium Fexfiex tar-raba'
L.I
[immodifika | immodifika s-sors]Inula crithmoides Xorbett
Iris pseudopumila Bellus
L.J
[immodifika | immodifika s-sors]Juncus acutus Simar niggież
Juncus maritimus Simar tal-baħar
Juncus subulatus Simar tal-ilma
L.K
[immodifika | immodifika s-sors]Kickxia elatine Xatbet l-art
L.L
[immodifika | immodifika s-sors]Lagurus ovatus Denb il-liebru kbir
Lamarckia aurea Xkupilja
Lamium maculatum
Lathyrus clymenum (sin: articulatus) Ġilbiena tas-serp
Laurus nobilis Rand
Lavatera arborea Ħobbejża tas-siġra
Lavatera cretica Ħobbejża wieqfa
Lavatera trimestris Ħobbejża tal-warda kbira
Leontodon tuberosus Żigland tal-għerq
Limonium melitensis Limonju ta’ Malta
Limonium virgatum Limonju tal-baħar
Limonium zeraphae Limonju ta’ Zerafa
Linum angustifolium/Linum bienne Kittien salvaġġ
Linaria pseudolaxiflora Papoċċi ta’ Malta
Lobularia maritima Buttuniera
Lonicera implexa Qarn il-mogħża
Lotus edulis Qrempuċ
Lotus ornithopodioides Qrempuċ tal-mogħoż
Lotus tetragonolobus Fiġġiela ħamra
Lycium intricatum Għawseġ
Lygeum spartum Ħalfa
Lythrum hyssopifolia Litrum tal-għadajjar
Lythrum junceum Litrum tal-ilma
L.M
[immodifika | immodifika s-sors]Malva sylvestris Ħobbejża komuni
Matthiola tricuspidata Ġiżi tal-baħar
Mentha pulegium Plejju
Mercurialis annua Burikba
Mesembryanthemum nodiflorum Kristallina komuni/Kristallina tal-blat
Mespilus germanica Fomm il-lipp/Naspli Tedeski
Micromeria microphylla Xpakkapietra
Mirabilis jalapa Ħommejr
Misopates orontium Papoċċa rqiqa
Morus nigra Tut
Muscari comosum Basal il-ħnieżer
Myrtus communis Riħan
L.N
[immodifika | immodifika s-sors]Narcissus serotinus Narċis imwaħħar
Narcissus tazetta Narċis
Nauplius aquaticus Għajn il-baqra tax-xatt
Nerium oleander Oljandru
Nicotiana glauca Tabakk tas-swar
Nigella damascena Sieq il-brimba
Notobasis syriaca Xewk tax-xitan
L.O
[immodifika | immodifika s-sors]Olea europea Żebbuġ
Ophrys bombyliflora Naħla
Ophrys speculum Dubbiena kaħla
Ophrys sphegodes Brimba Sewda
Opuntia ficus-indica Bajtar tax-Xewk
Orchis collina Orkida ħamra
Orchis conica Orkida tat-tikek
Ornithogalum arabicum Ħalib it-tajr kbir
Ornithogalum narbonense Ħalib it-tajr żgħir
Orobanche muteli Budebbus tal-Ingliża
Oxalis pes-caprae Ħaxixa Ingliża/Qarsu
L.P
[immodifika | immodifika s-sors]Palaeocyanus crassifolius Widnet il-baħar
Palienis spinosa Għajn il-baqra xewwikija
Paliurus spina-christi Xewk tal-Kuruna
Pancratium maritimum Pankrazju
Papaver rhoeas Peprin
Papaver setigerum Xaħxieħ vjola
Parentucellia viscosa Perlina safra
Parietaria Judaica Xeħt ir-riħ
Periploca angustifolia Siġra tal-ħarir
Petalophyllum ralfsii Ħass il-bir
Phagnalon graecum ssp. ginzbergeri Lixka komuni
Phillyrea latifolia Fillirja ta’ werqa wiesgħa
Phillyrea media Fillirja
Phlomis fruticosa Salvja tal-Madonna
Physantylla tetraphyllis Silla tal-bżieżel
Picris echioides Pikris
Pinus halepensis Żnuber
Pistacia lentiscus Deru
Pistacia x saportae Deru bagħal
Pistacia terebinthus Skornabekk/Terebintu/Siġra tat-trementina
Plantago lagopus Biżbula komuni
Plantago serraria Biżbula tas-snien
Populus alba Luq
Potentilla reptans Frawli selvaġġ
Prasium majus Te sqalli
Prunus dulcis Lewż
Prunus spinosa Prajn tax-xewk
Psoralea bituminosa Silla tal-mogħoż
Punica granatum Rummien
Pyrus amygdaliformis Lanġas lewżi
Pyrus pyraster Lanġas selvaġġ
Pyrus syriaca Lanġas bagħal
L.Q
[immodifika | immodifika s-sors]Quercus ilex Ballut
L.R
[immodifika | immodifika s-sors]Raphanus raphanistrum Ravanell salvaġġ
Ranunculus aquatilis/saniculaefolius/trichophillus Ċfolloq tal-ilma
Ranunculus bulbosus Ċfolloq
Ranunculus ficaria Fomm-il-għeliem
Reseda alba Denb il-ħaruf
Rhamnus alaternus Alaternu
Rhamnus oleoides Żiju
Rhus coriaria Xumakk tal-konz
Ricinus communis Riġnu
Romulea columnae Żagħfran tal-blat
Romulea melitensis Żagħfran tal-blat
Rosa sempervirens Girlanda tal-wied
Rosmarinus officinalis Klin
Rubia peregrina Robbja selvaġġa
Rubus ulmifolius Għollieq
Rumex conglomeratus Qarsajja tal-ilma
L.S
[immodifika | immodifika s-sors]Salix alba Safsaf kbir/Żafżaf kbir
Salix pedicellata Safsaf żgħir/Żafżaf żgħir
Salvia verbenaca Salvja selvaġġa
Sanguisorba minor sottosp. muricata (Poterium sanguisorba) Tursin il-għul
Sarcopoterium spinosum (Poterium spinosum) Tursin il-għul xewwieki
Scabiosa marittima Skabjoza
Scilla autumnalis Għansar tal-ħarifa
Scilla sicula Għansar ikħal
Scolymus hispanicus Xewk isfar tar-ramel
Scopiurus sp. Widna
Scrophularia peregrina Nittiena
Sedium sediforme Sedum
Sedum caeruleum Beżżul il-Baqra
Sedum sediforme Sedum
Senecio bicolor Kromb il-baħar isfar
Senecio vulgaris Kubrita
Setaria adhaerens Xrika komuni
Sherardia arvensis Ħarxajja roża
Sideritis romana
Silene colorata Ilsien l-Għasfur
Silene vulgris Qażqajża
Silybum marianum Xewk tal-Madonna
Smilax aspera Pajżana
Smyrnium olusatrum Karfus il-ħmir
Solanum nigrum Għeneb id-dib
Solanum villosum Tuffieħ is-serp
Sonchus Olearceus/Tenerrinus Tfief
Spartium junceum Ġenistra safra
Spiranthes spiralis Bajdet il-fenek
Sporobolus arenarius
Stachys ocymastrum
Stellaria pallida Ħarira bajda
L.T
[immodifika | immodifika s-sors]Tamarix africana Bruk
Tetraclinis articulata Għargħar
Teucrium flavum Borgħom komuni
Teucrium fruticans Żebbuġija
Thymus capitatus Sagħtar
Tordylium apulum Ħaxixet it-trieraħ
Torilis nodosa Tursin xewwieki
Triadenia aegyptica Fexfiex ta’ l-irdum
Trifolium nigrescens Xnien abjad
Tropaeleum majus Kapuċċinell
Tulipa sylvestris Tulipan salvaġġ
Typha domingensis Buda
L.U
[immodifika | immodifika s-sors]Ulmus canescens [=Ulmus minor subsp. canescens] Nemmiesa/Siġar tan-nemus
Ulmus minor[=Ulmus minor subsp. minor] Ulmu komuni
Urginea maritima Għansar
Urospermum picroides Tfief xewwieki
Urtica dubia Ħurrieq
L.V
[immodifika | immodifika s-sors]Verbascum sinuatum Xatbet l-andar
Verbena officinalis Buqexrem
Vicia sativa Ġilbiena sewda
Vitex agnus-castus Sigra tal-virgi/Għadib
Vitis vinifera Dielja
L.X
[immodifika | immodifika s-sors]Xanthoria sp Ksantorja
L.Z
[immodifika | immodifika s-sors]Zanichellia melitensis Ħarira tal-ilma