Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Davis
Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Davis | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Eutheria |
Superordni: | Euarchontoglires |
Ordni: | Lagomorpha |
Familja: | Leporidae |
Ġeneru: | Sylvilagus |
Speċi: | S. robustus |
Isem binominali | |
Sylvilagus robustus (Bailey, 1905) |
Il-Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Davis jew Denb qotni tal-muntanji ta' Davis jew Fenek robust, li hu magħruf xjentifikament bħala Sylvilagus robustus huwa mammiferu plaċentat tad-Dinja l-Ġdida u membru tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu). Dan id-denb qotni huwa nattiv tal-kontinent ta' l-Amerika ta' fuq, endemiku tal-iStati Uniti.
Dan id-denb qotni huwa simili ħafna tal-Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant Sylvilagus floridanus u diffiċli ħafna biex jingħarfu minn xulxin. Il-Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Davis Sylvilagus robustus żmien ilu kien meqjus bħala sottospeċi tal-Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant.
Distribuzzjoni[immodifika | immodifika s-sors]
Il-Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Davis huwa speċi ta' denb qotni li hija ristretta u għandha distribuzzjoni fuq il-muntanji Davis biss, endemiku tal-istat tat-Texas, fl-iStati Uniti f' arja mhux protetta bejn Guadalupe u l-Park Nazjonali ta' Big Bend.
Klassifikazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]
Dan il-fenek huwa 1 minn 9 speċi ta' dnieb qotna, li qegħdin klassifikati fis-sottoġeneru Sylvilagus u m' hemmx sottospeċi rikonoxxuti.
Sinonimi[immodifika | immodifika s-sors]
"Sylvilagus floridanus robustus" huwa sinonimu jew l-istess bħal u jirreferi għal Sylvilagus robustus ta' Bailey, 1905.
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- Hoffmann, Robert S.; Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
- The Paleobiology Database.
- Tassonomija tal-Mammiferi.