Fenek pigmew
Fenek pigmew | |
---|---|
Fenek pigmew (Brachylagus idahoensis) | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Eutheria |
Superordni: | Euarchontoglires |
Ordni: | Lagomorpha |
Familja: | Leporidae |
Ġeneru: | Brachylagus |
Speċi: | B. idahoensis |
Isem binominali | |
Brachylagus idahoensis Merriam, 1891 | |
Firxa tal-fenek pigmew |
Il-fenek pigmew, xjentifikament magħruf bħala Brachylagus idahoensis, huwa mammiferu plaċentat erbivoru u wieħed mil-uniċi żewġt ifniek Amerikani li jħaffru il-bejta tagħhom stess. Dan il-fenek huwa differenti sew mil-ispeċi fil-ġeneri Lepus u Sylvilagus u b'hekk meqjus bħala fenek monotipiku, l-unika speċi fil-ġeneru Brachylagus.
Għalkemm bħala speċi fil-Colombia Basin tal-Istati Uniti imniżżla f'"periklu ta' estinzjoni", mil-IUCN din hi mniżżla bħala speċi f'"riskju minuri". Din il-valutazzjoni differenti hi minħabba li l-popolazjoni fil-Columbia Basin hija relitt iżolat u ġenetikament distinta li qiegħda fit-triq ta' żvilupp ta' sottospeċi ġdida, iżda l-IUCN tikkunsidra biss l-istat tal-popolazjoni tal-ispeċi b'mod sħiħ u globali.
Il-fenek pigmew huwa l-iżgħar leporidu fid-dinja, fejn fenek adult jiżen bejn 375 sa massimu ta' 500 gramma u tul totali ta' bejn 23.5 sa 29.5 ċentimeteri, u n-nisa ta' din l-ispeċi huma kemmxejn akbar mil-irġiel. Il-fenek pigmew jingħaraf minn leporidi oħra mid-daqs eċċezjonalment żgħir, mill-widnejn qosra, mis-saqajn ta' wara pjuttost żgħar u n-nuqqas ta' pil abjad mad-denb.
Il-fenek pigmew ġeneralment iħobb jgħix f'arja b'ħaxix għoli tal-Artemisia spp. għal ilqugħ, ikel u protezzjoni matul is-sena kollha.
Distribuzzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Id-distribuzjoni storika ta' dan il-fenek endemiku, kienet mifruxa mal-ambjenti xotti fir-regjuni tal-Great Basin u ż-żoni muntanjużi fil-Punent tal-Istati Uniti, li jinkludu partijiet minn Montana, Idaho, Wyoming, Utah, Nevada, Kalifornja, Oregon u Washington.
Klassifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]- Ordni Lagomorpha
- Familja Leporidae
- Ġeneru Brachylagus
- Fenek pigmew, Brachylagus idahoensis
- Ġeneru Brachylagus
- Familja Leporidae
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Brachylagus idahoensis, Lista Ħamra tal-IUCN 2006
- Daħla fir-reġistru federali tal-Gvern tal-Istati Uniti