Aqbeż għall-kontentut

Evangelista Menga

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Evangelista Menga (twieled madwar l-1480 – miet madwar l-1571) kien inġinier militari Taljan.

Menga kien l-inġinier militari tal-Imperatur Karlu V u ddisinja diversi kastelli fl-Italja inkluż dawk ta' Copertino, Barletta,[1] Mola di Bari u Parabita, flimkien ma' torri f'Margherita di Savoia. Bejn l-1560 u l-1567, Menga kien l-inġinier residenti tal-Ordni ta' San Ġwann,[2] u kien involut fit-tiswija tal-fortifikazzjonijiet ta' Malta matul l-Assedju l-Kbir tal-1565.

Huwa żżewweġ lil Maria Coco u kellhom tifel wieħed jismu Avolio. Dan kellu erbat itfal: Sigismondo, Porzia, Camilla u Laura. Sigismondo żżewweġ lil Ottavia Calefato fi Francavilla, u Porzia żżewwġet lil Angelo Perruccio di Leverano.

Menga rċieva t-titlu onorifiku ta' kavallier minħabba s-servizz tiegħu lill-Ordni, u ngħata pensjoni ta' 300 skud. Huwa miet madwar l-1571 meta kellu xi 90 sena, probabbli f'Malta.

  1. ^ Grisotti, Marcello (1995). Barletta, il castello, la storia, il restauro (bit-Taljan). Barletta: Adda. p. 51.
  2. ^ Schiavone, Michael J. (2009). Dictionary of Maltese Biographies Vol. 1 A–F (bl-Ingliż). Tal-Pietà: Pubblikazzjonijiet Indipendenza. pp. 520–521. ISBN 9789993291329.