Enya
Dan l-artiklu dwar persuna huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Enya | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Eithne Pádraigín Ní Bhraonáin |
Twelid | Gaoth Dobhair (mul) , 17 Mejju 1961 (63 sena) |
Nazzjonalità | Irlanda |
Familja | |
Missier | Leo Brennan |
Aħwa |
uri
|
Edukazzjoni | |
Lingwi | Ingliż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kantant kompożitur tal-kanzunetti kompożitur pjanist artist diskografiku |
Xogħlijiet importanti | Wild Child (en) |
Premjijiet |
List
|
Influwenzat minn | Brian Eno (en) |
Sħubija | Clannad |
Psewdonomu | Enya |
Moviment artistiku |
mużika new age Celtic music (en) operatic pop (en) |
Tip ta' leħen | mezzo soprano |
Strument/i tal-mużika |
pjanu vuċi |
Tikketta tar-reġistrazzjoni | Warner Music Group |
Eithne Patricia Ní Bhraonáin (Gweedore, 17 ta' Mejju 1961), magħrufha aħjar bħala Enya, hija kantanta, mużiċista u kompożitriċi Irlandiża. Isimha ħafna drabi huwa ppreżentat fil-medja bħala Enya Breenan; Enya huwa tranżliterazzjoni approsimittiva ta' kif Eithne (isem bl-Irlandiż) huwa pronunzjat fil-lingwa Irlandiża, il-lingwa nattiva tagħha.
Il-karriera mużikali tagħha bdiet fl-1980, meta għal ftit ingħaqdet mal-grupp Clannad, qabel ma ħalliet 'l-grupp biex tibda karriera bħala solista. L-album tagħha Watermark, li ħareġ fl-1988, irnexxielha jwassalha għar-rikonoxximent internazzjonali u Enya saret magħrufha għall-ħoss uniku tagħha, li kien karatterizzat minn melodiji folkloristiċi, u diversi tipi oħra ta' ħsejjes.
Matul is-snin disgħin u l-bidu tal-millenju, Enya kompliet tgawdi s-suċċess; l-album tagħha A Day Without Rain (2000) irnexxielu jbigħ 15-il miljun kopja u hi ġiet imsejħa bħala l-ikbar artista femminili li biegħet diski fl-2001. Fl-Irlanda, hi hi l-iktar artista solista li biegħet kopji u hi uffiċjalment it-tieni l-ikbar esportatriċi ta' mużika f'pajjiżha wara l-grupp U2. Iċ-ċifra ta' kopji tal-albums tagħha jammontaw għal 70 miljun sal-2009, b'iktar minn 26 miljun ikunu mill-Istati Uniti. Ix-xogħol tagħha wassalha għal erba' Grammys u nominazzjoni għall-Academy Award.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Fil-Wikikwota hemm kollezzjoni ta' kwotazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma': Enya |