Eliżabetta II
Eliżabetta II (Elizabeth Alexandra Marija; twieldet fil-21 ta' April 1926 u mietet fit-8 ta' Settembru 2022)[1] kienet il-monarka kostituzzjonali ta' 16-il stat sovran (magħrufa bħala r-realms tal-Commonwealth) u territorji tagħhom u d-dipendenzi, kif ukoll kap tal-Commonwealth tan-Nazzjonijiet ta' 54 membru. Kienet Gvernatur Suprem tal-Knisja tal-Ingilterra u, f'xi realms tagħha, twettaq it-titolu tad-Difensur tal-Fidi bħala parti mit-titlu sħiħ tagħha.
Fuq l-adeżjoni tagħha fis-6 ta' Frar 1952, ir-Reġina Eliżabetta saret Kap tal- Commonwealth u reġina ta' seba' pajjiżi tal-Commonwealth indipendenti: ir-Renju Unit, il-Kanada, l-Awstralja, New Zealand, l-Afrika t'Isfel, il-Pakistan u s-Sri Lanka. Mill-1956 sal-1992, l-għadd ta' realms tagħha varjaw minn territorji kisbu l-indipendenza u xi realms saru repubbliki. Flimkien mal-ewwel erba' pajjiżi msemmija hawn fuq, ir-Reġina Eliżabetta kienet monarka tal-Ġamajka, il-Barbados, il-Baħamas, il-Grenada, Papwa Gwinea l-Ġdida, il-Gżejjer Solomon, Tuvalu, Santa Luċija, San Vinċenz u l-Grenadini, il-Beliże, Antigwa u Barbuda u San Kitts u Nevis. Ir-renju tagħha huwa l-itwal wieħed għal monarka Brittanika; ir-Reġina Victoria saltnet għal iktar minn 63 sena u r-renju tagħha kien it-tieni l-itwal.
Eliżabetta twieled f'Londra u ġiet edukata privatament id-dar. Missierha aderixxa għat-tron bħala Ġorġ VI fl-1936 wara l-abdikazzjoni ta' ħuh Edward VIII; minn dak iż-żmien kienet l-eredi għat-tron. Hija bdiet biex twettaq doveri pubbliċi matul it-Tieni Gwerra Dinjija, li fihom serviet fis-servizz territorjali awżiljarju. Fl-1947 hija żżewġet lill-Prinċep Philip, Duka ta' Edinburgu, u miegħu kellha erbat itfal: Charles, Anne, Andrew, u Edward. Is-Servizz nkurunat tagħha sar fl-1953 u kien l-ewwel li xxandar.
Ir-Reġina għamlet żjarat u laqgħat storiċi ħafna li jinkludu ż-żjara statali lir-Repubblika tal-Irlanda u żjarat reċiproċi għand l-Papa u minnu. Ir-Reġina rat bidliet kostituzzjonali ewlenin fir-realms tagħha, bħad-devoluzzjoni fir-Renju Unit u l-patriation tal-kostituzzjoni Kanadiża. Żminijiet ta' importanza personali tagħha kienu jinkludu t-twelid u ż-żwiġijiet tat-tfal tagħha, it-twelid tan-neputijiet tagħha, l-investitura tal-Prinċep ta' Wales, u ċ-ċelebrazzjoni ta' tragwardi bħall-ġublew tal-fidda, tad-deheb, tad-djamanti u tal-platinu tagħha, fl-1977, fl-2002, fl-2012 u fl-2022 rispettivament.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Furness, Hannah (2022-09-08). "Queen Elizabeth II dies aged 96 at Balmoral" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-08.