Aqbeż għall-kontentut

Elaine Feinstein

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Elaine Feinstein
Ħajja
Isem propju Elaine Cooklin
Twelid Bootle (en) Translate, 24 Ottubru 1930
Nazzjonalità Renju Unit
Mewt 23 Settembru 2019
Edukazzjoni
Alma mater Newnham College (en) Translate 1952, 1955) Baċellerat tal-Arti, Masters tal-Arti : Ingliż
Lingwi Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni drammaturgu
rumanzier
traduttur
poeta
novellist
bijografu
kittieb
xeneġġatur
Impjegaturi University of Essex (en) Translate
Premjijiet
Influwenzat minn Emily Dickinson (mul) Translate
Sħubija Soċjetà Rjali tal-Letteratura

Elaine Feinstein (imwielda Elaine Cooklin; 24 ta’ Ottubru 1930 - 23 ta’ Settembru 2019)[1][2] kienet poetessa, rumanziera, kittieba ta’ novelli, drammaturga, bijografa u traduttriċi. Hija ngħaqdet mal-Kunsill tar-Royal Society of Literature fl-2007.

Karriera letterarja

[immodifika | immodifika s-sors]

Feinstein iżżewġet u kellha tliet subien ma’ żewġha, Arnold Feinstein. Hekk kif qabdet tikteb mill-ġdid, “reġgħet ħadet il-ħajja”. Bdiet iżżomm id-djarji, tgawdi l-proċess tal-qari u tal-kitba tal-poeżija, u tikkomponi xi xogħlijiet biex jgħinuha tagħmel sens minn din l-esperjenza. Hi kkummentat li riedet “propożizzjonijiet sempliċi, linji li ħarġu jkantaw mill-poeżiji bi frażijiet perfetti donnhom linji tal-mużika.” Il-poeżija ta' Marina Tsvetayeva spiratha sabiex tittraduċi xi poeżiji minn tagħha. Dawn il-poeżiji ġew ippubblikati mill-Oxford University Press u Penguin Books fl-1971. Hi rċeviet tliet premijiet għat-traduzzjoni mill-Kunsill tal-Arti.

Wara li fl-1980 saret membru tar-Royal Society of Literature, il-kitba saret ix-xogħol primarju tagħha. Fl-1990, irċeviet il-Cholmondeley Award għall-Poeżija u Dottorat Onorarju mill-Università ta’ Leicester.[2] Kultant kienet iżżur ir-Russja biex tagħmel riċerka għall-kotba tagħha, filwaqt li żżur ukoll xi ħbieb, fosthom Yevgeny Yevtushenko.[3] Ix-xogħlijiet tagħha jinkludu erbatax-il rumanz, ħafna radju drammi, drammi televiżivi u ħames bijografiji, fosthom A Captive Lion: The Life of Marina Tsvetaeva (1987) u Pushkin (1998). Ted Hughes: The Life of a Poet (2001) ġie nnominat għall-Marsh Biography Prize, premju li jingħata darbtejn f’sena. Il-bijografija li kitbet fuq Anna Akhmatova, Anna of all the Russias, ħarġet fl-2005 u ġiet tradotta fi tnax-il lingwa Ewropea, inkluż ir-Russu.[4]

Meta reċentament, f’intervista ma’ Alma Books, ġiet mistoqsija liema tliet kotba tagħżel li ssalva kieku darha kellha tieħu n-nar, Feinstein irrispondiet, “Kieku nieħu l-iPad.”[1]

Elaine Feinstein mietet b’kanċer f’Londra fit-23 ta’ Settembru 2019 fl-età ta’ 88 sena. Warajha ħalliet tliet ulied u sitt neputijiet.[1]

  1. ^ a b ċ Genzliger, Neil. "Elaine Feinstein, Poet, Novelist and Biographer, Dies at 88" (bl-Ingliż).
  2. ^ a b "Elaine Feinstein". British Council Literature (bl-Ingliż).
  3. ^ "Carcanet Press - Elaine Feinstein (1930 - 2019)". www.carcanet.co.uk. Miġbur 2022-05-21.
  4. ^ "The Elaine Feinstein Page". www.elainefeinstein.com. Miġbur 2022-05-21.