Aqbeż għall-kontentut

Eileen Chang

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Eileen Chang
Ħajja
Twelid Shanghai International Settlements (en) Translateu Shanghai, 30 Settembru 1920, 20 Settembru 1920
Nazzjonalità Stati Uniti tal-Amerka
Tajwan
Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
Mewt Westwood (en) Translate, 8 Settembru 1995
Familja
Missier Zhang Zhiyi
Omm Huang Suqiong
Konjuga/i Hu Lancheng (en) Translate  (1944 -  1947)
Ferdinand Reyher (en) Translate  (Awwissu 1956 -  1967)
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Hong Kong
St. Mary's Hall, Shanghai (en) Translate
St. John's University (en) Translate
Fakultà tal-Arti tal-Università ta' Hong Kong
Lingwi Ċiniż
djalett ta' Shanghai
djalett ta' Nanjing
Ċiniż Mandarin
Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni xeneġġatur
ġurnalist
traduttur
kittieb
rumanzier
Impjegaturi University of California, Berkeley (en) Translate
Psewdonomu 梁京u Լյան Ցին
Moviment artistiku esej
psychological drama (en) Translate

Eileen Chang (biċ-Ċiniż tradizzjonali: 張愛玲; biċ-Ċiniż issimplifikat: 张爱玲; pinyin: Zhāng Àilíng; Wade–Giles: Chang1 Ai4-ling2; twieldet fit-30 ta' Settembru 1920 – mietet fit-8 ta' Settembru 1995), magħrufa wkoll bħala Chang Ai-Ling , Zhang Ai Ling, jew bil-psewdonimu tagħha Liang Jing (梁京), kienet esejista, rumanziera u kittieba tal-films. Hija kienet ta' nazzjonalità Amerikana iżda mwielda ċ-Ċina. Chang hija kittieba femminista tal-letteratura Ċiniża, magħrufa għar-rappreżentazzjoni tal-ħajja f'Shanghai u f'Hong Kong fis-snin erbgħin tas-seklu 20.

Chang twieldet f'familja aristokratika u ġiet edukata b'mod bilingwi f'Shanghai. Hija kisbet prominenza letterarja fiż-żmien li Shanghai kienet taħt il-ħakma Ġappuniza, bejn l-1943 u l-1945. Madankollu, wara li ċ-Ċina waqgħet taħt il-ħakma Komunista, hija ħarbet mill-pajjiż. Lejn l-aħħar tas-snin sittin u l-bidu tas-snin sebgħin tas-seklu 20, xogħolha reġa' ġie skopert minn diversi studjużi fosthom C.T. Hsia u Shui Jing. Mar-rivalutazzjoni tal-istorja letterarja ta' wara Mao Zedong, fl-aħħar tas-snin sebgħin u l-bidu tas-snin tmenin, hija reġgħet kisbet prominenza letterarja fit-Tajwan, Hong Kong, iċ-Ċina Kontinentali u fil-komunitajiet tad-dijaspora Ċiniża.[1] Għal darb'oħra, fil-bidu tad-disgħinijiet, Chang reġgħet saret popolari mal-poplu Ċiniz.

Chang kienet kittieba realista u modernista magħrufa għan-narrattiva unika tagħha ambjentata fi żmien il-gwerra.[2] Xogħolha kien meqjus uniku għaliex iddevja mir-rakkonti popolari li kienu jitkellmu dwar ir-rivoluzzjoni u s-salvazzjoni nazzjonali. Hija fittxet li tirrakkonta d-dettalji u l-esperjenzi tal-ħajja ta' kuljum li għalkemm jaf jidhru irrelevanti huma importanti għaliex jitfgħu dawl fuq il-ħajja tan-nies komuni f'perjodi ta' vjolenza u bidla soċjali. Chang kienet magħrufa wkoll għal mod ta' kif tħares lejn il-ħajja moderna u għall-ħila tagħha li tikkuntrasta elementi mir-realtà storika (il-gwerra, l-imblokk, il-ġuħ, u l-iskarsezza) ma' elementi mid-dominju tal-ħajja privata u domestika (l-imħabba, ix-xenqa, u t-telf).[3]

  1. ^ "Chang, Eileen (Zhang Ailing) 1920–1995." Encyclopedia of Modern China, editjat minn David Pong, vol. 1, Charles Scribner's Sons, 2009, pp. 193-195. Gale Virtual Reference Library.
  2. ^ Qu, Lina (2020-02-09). "Writing, Rewriting, and Miswriting: Eileen Chang's Late Style Against the Grain". CLCWeb: Comparative Literature and Culture. 21 (6).
  3. ^ Pong, David. Encyclopedia of modern China. ISBN 978-0-684-31571-3.