Edward Scicluna
Edward Scicluna | |||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
1 Jannar 2021 - ← Mario Vella
13 Marzu 2013 - 22 Novembru 2020 ← Tonio Fenech (en) - Clyde Caruana →
14 Lulju 2009 - 12 Marzu 2013 District: Malta Election: Elezzjonijiet Ewropej 2009
District: District 7 (en) Election: Elezzjonijiet Ġenerali 2017 | |||||||||
Ħajja | |||||||||
Twelid | Naxxar, 12 Ottubru 1946 (78 sena) | ||||||||
Nazzjonalità | Malta | ||||||||
Edukazzjoni | |||||||||
Alma mater | Università ta' Malta | ||||||||
Lingwi | Malti | ||||||||
Okkupazzjoni | |||||||||
Okkupazzjoni |
politiku għalliem fl-università | ||||||||
Post tax-xogħol |
Strasburgu Brussell |
Edward Scicluna (Rabat, 12 ta' Ottubru 1946) kien l-Ministru tal-Finanzi tal-Gvern Laburista li rebaħ l-Elezzjonijiet Ġenerali 2013. Kien membru Parlamentari Ewropew f'isem il-Partit Laburista u Viċi-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament. Kien elett fl-Elezzjonijiet Ġenerali tal-2013 f'isem il-Partit Laburista.[1] Attwalment huwa l-gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta.
Studji
[immodifika | immodifika s-sors]Scicluna studja fl-Università ta' Oxford fejn ingħata Diploma b’Distinzjoni fil-politika u l-ekonomija; fl-Università ta’ Malta fejn ingħata BA fl-Ekonomija bi grad ta’ First Class Honours, u fl-Università ta' Toronto fejn ingħata Masters u Dottorat fl-Ekonomija.[2]
Karigi
[immodifika | immodifika s-sors]Huwa serva bħala Kap tad-Dipartiment tal-Ekonomija fl-Università ta’ Malta. Serva wkoll bħala Chairman tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD), Chairman tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA),[3] Kummissarju Elettorali, Direttur tal-Bank Ċentrali, u Membru tal-Kumitat Nazzjonali għall-Bidla għall-Ewro (NECC).
Fis-settur privat serva bħala Konsulent kif ukoll bħala Chairman u Direttur fuq il-Bord ta’ ħafna kumpaniji lokali.
Fil-qasam internazzjonali l-Professur Scicluna serva għall-ħafna snin bħala konsulent mal-Kummissjoni Ewropea, mal-UNESCO, u mal-United Nations Environmental Programme (UNEP). Hu kien ġie maħtur mill-Kummissjoni Ewropea bħala espert fuq l-Ewro.[4]
Ħajja personali
[immodifika | immodifika s-sors]Huwa miżżewweġ lil Astrid, imwielda Bartoli u għandhom żewġt itfal, Mark u Katya, u erba’ neputijiet.[5]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ http://www.europarl.europa.eu/meps/en/96671/EDWARD_SCICLUNA/history/7
- ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2019-05-18. Miġbur 2019-05-18.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
- ^ https://www.gov.mt/en/Government/DOI/Press%20Releases/Pages/2019/January/19/pr190101.aspx
- ^ https://www.esm.europa.eu/board-of-governors/esm/edward-scicluna
- ^ https://www.maltatoday.com.mt/lifestyle/fashion/78387/oaths_and_hats_take_centre_stage_at_parliaments_official_opening#.XOAM87hoQ1g