Edward Scicluna

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Edward Scicluna
Governor of the Central Bank of Malta (en) Translate

1 Jannar 2021 -
Mario Vella (en) Translate
13. Ministru tal-Finanzi ta' Malta

13 Marzu 2013 - 22 Novembru 2020
Tonio Fenech (en) Translate - Clyde Caruana (en) Translate
Membru tal-Parlament Ewropew

14 Lulju 2009 - 12 Marzu 2013
District: Malta
Election: Elezzjonijiet Ewropej 2009
membru tat-13-il Kamra tar-Rappreżentanti ta’ Malta


District: District 7 (en) Translate
Election: Elezzjonijiet Ġenerali 2017
Ħajja
Twelid Naxxar, 12 Ottubru 1946 (77 sena)
Nazzjonalità Malta
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Malta
Lingwi Malti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
għalliem fl-università
Post tax-xogħol Strasburgu
Brussell

Il-Professur Edward Scicluna (Rabat, 12 ta' Ottubru 1946) huwa l-Ministru tal-Finanzi tal-Gvern Laburista li rebaħ l-Elezzjonijiet Ġenerali 2013. Kien membru Parlamentari Ewropew f'isem il-Partit Laburista u Viċi-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament. Kien elett fl-Elezzjonijiet Ġenerali tal-2013 f'isem il-Partit Laburista.[1]

Studji[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Professur Scicluna studja fl-Università ta' Oxford fejn ingħata Diploma b’Distinzjoni fil-politika u l-ekonomija; fl-Università ta’ Malta fejn ingħata BA fl-Ekonomija bi grad ta’ First Class Honours, u fl-Università ta' Toronto fejn ingħata Masters u Dottorat fl-Ekonomija.[2]

Karigi[immodifika | immodifika s-sors]

Huwa serva bħala Kap tad-Dipartiment tal-Ekonomija fl-Università ta’ Malta. Serva wkoll bħala Chairman tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD), Chairman tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA),[3] Kummissarju Elettorali, Direttur tal-Bank Ċentrali, u Membru tal-Kumitat Nazzjonali għall-Bidla għall-Ewro (NECC).

Fis-settur privat serva bħala Konsulent kif ukoll bħala Chairman u Direttur fuq il-Bord ta’ ħafna kumpaniji lokali.

Fil-qasam internazzjonali l-Professur Scicluna serva għall-ħafna snin bħala konsulent mal-Kummissjoni Ewropea, mal-UNESCO, u mal-United Nations Environmental Programme (UNEP). Hu kien ġie maħtur mill-Kummissjoni Ewropea bħala espert fuq l-Ewro.[4]

Ħajja personali[immodifika | immodifika s-sors]

Huwa miżżewweġ lil Astrid, imwielda Bartoli u għandhom żewġt itfal, Mark u Katya, u erba’ neputijiet.[5]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ http://www.europarl.europa.eu/meps/en/96671/EDWARD_SCICLUNA/history/7
  2. ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2019-05-18. Miġbur 2019-05-18.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  3. ^ https://www.gov.mt/en/Government/DOI/Press%20Releases/Pages/2019/January/19/pr190101.aspx
  4. ^ https://www.esm.europa.eu/board-of-governors/esm/edward-scicluna
  5. ^ https://www.maltatoday.com.mt/lifestyle/fashion/78387/oaths_and_hats_take_centre_stage_at_parliaments_official_opening#.XOAM87hoQ1g