Edward Maya

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Edward Maya
Isem sħiħ Eduard Marian Ilie
Twieled 29 ta' Ġunju 1986 (1986-06-29) (37 sena)
Oriġini Bukarest, Rumanija
Ġeneru House, elettronika
Snin ta' attività 2005–preżent
Artisti relatati Vika Jigulina
Sit uffiċjali edwardmaya.com

Ilie Eduard Marian, magħruf aħjar bħala Edward Maya (twieled fid-29 ta' Ġunju 1986) huwa mużiċist, produttur u kompożitur Rumen. Matul l-2009 kiseb popolarità kbira kemm fuq bażi Ewropew kif ukoll dak dinji bil-kanzunetta Stereo Love.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Matul l-2006, Maya ikkolabora ma' diversi artisti Rumeni u ħadem ukoll fuq il-kanzunetta Tornerò ta' Mihai Trăistariu fil-Festival tal-Eurovision 2006. Suċċessivament, fl-2008, ipproduċa l-album tal-grupp Akcent fejn ta d-daqqa t'id tiegħu fil-kompożizzjoni tas-siltiet Stay with Me, That's My Name u Lover's Cry.

Fis-sajf tal-2009, Maya ħareġ l-ewwel kanzunetta tiegħu bħala artist taħt l-isem ta' "Stereo Love". Din sparat għat-tieni post fir-Rumanija u aktar tard saret popolari f'ħafna klabbs imxerrdin madwar id-dinja. Il-kanzunetta rnexxielha tidħol fl-ewwel ħames postijiet tal-klassifiki mużikali ġewwa l-Awstrija, id-Danimarka, il-Finlandja, il-Ġermanja, l-Italja, l-Iżvezja, l-Iżvizzera, in-Norveġja, l-Olanda, ir-Renju Unit u Spanja.[1][2][3] Fuq is-sit tal-YouTube il-vidjo uffiċjali ta' din il-kanzunetta laħaq total ta' 75 miljun viżta f'inqas minn tnax-il xahar,[4] u rnexxielha tagħmel rekord ta' 52 ġimgħa fil-klassifika tal-aqwa 100 kanzunetta fl-Ewropa.

Fit-13 ta' Mejju, 2010, Maya ħareġ it-tieni kanzunetta tiegħu "This Is My Life", u aktar tard ifforma d-ditta diskografika tiegħu Mayavin Records. Nhar il-Milied tal-istess sena, Maya ħareġ it-tieni kanzunetta tiegħu "Desert Rain".

Diskografija[immodifika | immodifika s-sors]

Albums[immodifika | immodifika s-sors]

  • 2011 – The Stereo Love Show

Diski[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Edward Maya & Vika Jigulina: Stereo Love (Nummer)" (bl-Olandiż). Hung Medien. Miġbur 2011-01-21.
  2. ^ "Chartverfolgung / Maya,Edward Feat.Jigulina,Vika / Single" (bil-Ġermaniż). Musicline.de. Miġbur 2011-01-12.
  3. ^ "Chart Stats: Edward Maya & Vika Jigulina" (bl-Ingliż). Chart Stats. Miġbur 2011-01-12.
  4. ^ "Edward Maya & Vika Jigulina - Stereo Love (OFFICIAL VIDEO)". www.youtube.com. Miġbur 2010-03-27.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]