Aqbeż għall-kontentut

E. Lilian Todd

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
E. Lilian Todd
Ħajja
Twelid Washington, D.C., 12 Ġunju 1865
Nazzjonalità Stati Uniti tal-Amerka
Mewt Pasadena, 26 Settembru 1937
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni inventur
Impjegaturi United States Patent and Trademark Office (en) Translate
Women's National War Relief Association (en) Translate

Emma Lilian Todd (12 ta' Ġunju 1865 - 26 ta' Settembru 1937), magħrufa aktar bħala E. Lilian Todd, oriġinarjament minn Washington, DC u aktar tard minn New York City, kienet inventur awtodidattiku li trabbiet b'imħabba għall-apparat mekkaniku. Fin-New York Times tat-28 ta’ Novembru, 1909,"The Woman Inventor Who Plans --- And Expects --- To Fly" (PDF). New York Times (bl-Ingliż). 28 Novembru 1909. Miġbur 20 Diċembru 2021. hija tissemma bħala l-ewwel mara fid-dinja li ddisinjat ajruplan, fl-1906 jew qabel. Fl-1910, tar l-aħħar disinn tagħha, misjuq minn Didier Masson.[1]

Todd twieled f'Washington, DC fit-12 ta' Ġunju, 1865.[2] Iċ-ċensiment tal-Istati Uniti tal-1870 jelenkaha bħala "Lily", li tgħix ma' ommha Mary Todd u oħtha Cora fil-kapitali tal-Istati Uniti. Madankollu, missierha ma jissemmiex fiċ-ċensiment. Fil-ħarġa ta’ Novembru 1909 ta’ Woman’s Home Companion,[3] artiklu awtobijografiku jsemmi lil nannuha (probabbilment min-naħa ta’ ommha), li mingħandu wiret it-talent mekkaniku u inventiv tagħha. Iċ-ċertifikat tal-mewt ta’ Todd jinkludi isem ommha bħala “Mhux Magħruf Reynolds” u missierha bħala “Mhux Magħruf Todd”.[2]

Todd irċeviet l-edukazzjoni tagħha f'Washington, DC u għallmet lilha nfisha tittajpja bħala mod kif tmantni l-għajxien tagħha. L-ewwel xogħol tagħha kien fl- Uffiċċju tal-Liċenzji fuq l-Invenzjonijiet magħrufa ukoll bħala privattivi, iżda telqet sentejn wara biex taħdem fl-uffiċċju tal-gvernatur ta' Pennsylvania (hi ssostni fl-artiklu tagħha li saret l-ewwel mara li rċieviet ħatra fid-dipartiment eżekuttiv ta' dak l-istat). Imbagħad marret lura New York biex tkompli bil-ħidma tagħha bil-privattivi, bdiet tistudja l-liġi, u saret membru tal-ewwel klassi tan-nisa fil-liġi tal-Università ta’ New York (madwar l-1890).[4] Fl-1896, ħarġet privattiva għal detentur tal-kopja tat-tajprajter (numru 553292) li hija qasmet ma' George W. Parker. TAktar tard Todd ħadem bħala segretarju għad-direttur ġenerali tan-Womens' National War Relief Association matul il-Gwerra Spanjola-Amerikana .

Wara madwar l-1903, Todd dawret l-attenzjoni tagħha lejn "ġugarelli mekkaniċi u aeronawtiċi." Hija kienet ispirata aktar wara li rat airships f'Londra u fil-Louisiana Purchase Exposition f'St Louis fl-1904, kif ukoll skeċċ ta' ajruplan f'gazzetta Pariġina tal-1906. Aktar tard dik is-sena, Todd irċiviet attenzjoni nazzjonali meta esebixxiet l-ewwel disinn aeronawtiku tagħha fil-Madison Square Garden waqt wirja aero.[5] Il-filantropa Olivia Sage, l-armla tal-finanzier u politiku Russell Sage, kienet fost dawk li wrew interess fix-xogħol ta’ Todd. Sage saret patruna ta’ Todd u tatha $7,000 biex tiddisinja u tibni l-ajruplani tagħha.[6] L-ewwel biplan ta’ daqs sħiħ ta' Todd beda jinbena fil-ħarifa tal-1908 mill- Aħwa Wittemann ta’ Staten Island.[1]

Il-qafas kien mibni b'injam fin, filwaqt li l-kisi ta' fuq il-ġwienaħ kien tal-musulina, u il-kisi t'isfel kien materjal militari ħafif.  Il-ġwienaħ kienu miżmumin flimkien f'kordi ta' pjanu. L-ajruplan kellu żewġ siġġijiet, u kien twil 36 pied (11 m), filwaqt li l-mutur kien Rinek immodifikat.

B'ħeġġa kbira għall-importanza tal-avjazzjoni, Todd bdiet l-ewwel Junior Aero Club fl-1908 biex irawwem l-edukazzjoni tal-avjazzjoni futuri. Il-klabb kien jiltaqa’ fir-residenza ta’ Todd fi New York, fejn is-salott tagħha kien sar il-workshop tagħha u kien imżejna b’mudelli tal-ajruplani tad-disinnji tagħha stess, flimkien ma' ġugarelli mekkaniċi oħra. Todd kienet ukoll akkreditata li vvintat u kisbet privattiva għal kabinett b'mejda li tintewa, kanun li jista' jiġi attivat mill-enerġija solari, arloġġ tax-xemx, u apparat ta' arpa eolja li jista' jitwaħħal ma' siġra.[7]

Kif ssemmi hi stess fl-artiklu tal-1909, Todd riedet tippilota l-ajruplan tagħha stess u applikat għall-permess mingħand il-Kummissarju tax-Xogħlijiet Pubbliċi tal-Borough ta’ Richmond.[1] Hija kkunsidrat ukoll li tapplika għal permess biex ittir fejn trid fl-Istati Uniti. Madankollu, il-permess tagħha ma nħariġx.  Xorta waħda, fis-7 ta' Novembru, 1910, l-ajruplan tagħmel għamel qabża ta' 20 pied (6.1m) fuq l-għalqa tal-avjazzjoni ta' Garden City b'Didier Masson bħala pilota. Dan l-ajruplan però ma kienx kapaċi jsostni t-titjira sew.

Il-karriera ta’ Todd fid-disinn tal-ajruplan intemmet ħesrem wara li tqabbdet tagħmel xogħol ieħor mis-Sinjura Sage f'Jannar 1911. Dan minkejjall-interess ta' Sage fl-avjazzjoni u l-finanzjament tal-biplane ta' Todd.[8] 

Wara l-mewt tas-Sinjura Sage, Todd maret tgħix Pasadena, California, matul l-ewwel nofs tas-snin 20, kif innutat fir-Reġistru tal-Votanti tal-1924 u 'l quddiem. Fl-1936 hija marret toqgħod Corona Del Mar, California. Todd miet fis-26 ta’ Settembru, 1937, fl-Isptar Huntington Memorial f’Pasadena. Wara li l-katavru tagħha ġie kkremat, il-fdalijiet tagħha ntbagħtu New York fejn indifna fit-8 ta’ Ġunju, 1938 fiċ-Ċimiterju tal-Moravi fi Staten Island.[9]

Referenzi kulturali

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-2013, id-direttur u animatur Kristina Yee ħolqot film qasir bl-isem "Miss Todd" ma' tim ta' studenti fl- Iskola Nazzjonali tal-Films u t-Televiżjoni. "'Miss Todd' hija animazzjoni mużikali qasira, stop-motion dwar l-ewwel mara fid-dinja li bniet u ddisinjat ajruplan." Il-film huwa ispirat minn E. Lillian Todd.[10] Il-film rebaħ il-Foreign Film Award Gold Medal fl-2013 fl-iStudent Academy Awards. Barra minn hekk, it-tim ħareġ ktieb bl-isem "Miss Todd and Her Wonderful Flying Machine", ippubblikat minn Compendium, Inc.

Fl-2015, l-artista mużikali Elizaveta ħarġet il-vidjo "Icarus", li fih biss siltiet ta' animazzjoni minn "Miss Todd".[11]

Fl-2020, Calkins Creek ippubblika ktieb mhux fittizju bl-istampi dwar Lilian Todd imsejjaħ "WOOD, WIRE, WINGS: Emma Lilian Todd Invents an Airplane" minn Kirsten W. Larson u illustrat minn Tracy Subisak. Il-ktieb huwa maħsub għal qarrejja ta' aktar minn seba' snin.[12]

  1. ^ a b ċ "E. Lillian Todd". earlyaviators.com. Miġbur 2021-12-20.
  2. ^ a b State of California, Department of Public Health, Vital Statistics, Standard Certificate of Death for E. Lilian Todd filed October 9, 1937 in Los Angeles County
  3. ^ "Woman's Home Companion [v36 #11, November 1909] - Contents Lists". www.philsp.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-12-20. Miġbur 2021-12-20.
  4. ^ "Archival Collections". specialcollections.library.nyu.edu. Miġbur 2021-12-20.
  5. ^ Rajnus, Ann Lewis Cooper, Sharon. Stars of the Sky, Legends All (bl-Ingliż). Zenith Imprint.
  6. ^ "1912-01-26: Aeroplane for Guardsmen". content.lib.auburn.edu (bil-Malti). Miġbur 2021-12-20.
  7. ^ https://timesmachine.nytimes.com/timesmachine/1909/11/28/106723872.pdf
  8. ^ Crocker, Ruth. Mrs. Russell Sage: Women's Activism and Philanthropy in Gilded Age and Progressive Era America (Bloomington, Indiana: Indiana University Press, 2006) ISBN 0-253-34712-2
  9. ^ Moravian Cemetery, Staten Island, New York Order For Interment for Remains of E. Lillian Todd, June 8th, 1938
  10. ^ "Miss Todd". Miss Todd (bl-Ingliż). Miġbur 2021-12-20.
  11. ^ Elizaveta (23 July 2015). "Icarus". YouTube.
  12. ^ Wood, wire, wings: Emma Lilian Todd invents an airplane / Kirsten W. Larson, Illustrated by Tracy Subisak. Published/Produced, Honesdale, PA : Calkins Creek, 2020.