Aqbeż għall-kontentut

Dorothy Leigh Sayers

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Dorothy Leigh Sayers
President

1949 - 1957
Ħajja
Isem propju Dorothy Leigh Sayers
Twelid Oxford, 13 Ġunju 1893
Nazzjonalità Renju Unit
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda
Mewt Witham (en) Translateu Essex (en) Translate, 17 Diċembru 1957
Kawża tal-mewt kawżi naturali (coronary thrombosis (en) Translate)
Familja
Konjuga/i Mac Fleming (en) Translate  (13 April 1926 -  9 Ġunju 1950)
Edukazzjoni
Alma mater Christ Church Cathedral School (en) Translate
Godolphin School (en) Translate
Somerville College (en) Translate
(1912 -
Lingwi Ingliż
Franċiż
Taljan
Latin
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kittieb
traduttur
rumanzier
drammaturgu
saġġist
poeta
copywriter (en) Translate
editur
novellist
filologu
Impjegaturi Blackwell UK (en) Translate
S. H. Benson (en) Translate  (1922 -  1931)
Xogħlijiet importanti Whose Body? (en) Translate
Clouds of Witness (en) Translate
Unnatural Death (en) Translate
The Unpleasantness at the Bellona Club (en) Translate
Lord Peter Views the Body (en) Translate
Strong Poison (en) Translate
Five Red Herrings (en) Translate
Have His Carcase (en) Translate
Hangman's Holiday (en) Translate
Murder Must Advertise (en) Translate
The Nine Tailors (en) Translate
Gaudy Night (en) Translate
Busman's Honeymoon (en) Translate
In the Teeth of the Evidence (en) Translate
Striding Folly (en) Translate
Influwenzat minn Dante Alighieri
G. K. Chesterton (en) Translate
Thomas Traherne (en) Translate
William Wordsworth (mul) Translate
Wilkie Collins (en) Translate
Arthur Conan Doyle
Ronald Knox (mul) Translate
Sħubija Detection Club (en) Translate

Dorothy Leigh Sayers (13 ta' Ġunju 1893 – 17 ta' Diċembru 1957) kienet kittieba ta' rumanzi polizjeski u poetessa Ingliża, kif ukoll studenta tal-lingwi klassiċi u moderni. Sayers hi l-iżjed magħrufa għall-misteri, serje ta' rumanzi u sett ta' novelli li kitbet bejn l-Ewwel u t-Tieni Gwerra Dinjija dwar l-aristokratiku u l-investigatur Ingliż Lord Peter Wimsey. Fost xogħlijiet oħra li saret magħrufa għalihom hemm ukoll drammi, kritika letterarja u esejs. Sayers kienet tqis it-traduzzjoni tagħha ta' La Divina Commedia ta' Dante bħala l-aħjar xogħol li qatt kitbet. L-obitwarju tagħha, li deher fil-gazzetta The New York Times fl-1957, irrimarka kif diversi kritiċi ta' dak iż-żmien kienu jqisu The Nine Tailors bħala l-aqwa kitba letterarja tagħha.[1]

Traduzzjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]

Sayers kienet tikkunsidra t-traduzzjoni tagħha ta' La Divina Commedia ta' Dante bħala l-aqwa xogħol li qatt kitbet. Fl-1949 ħareġ Hell, mis-serje ġdida ta' Penguin Classics, li huwa traduzzjoni bbażata fuq l-opra klassika La Divina Commedia. Fl-1955, dan ġie segwit mill-ktieb Purgatory. Għalkemm it-tielet volum ta' din is-serje, bl-isem ta' Paradise, kien għadu ma tlestiex qabel mietet Sayers, eventwalment dan tkompla minn Barbara Reynolds fl-1962.

L-għan tat-traduzzjoni ta' Sayers huwa li żżomm it-terza rima oriġinali tat-Taljan. Pereżempju, Sayers tbiddel il-vers "Abandon all hope, ye who enter here", f'"Lay down all hope, you who go in by me", biex il-frażi "go in by me" tiġi tirrima ma' "made to be" li tinstab żewġ versi qabilha u "unsearchably" li tinstab erba' versi qabilha. Bit-Taljan tiġi "Lasciate ogne speranza, voi ch'intrate", u kemm it-traduzzjoni tradizzjonali kif ukoll dik ta' Sayers iżidu mat-test sors biex iżommu t-tul tal-vers oriġinali: "here" ġiet miżjuda f'dik tradizzjonali u "by me" ġiet miżjuda minn Sayers fil-verżjoni tagħha. Iż-żieda ta' "by me" tieħu mill-vers ta' qabel li jgħid: "Per me si va ne la città dolente;/ per me si va ne l'etterno dolore;/ per me si va tra la perduta gente." (Fil-verżjoni tradizzjonali Ingliża ta' Longfellow: "Through me the way is to the city dolent;/ through me the way is to the eternal dole;/ through me the way is to the people lost"). Umberto Eco, fil-ktieb tiegħu Mouse or Rat?, jissuġġerixxi li mid-diversi traduzzjonijiet bl-Ingliż, dik ta' Sayers hija l-aħjar waħda fejn tidħol il-preservazzjoni tal-endekasillabi u r-rima.

It-traduzzjoni ta' La Divina Commedia ta' Sayers tinkludi noti estensivi fl-aħħar ta' kull canto, fejn tispjega d-definizzjoni teoloġika għal dik li hi ssejħilha "allegorija Kristjana mill-aqwa". It-traduzzjoni tagħha baqgħet popolari minkejja li ġew ippubblikati traduzzjonijiet ġodda minn Mark Musa u Robin Kirkpatrick. Sal-2009, Penguin Books kienu għadhom qed jippubblikaw l-edizzjoni ta' Sayers.

Barra minn hekk, Sayers faħħret lil Roland talli kienet leġġenda purament Kristjana, f'kuntrast ma' poeżiji epiċi bħal Beowulf fejn innutat kontenut b'elementi pagani qawwija.

Bħall-kittieb Charles Williams (1886-1945), Sayers ukoll kellha passjoni għax-xogħol ta' Dante. Fil-fatt, hija tat kontribut f'esej dwar La Divina Commedia fil-volum Essays Presented to Charles Williams, miktub b'tifkira għalih.[2]

  1. ^ "Dorothy Sayers, Author, Dies at 64". archive.nytimes.com. Miġbur 2022-05-04.
  2. ^ Dorothy L. Sayers, " '... And Telling You A Story' A Note on The Divine Comedy" in Essays Presented to Charles Williams, ed. C. S. Lewis (Oxford: Oxford University Press, 1947), pp. 1–37.