Diskussjoni utent:MaltaCM

Page contents not supported in other languages.
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Jeffrey Pullicino Orlando[immodifika s-sors]

Grazzi tal-kontribuzzjonijet tiegħek fuq l-artiklu dwar Jeffrey Pullicino Orlando. Tajjeb tifhem, però, li r-ritratti li qed tipprova ddaħħal ma jistgħux jintużaw fuq l-Wikipedija għax huma protetti bil-copyright. Jekk il-copyright huwa tiegħek, dan irid jinbidel f'liċenzja CC-by-SA fuq Wikimedia Commons qabel jistgħu jiddaħħlu fuq il-Wikipedija.

Nitolbok ukoll li ma tħassarx l-infobox jew in-nota dwar il-bżonn ta' Wikifikazzjoni tal-artiklu. Hemm standards tal-Wikipedija li rridu nimxu magħhom fil-ġestizzjoni tal-artikli, kif indikat projpju l-avviż dwar dan fuq il-paġna stess fejn jidher.

Jekk xi ħaġa mhux ċara, tiddejjaqx tistaqsi. --ToniSant (d) 10:54, 24 Lulju 2021 (UTC)[wieġeb]

Grazzi talli tellajt ir-ritratti għall-artiklu dwar Jeffrey Pullicino Orlando mill-ġdid fuq Wikimedia Commons. Sew ir-ritratt tal-qoxra tal-ktieb kif ukoll ir-ritratt mir-referendum tad-divorzju m'għandhomx iiċenzja CC-by-SA u allura jaf jitneħħew minn fuq Wikimedia. Jekk/meta jiiġri jekk allura jkollna bżonn innaddfu l-artiklu mill-ġdid, sa kemm ma jkunx hemm liċenzja CC-by-SA abbinata ma' dawn ir-ritratti fuq Wikimedia Commons.
Jekk xi ħaġa mhux ċara, tiddejjaqx tistaqsi lili direttament. -- ToniSant (d) 18:38, 25 Lulju 2021 (UTC)[wieġeb]