Jeffrey Pullicino Orlando
Jeffrey Pullicino Orlando | |||
---|---|---|---|
25 Jannar 1999 - 23 Ġunju 2008 | |||
Ħajja | |||
Twelid | 27 Novembru 1963 (60 sena) | ||
Nazzjonalità | Malta | ||
Edukazzjoni | |||
Alma mater | Università ta' Malta | ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni | politiku |
Jeffrey Pullicino Orlando twieled fis-27 ta' Novembru 1963, huwa eks-membru tal-Parlament Malti u serva bħala ċermen eżekuttiv tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija sa l-ahhar tas-sena 2022.[1]
Ħajja personali
[immodifika | immodifika s-sors]Jeffrey Pullicino Orlando twieled Tas-Sliema u trabba Ħ'Attard. Għandu tlett itfal u jipprattika bħala dentist f'Ħaż-Żebbuġ. Kien miżżewweġ lil Marlene Farrugia u Carmen Ciantar,[2][3] u attwalment jgħix ma' Lara Boffa.[4]
Politika
[immodifika | immodifika s-sors]Pullicino Orlando beda jimmilita fil-Partit Nazzjonalista (PN) minn meta kien żagħżugħ u kien membru attiv fil-kumitati tal-partit.[5] Ġie elett kunsillier għal Ħaż-Żebbuġ fl-1993.[6] F'isem il-Partit Nazzjonalista ikkontesta u ġie elett mis-seba' distrett fl-1996, fl-1998, fl-2003 u fl-2008.[7] Hu serva bħala shadow Minister tas-settur tat-telekomunikazzjoni, bħala kap tad-delegazzjoni parlamentari Maltija għall-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, fejn serva wkoll bħala Viċi-President tal-Assemblea għal sentejn, u mill-2010 ħa rwol ta' kap eżekuttiv tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija (MCST).
Fis-6 ta' Lulju 2010, Pullicino Orlando ressaq Private Member's Bill fil-Parlament biex jiġi introdott id-divorzju.[8] F'Novembru tal-2010 twaqqaf il-"Moviment Iva għad-Divorzju" b'Deborah Schembri, president tal-moviment, u b'membri parlamentari oħra msieħba.[9] Il-kampanja wasslet għar-referendum fit-28 ta' Mejju 2011, fejn 53% ivvutaw favur l-introduzzjoni tad-divorzju.[10][11]
Fit-12 ta' Lulju 2012, l-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ddeċieda li Franco Debono, Jeffrey Pullicino Orlando u Jesmond Mugliett ma kinux se jitħallew jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali li jmiss f'isem il-PN, għalkemm Pullicino Orlando kien iddikjara preċedentament li ma kienx se jikkontesta.[12] Pullicino Orlando irriżenja mill-Partit u mill-Grupp Parlamentari b'effett immedjat fid-19 ta' Lulju wara li l-eżekuttiv tal-Partit b'mod unanimu irrifjuta s-sejħa tiegħu sabiex jiġi mkeċċi r-rappreżentat permanenti għall-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana,[5] bir-raġuni miġjuba kontra Cachia Caruana kienet li r-riattivazzjoni tas-Sħubija għall-Paċi (PfP) saret minn wara dahar il-Parlament Malti min-naħa ta' dan tal-aħħar.[13] Il-Prim Ministru attwali Lawrence Gonzi ħabbar li Pullicino Orlando kien se jibqa' jservi bħala membru parlamentari indipendenti - f'alleanza mal-Gvern Nazzjonalista.
Pullicino Orlando, f'Mejju tal-2017, ħabbar li aċċetta li jikkontesta mal-Partit Laburista fl-elezzjonijiet ġenerali tal-2017 fuq insistenza tal-Prim Ministru Joseph Muscat.[14] Fl-elezzjonijiet ikkontesta fis-seba' distrett però ma ġiex elett.[15] Minkejja li kellu kampanja qasira ta' ftit aktar minn gimgha, irnexxielu jgib rizultat tajjeb.
Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija
[immodifika | immodifika s-sors]Pullicino Orlando inħatar bħala ċermen tal-MCST f'Marzu tal-2010 mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi. It-terminu tiegħu f'din il-kariga ġie estiż darbtejn mill-amministrazzjoni Laburista mmexxija minn Joseph Muscat u reġa' ġie ikkonfermat minn Robert Abela wara li ġie maħtur bħala l-mexxej ġdid tal-Partit Laburista u Prim Ministru ta' Malta.
Taħt it-tmexxija tiegħu, l-irwol tal-Kunsill ġie estiż biex jinkludi wkoll oqsma bħal dawk tal-ispazju, PRIMA (Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran),[16] u ra żieda esponenzjali fir-relazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tar-Riċerka u l-Innovazzjoni. Kisba oħra notevoli kienet l-iżvilupp tal-Esplora, iċ-Ċentru Interattiv għax-Xjenza Nazzjonali. Il-proġett ta' żvilupp tal-Esplora kien jinvolvi r-riabilitazzjoni ta' dak li qabel kien l-Isptar Navali Bighi, li kien fi stat ta' kollass imminenti, f'kumpless ta' 22,000 metru kwadru li jinkludi planetarju uniku u aktar minn 250 esebit interattiv. Dan il-kumpless ġie inawgurat fit-28 ta' Ottubru 2016.[17] Iċ-Ċentru ġie iddikjarat mill-Kummissjoni Ewropea bħala Proġett Emblematiku fl-għeluq tat-30 Anniversarju tal-Politika ta' Koeżjoni f'April tal-2018.[18] Fl-aħħar sena tat-tmexxija tiegħu fl-2022, il-'National Audit Office' (NAO) iddikjarat l-MCST bħala eżempju ta' prattika tajba mill-'Governance Action Directorate' fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u f'dan ir-rigward irrikonoxxa lill-Kunsill bħala 'role model' għal entitajiet governattivi oħra.
Kunsill Nazzjonali Għall-Ħiliet
Pullicino Orlando inħatar Chairman Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ħiliet f’Jannar 2023. Huwa waqqaf dan il-Kunsill mill-gdid, bl-appoġġ sħiħ tat-tim tiegħu u tal-Gvern, biex jiżgura li l-Kunsill jibda jiffunzjona mill-ewwel f’dik li ntgħażlet biex tkun is-Sena Ewropeja tal-Ħiliet. Il-Kunsill tnieda uffiċjalment fl-ewwel ta’ Marzu, 2023 mill-Ministru għall-Edukazzjoni Dr Clifton Grima. Il-Kunsill, li huwa bbażat f’Pembroke, se jkun qed jiffoka fuq il-promozzjoni ta’ ħiliet speċifiċi, titjib tal-ħiliet u ħiliet mill-ġdid, biex jiżgura li l-ħaddiema ta’ Malta jkunu ppreparati biex jiehdu l-massimu possibbli mill-opportunitajiet ta’ impjieg li qedin joħorġu minn ekonomija li qed tiżviluppa b’rata mgħaġġla. Il-ħiliet trasversali se jingħataw importanza partikolari. Il-Kunsill qed jaħdem mill-qrib mal-korpi kostitwiti rilevanti kollha li jirrappreżentaw is-settur privat, rapprezentanti tal-haddiema u l-entitajiet tal-Gvern biex jilħaq l-għanijiet tiegħu.[19]
Fondazzjoni kENUP
[immodifika | immodifika s-sors]Pullicino Orlando huwa wieħed mill-fundaturi u direttur tal-Fondazzjoni kENUP.[20] Din il-fondazzjoni taħdem għall-benefiċċju pubbliku mingħajr skop ta' qligħ u tappoġġja innovazzjoni li hija bbażata fuq riċerka fil-qasam tas-saħħa. L-għan ewlieni ta' kENUP hu li tassigura li aġenti terapewtiċi, b'użu effettiv u affordabbli, ikunu disponibbli b'mod kumplessiv. kENUP hija bbażata f'Malta u għandha s-sosten sħiħ tal-Kummissjoni Ewropea permezz tal-Fond Ewropew għall-Investiment Strateġiku.
Bħala direttur ta' kENUP, Pullicino Orlando kien il-mutur wara inizjattiva li rat l-uffiċċji tal-Fondazzjoni mibdula f'residenza għal 30 refuġjat Ukren f'April tal-2022 b'kawża tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna.[21]
Awtobijografija
[immodifika | immodifika s-sors]F'Ġunju tal-2021 ġiet ippubblikata l-awtobijografija ta' Pullicino Orlando, With All Due Respect ("Bir-Rispett Kollu"). Fiha, l-awtur ta perspettiva tal-avvenimenti li sawru l-istorja riċenti ta' Malta minħabba li Pullicino Orlando kien involut direttament maż-żewġ partiti ewlenin u fl-ogħla livelli.[22][23]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Malta Council for Science and Technology Agency" (bl-Ingliż). Gvern ta' Malta. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-01-08.
- ^ "Pullicino Orlando seeks divorce" (bl-Ingliż). Times of Malta. Miġbur 2021-07-28.
- ^ "Former ARMS Ltd CEO Carmen Ciantar appointed as head of Foundation for Medical Services" (bl-Ingliż). The Malta Independent. 2016-07-05.
- ^ Brincat, Edwina (2017-05-25). "Conditionally discharged after insulting, then apologising to Pullicino Orlando" (bl-Ingliż).
- ^ a b "Updated: JPO resigns from PN; PM: Legislative programme will continue" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2012-07-19.
- ^ "Zebbug Local Council Elections - 1993 – 2005". www.geocities.ws/jojocian (bl-Ingliż).
- ^ "Dr Jeffrey Pullicino-Orlando" (bil-Malti). Parlament ta' Malta. 2018-02-01. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-07-28. Miġbur 2021-07-28.
- ^ Vella, Matthew (2010-07-07). "Pullicino Orlando rocks political establishment with unexpected divorce bill" (bl-Ingliż). Malta Today.
- ^ Laiviera, Nestor (2010-12-14). "Pullicino Orlando, Bartolo present new joint private member's bill on divorce" (bl-Ingliż).
- ^ "REFERENDUM 2011" (bil-Malti). Dipartment tal-Informazzjoni. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-06-02.
- ^ "MPs in Catholic Malta pass historic law on divorce" (bl-Ingliż). BBC News. 2011-07-25.
- ^ Vella, Matthew. "PN bans three MPs from contesting party ticket next elections" (bl-Ingliż). Malta Today.
- ^ Balzan, Jurgen (2012-06-18). "[LIVE] Pullicino Orlando votes for Labour motion, Mugliett abstains on Cachia Caruana resignation" (bl-Ingliż). Malta Today.
- ^ "Jeffrey Pullicino Orlando submits nomination as PL candidate" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2017-05-13.
- ^ "GENERAL ELECTION" (bl-Ingliż). Kummissjoni Elettorali Malta.
- ^ Sit uffiċjali ta' PRIMA
- ^ Cocks, Paul (2016-10-28). "[WATCH] Esplora science centre launched: 250 exhibits for full visitor immersion" (bl-Ingliż). Malta Today. Miġbur 2018-08-16.
- ^ "Esplora recognised as one of the best European projects financed by the European Union" (bl-Ingliż). Malta Today. Miġbur 2021-08-10.
- ^ "Jeffrey Pullicino Orlando appointed chairman of National Skills Council". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-03.
- ^ "kENUP team" (bl-Ingliż). kENUP.
- ^ Zammit, Mark Laurence. "We speak to him every day to make sure he's still alive" (bl-Ingliż). Times of Malta. Miġbur 2022-04-25.
- ^ "'It was obvious I won the election for PN in 2008' – Jeffrey Pullicino Orlando" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2021-06-27. Miġbur 2021-07-07.
- ^ Vella, Matthew (2021-06-21). "Revenge of JPO: former MP takes no prisoners in memoirs" (bl-Ingliż). Malta Today. Miġbur 2021-07-07.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Jeffrey Pullicino Orlando (Jeffrey Pullicino Orlando) |