Aqbeż għall-kontentut

Diskussjoni utent:Kennethgrima

Page contents not supported in other languages.
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Ġurdiem/ġurdien

[immodifika s-sors]

Kenneth, ma nafx għadhiex tintressak din. Staqsejt fuq Facebook: [1]

Leli Forte (d) 11:15, 7 Diċembru 2012 (UTC)[wieġeb]

Kenneth
Din is-sena hi t-tieni ċentinarju mit-twelid ta' Darwin. Jien qieghed nikteb artiklu fuqu. Billi tidher li int espert fil-bijoloġija inħajrek tikteb artiklu fuq l-evoluzzjoni. X'jidhirlek?
Leli Forte 11:21, 10 April 2009 (UTC)[wieġeb]

Leli
Jidhirli li għandek raġun, dan laħħar pero vera kont qtajt qalbi nikteb aktar artikli, għax xi utent beda jibdel xi titli ta' artikli li kont ktibt. Dan ġara f' artikli fejn kien hemm il-kliem ġurdiem ta' geddumu twil parti mit-titlu li jfisser shrew bl-Ingliż. Dan beda jibdel it-titli għal ġurdien ta' geddumu twil u nħolqot konvużjoni sħiħa. Issa fir-riċerki tiegħi sibt kemm waħda kif ukoll l-oħra u ma kontx naf x' ħa naqbad nagħmelu qbadt u waqaft u ma bqajtx nikteb għax qtajt qalbi.
Kenneth Grima 16:27. 13 April 2009

Kenneth
Veru jdejquk problemi bħal dawn, l-iżjed meta jsir tibdil mingħajr ħsieb u kunsultazzjoni. Kieku jien kont inżomm "ġurdieM", wara kollox aħjar ikollna żewġ kelmiet differenti! Li jinkwitani iżjed hu l-apatija tal-Maltin fejn jidħol il-Malti! Inħeġġek terġa' tibda tikteb.
Awguri
Leli Forte 09:30, 14 April 2009 (UTC)[wieġeb]

Omnivoru jew Onnivoru? "Leli Forte 09:16, 12 Settembru 2007 (UTC)"[wieġeb]

Omnivoru għax ġejja mil-kelma bil-latin "omne" li tfisser kollox jew kull ħaġa bħal kliem l' ieħor kollu bil-malti bħal omnipreżenti u omnipotenti. F' xi dokumenti bil-malti intużat ukoll eżempju [[2]].


Però bit-Taljan jużaw "onnivoro" imma mhux bilfors insegwu t-Taljan!
Nifraħlek għax-xogħol li qed tagħmel fuq il-Wikipedija!
"Leli Forte 11:15, 13 Settembru 2007 (UTC)"[wieġeb]

Tiswija ta' kliem

[immodifika s-sors]

Hello Kenneth, l-ewwelnett, prosit ta' dawn l-artikli kollha li qed tikteb fuq l-ispeċi u l-klassifikazzjoni tal-annimali. Nixtieq niġbidlek l-attenzjoni fuq 2 żbalji li tagħmel ta' spiss fil-kitba bil-Malti.

  • Uża " ta' " u mhux "tà" meta trid tfisser "of". Il-kelma waħedha "tà" fil-Malti ma teżistix.
  • Ħaġ'oħra, "mouse" bil-Malti huwa "ġurdien", mhux "ġurdiem" u l-plural hu "ġrieden", mhux "ġriedem". Użajthom ta' spiss dawn u hemm xi artikli imsemmija ħażin ħabba f'hekk.

Jekk jogħġbok oqgħod ftit attent għal dawn, mill-bqija ibqa' sejjer kif int.

Grazzi

Tony Sammut 07:58, 9 Settembru 2006 (UTC)[wieġeb]


Hemm żewġ artikli. Wieħed jismu Tupaia u l-ieħor Tupaja. Hemm differenza bejn iż-żewġ ismijiet? Għandhom jingħaqdu f'artiklu wieħed? Jew forsi hemm bżonn li jinbidel l-isem ta' xi artiklu minnhom biex jagħmel aktar sens (u jaqbel aktar mal-kontenut)?

Grazzi

Tony Sammut 08:11, 9 Settembru 2006 (UTC)[wieġeb]


Fl-artiklu Ġeneru, ktibt il-kelma Fenetika. Dak żball u ridt tgħid Ġenetika jew tfisser xi ħaġ'oħra?

Grazzi

Tony Sammut 06:52, 23 Ottubru 2006 (UTC)[wieġeb]

Id-Differenza bejn Ġurdiem u Ġurdien

[immodifika s-sors]

Il-kelma Ġurdiem ta' geddumu twil tfisser "Shrew" waqt li Ġurdien bħal ma nafu huwa "mouse" din it-tifsira sibta fuq diversi siti fuq l'internet.

"Tupaja" jista jkun wieħed min 20 speċi ta' annimal waqt li "Tupaia" huwa ġeneru li jiġbor fiħ 15-il annimal min dawn l'20, allura kelli nagħmel żewġt artikli differenti biex infisser dan.Għal min jistudja il bioloġija jew mammologija dawn iż-żewġt kelmiet għalkemm viċin jagħmlu differenza.

Caenolestidae

[immodifika s-sors]

Hello Kenneth, fl-artiklu Caenolestidae hemm miktub fl-aħħar biċċa tal-ewwel paragrafu, u b' 6 speċi estanti. Dik l-estanti trid tkun xi kelma oħra? Xi trid tgħid biha?

Grazzi Tony Sammut 14:09, 12 Settembru 2006 (UTC)[wieġeb]

Kelma li trid tfisser li għadhom ħajjin li m'humiex fossili jew estinti.Naħseb li ahjar tinqaleb għal kelma ħajjin mal-ewwel.

Talpa Marsupjal jew Talpa Marsupjali?

[immodifika s-sors]

hi Tony, Ġejt f'diffikulta x'irrid nuża jekk hux Talpa Marsupjal jew Talpa Marsupjali. Marsupjal singulari Marsupjali plurali, imma f'dan il każ x'ha nuża? Biex fil-każ jekk Talpa Marsupjal irrid nibdel it-titlu ta' l-artiklu għax qieghed Talpa Marsupjali.

grazzi.

Naħseb li kif qed tgħid int, trid tiġi 'marsupjal'. Tony Sammut

Iċċara ftit dan l-artiklu

[immodifika s-sors]

Fit-tieni paragrafu tad-Deskrizjoni ta' Baqra tal-baħar issemmi li snien dawn l-annimali naqsu drastikament, is-sider qiegħed taħt l-idejn u li għandhom par wieħed biss. Ma fhimtx eżatt xi trid tgħid hemmhekk. Jekk tista' u ssib il-ħin, elabora ftit jew agħmlu jinftiehem aktar.

Grazzi Tony Sammut 06:56, 14 Settembru 2006 (UTC)[wieġeb]


Mhux problema, ħa niprova nirranġaħ issa stess, u grazzi ħafna tal-għajnuna.

kennethgrima

Kif tuża l-wikipedia

[immodifika s-sors]

Hello Kenneth, ara ġejjin ftit noti żgħar fuq kif tikteb ċerta artikli fuq wikipedia, daqsxejn, tricks of the trade :)

  • L-artikli prova semmihom fis-singular jew ara liema kelma hi l-aktar komuni/użata u semmi l-artiklu għaliha. Eż:
Issemmix artiklu 'Klieb', imma 'Kelb'. Jekk waqt li qed tikteb f'artiklu, għandek il-kelma 'klieb' u trid tagħmel wiki-link, uża dal-format: [ [kelb|klieb] ]. Jekk inlaħħaq se nbiddillek xi links fl-artiklu Mammiferi taħt 'Klassifikazjoni' u nnota t-tibdil.
  • Uża l-istess ħaġa meta għandek per eżempju l-ispeċi u agħmel il-link hekk; l-[ [speċi|ispeċi] ]
  • Il-links għandhom faċilita' oħra li hi utli meta tikteb fil-plural. Jekk int tikteb; [ [iljun] ]i, l-aħħar i titqies bħala parti mil-link u allura tista' tevita li tikteb; [ [iljun|iljuni] ]. Din hi aktar bħal shortcut milli ħaġ'oħra.

Għalissa dawn li ġewni f'rasi. Mill-bqija, kompli għaddej kif int u grazzi tal-kontribut tiegħek. :) Tony Sammut 06:52, 15 Settembru 2006 (UTC)[wieġeb]


Għadni kif innutajt li biddilt link partikulari fl-artiklu Mammiferi. Kien hemm link għal "familja (bioloġija)" u qlibtu għal "familja" biss. Fil-wikipedia, meta l-istess kelma tirreferi għal 2 affarijiet ikun hemm paġna ta' diżambigwazzjoni, imma d-default għandu jmur għal dik it-tifsira l-aktar komuni. Fil-każ ta' familja, din għandha tkun dik li tiddeskrivi 'l omm, missier u t-tfal aktar milli dik tassonomika. (Fittex family fil-wikipedia bl-Ingliż ħa tara x'irrid infisser).

Għalissa ħalli kollox kif inhu tinkwetax, imma eventwalment, li se jkollna nagħmlu hu li naqilbu kull link minn "familja" għal "familja (bioloġija)" fl-artikli bħal tiegħek. Hemm mod pjuttost faċli biex issib dal-links kieku. Issa xi darba nagħmel kollox jien. Int jekk jogħġbok, fejn tiltaqa' magħha fl-artikli l-ġodda tiegħek ibda użaha bil-mod il-ġdid li qed ngħidlek. L-istess fil-każ ta' Renju, Fergħa, Klassi, Leġjun, Ordni, Serje, Grupp, Tribù (apparti li rridu nbiddlu l-isem tal-artiklu ħabba l-aċċent), Varjetà (iċċekkja din ukoll bl-Ingliż, peress li m'hemmx 'default meaning', jieħdok dritt għad-diżambigwazzjoni) u Forma

Tony Sammut 08:42, 24 Ottubru 2006 (UTC)[wieġeb]

Dan l-artiklu mhux lest

[immodifika s-sors]

Hi Tony,

Grazzi ta' dan is-suġġeriment għandu jiffrankali ħafna xogħol fuq ri-indirizzar u ħolqien ta' paġni. L'artiklu Mammiferi kien l-ewwel artiklu li kont għamilt ( apparti it-template:taxobox li kelli noħloq "jew ħa nigħdu nimmodifika min dik bl'ingliż" jien minħabba li fil-wikipedija bil-malti ma kienetx teżisti imma kienet parti essenzjali għalija), suppost l-artikli kollha l'oħra qedgħin fis-singular. Issa inmexxi dan l-artiklu minn Mammiferi għal Mammiferu mhux problema. Dan l-artiklu fadalu ftit biex jitlesta nipprova nikkonċentra fuqu dan il "weekend" għax inzerta wieħed twil w ikkumplikat imma importanti li jkun tajjeb għax huwa l-artiklu principali li minnhu jasslu għall-artikli kollha li għandi l-ħsieb nagħmel.

Kenneth Grima

Diffikluta fuq il-kelma Aardvark

[immodifika s-sors]

Aardvark hija kelma olandiza addottata mill-ingliż għal isem ta' annimal afrikan "aarde" art u "vark" "ħanżir". Bil-malti tiġi ħanżir ta' l-art. Imma bħal ma' nafu aħna il-maltin bl-isem ta' ħanżir l-art diġa insejħu annimal ieħor hekk. Ħafna pajjiżi ta' l-Ewropa ta' fuq jużaw kliem viċin ta' aardvark għax għandhom ċertu xebbħ bejn il-lingwi. Bit-taljan jisejaħ "Oritteropo", bil-franciż "Orycteropè", bl-ispanjol "Oricteropo" u bil-portugiż "Oricterope" dawn l-ismijiet kollha ġejjin mill-isem xjentifiku tieghu "Orycteropus afer" eżzttament mill-ġeneru "Orycteropus" Jien x'ħa nuża? "Orikteropu" isem mill-ġeneru tiegħu imma maltizzat u nigħd li jsibuħ ukoll bħala "ħanżir ta' l-art" jew "Aardvark" għalkemm din il-kelma għal malti ma tantx tolqotni??? u jekk f'dak il-każ nużaw din il-kelma nnwaqawla waħda mill-"a"?

Jien personali tolqotni l-ewwel opzjoni dik ta' "Orikteropu" + li jsibuħ ukoll bħala "ħanżir ta' l-art".

x'ħa nagħmel?

Kenneth Grima


Naqbel miegħek li mmorru għal "Orikteropu" imma jekk tkompli tagħmel kif għamilt fl-artiklu Tubulidentata u ssemmihom it-tnejn, ma tkunx idea ħażina anqas. Għal li jista' jkun ma tafx l-Għarab x'isejħulu hux? Peress li annimal Afrikan hemm imnejn teżisti kelma għalih. L-għażla imbagħad għandha tkun bejn l-Għarbi u t-Taljan naħseb jien. - Tony Sammut 08:48, 20 Settembru 2006 (UTC)[wieġeb]

Jiena fittixt fuq li fittixt u kull ma sibt din il-kelma li ma nafx xi tfisser assolutament اسْم : خِنْزِيرُ الأَرْض (forsi int taf lil xi ħadd li jista jigħna biex jaqliba b'alfabet malti) u il-kelma "Abundoulaf" li tfisser "dak li jħaffer" li hu l'isem ta' l-aardvark bl'Arbi fiċ-Ċad (Chad) pajjiż taħt il-Libja. Infatti din il-kelma giet Latinizzata w użata għall-Aardvark fossilu li instab fiċ-Ċad is-sena l'oħra 2005 (Orycteropus abundulafus). F'dak il-każ jekk nuża naqliba bl'alfabet malti "Abundulaf" minflok "Abundoulaf" taqa il-vokali "o".

Filkaz l'artiklu pero insemieħ xorta waħda "Orikteropu" għax il-membri tal-familja Oryteropodidae xorta waħda jisejħu Orikteropi (plural) u Orikteropu (singular) u żgur ma nkunux sejjrin ħażin, imbagħad fl-artiklu insemmi li jisejaħ ukoll "Ħanzir ta' l-art" u "Abundulaf"

x'taħseb?


Dik il-kelma bl-Għarbi, bejn wieħed u ieħor milli sibt jien, tfisser 'ħanżir'. Iġiefieri naħseb jien, naqbdu u nagħmlu kif qed tgħid int. Insemmu l-artiklu 'Orikteropu', hekk jew b'hekk hemm ruxxmata ismijiet xjentifċi issa. U kif għidt int ukoll, fl-artiklu nħallu 'Ħanżir ta' l-art'. 'Abundulaf' pero' aħjar ninsewha. - Tony Sammut 12:18, 20 Settembru 2006 (UTC)[wieġeb]

Suġġeriment tard

Fid-dizzjunarju universali: aardvark = bunemel!

http://www.dicts.info/ud.php?k1=228&k2=53 Awguri! "Leli Forte 16:06, 15 Awissu 2007 (UTC)"

Grazzi tas-suġġeriment, Vera naqra tard :) imma dejjem siewi. Fittixt aktar dwar il-kelma bunemel fuq id-dizzjunarju ta' Joseph Aquilina u minflok sibt bunemmiel. Din il-kelma tirreferi għal wikkiel in-nemel li bl-ingliż hija l-ekkwivalenti ta' "anteater". Il-kelma maltija għal "aardvark" bil-malti skond dan id-dizzjunarju hija oritteropu li ġejja mit-taljan "oritteropo".

pero grazzi għas-suġġeriment tieghek skoprejt x'jissejaħ "anteater" bil-malti bunemmiel.

grazzi għal darb oħra

"User:Kennethgrima 14:24, 28 ta' Awissu 2007 (UTC)"

Il-kelma bl-Għarbi ( خِنْزِيرُ الأَرْض ) tinqara "Ħanżir al ard" u bażikament tfisser Ħanżir ta' l-art ukoll. Naqbel miegħek Kenneth

FENETIKA (PHENETICS)

[immodifika s-sors]

Fil-bioloġija il-fenetika (maghrufa wkoll bħala tassonomija numerikali) huwa metodu ta' kif tista tiklassifika l-organiżmi ħajjin ibbażat fuq ix-xebħ morfoloġiku minflok fuq il-metodu ġenetiku. Hija dixxiplina antika jew il-llum qed jintuża il-metodu tal-filoġenetika.

Nispera li spjegajta ċara biżżejjed għax xi kultant meta niġi biex nispjega lil haddieħor neħħel ftit :)

grazzi ħafna tat-tiswijja

Kenneth


Fhimtek sew. :) Taf xiex, ha naqbad u nitfa' li ktibt f'artiklu. :)

Tony Sammut 07:53, 23 Ottubru 2006 (UTC)[wieġeb]

Tajjeb ħafna jien il-quddiem kif ikolli ċans niprova nelaboraħ ok.

Mistoqsija forsi tigħni fuq il-kelma hyrax

[immodifika s-sors]

Dan huwa annimal w il-kelma hyrax (bl-ingliż) gejja mil-kelma griega hurax ( li tfisser ġurdien-ġurdiem / mouse-shrew jew shrew-mouse) bit-taljan isejħulhom "Iraci" ovjament waqqawla l'Ħ ta' "hurax" għax il ħoss tal-ittra "Ħ" huma ma għandhomx u l'X bidluwa f'c pratikament akkomodawa ghal ilsien taljan.

x'ħa naghmel kif ħa niktiba bil-malti? Ħiraċ? ghax " ħajraks" minn dik bl-ingliz ma tantx iddoqli.

Kenneth

x'taħseb?


Qabel tivvinta jew issaqsi lili qatt pruvajt issib lil xi hadd li jifhem fis-suġġett? Niddubita kemm se ssib ta, għax kulħadd bl-Ingliż jitgħallimhom dawn imma forsi jekk nagħmlu ftit riċerka hemm imnejn insibu xi ħaġa, jew tal-inqas insaqsu lil xi nies responsabbli fil-Lingwa biex jgħidulna x'jagħmlu huma f'każijiet bħal dawn, qabel naqbdu u nfattruha. Jekk nibqgħu bla risposta imbagħad naraw. Int safrattant, aqbad tkellem fuq il-lampuki u l-fniek, dawk issib min jgħidlek fuqhom! ;)

Ħallina miċ-ċajt, prosit tal-150 artiklu jew aktar li ħloqt waħdek! X'kien imma qed tikteb fuq annimali tant rari u mhux komuni? Ara tistax tikteb fuq annimali li jinstabu Malta u fl-Ewropa. Min se juża din l-enċiklopedija, aktar se jfittex fuq 'lampuka' milli fuq 'tupaja'! Ara f'ġieħ il-bambin ma teħodnix ħażin, xogħolok hawn siewi u apprezzat u xi darba, dawn l-artikli kollha jridu jkun hawn xorta waħda! :D

Tony Sammut 13:33, 23 Ottubru 2006 (UTC)[wieġeb]

Jiena bil-mod il-mod nixtieq nikteb dwar il-mammiferi kollha kemm fniek, qtattes , klieb etc... u bil-pass li ghadejj ma nahsibx li ha niehu xi zmien twil. Jien fuq dawn ma ghandix bzonn minn jighdli x ghandi nighd ghax infurmat sew. ktibt fuq dawn l'annimali ghax huma go gruppi zaghar u b'hekk sa dan it-tant kont qieghed nitaghllem nesperimenta fil-wikipedija, il-problema tieghi li bil-malti hafna annimali m'hemmx ismijiet ghalijhom imma???.Jien qbadt nikteb dawn l-artikli ghax xbajt meta infittex xi haga insibha b'kull lingwa minbarra bil-malti u ktibt fuq sugett li nifhem halli il-prodott ikun ta kwalita.Jekk nikteb fuq il-lampuki kull ma nista nighdlek x'toma ghandhom;)

kenneth


Naqbel miegħek hawn, ikteb fuq xiex taf l-aktar u din li 'tesperimenta' kienet idea tajba ħafna. Ibqa' sejjer hekk. Tony Sammut 08:42, 24 Ottubru 2006 (UTC)[wieġeb]

Biex nara jekk bħala titlu hux miktub tajjeb?

[immodifika s-sors]

"Senġi ta' erbat iswaba" bħala titlu miktub b'malti tajjeb għax għandi dubju?

Grazzi dejjem ta l'għajnuna

Kenneth


Mela, dak it-titlu tajjeb. Li nixtieq niġbidlek l-attenzjoni imma hi fuq dawn it-titli; "Senġi ta' l-Afrika tà fuq‎" u "Senġi ta' tbajja ċari w skuri‎".

"tà" waħedha ma teżistix fil-Malti. Dak mhux apostrofu imma aċċent allura se ssibu biss fi kliem bħal "verità".
l-użu tal-"w" flok "u" evitah. Meta qed tikteb xi ħaġa formali uża dejjem l-"u". Il-"w" tintuża l-aktar minn poeti jew kittieba minħabba l-'liċenzja poetika' u bħal meta jridu jiktbu xi biċċa djalogu bejn tnejn li jużaw xi djalett eżempju. Jistgħu jagħmluha imma dak ma jkunx Malti tajjeb iżda, djalett.

Tony Sammut 13:59, 26 Ottubru 2006 (UTC)[wieġeb]

Grazzi ta' l'għajnuna dik il-problema ta' "ta'" u "tà" fil-bidu kont nagħmilha ħafna għandek raġun iżda dawk kienu artikli tal-bidu u l-llum ħadt xi partijiet minnhom biex nibni fuqhom l-artikli li għamilt il-llum u għaxaqta għax kien għad hemm "tà" :( Dik ta' "u" u "w" ma kontx naf, jien kont naħseb li minħabba il-vokali biex ma jkunux hdejn xulxin. Nipprova indaħala f'rasi u ma' nibqax nagħmilha. Skużani ta' dan il-malti disastruz li għandi imma qabel ma bdejt nikteb dawn l-artikli kont ilni ma nikteb bih mil-5th form.

Grazzi ħafna.

Kenneth


Aw, jien mhux xi professur ta! Dik tas-swaba wkoll ħawwditni lili. Biss nagħmel l-għalmu tiegħi biex nipprova nibqa' nikteb bil-Malti fejn nista' u niċċekkja kull meta jkolli xi dubju ma' persuni li vera jifhmu. Dik tat-"ta'" u t-"tà" innutajtek li rranġajtha infatti għax ma kontx għadni qed insibha. :) Semmejtha l-aktar għax inzertat dehret f'titlu t'artiklu fejn hemm għandna noqgħodu ftit aktar attenti x'niktbu. Ħaġ'oħra li nnutajt f'dan l-aħħar paragrafu hi "l'għajnuna". L-artiklu dejjem "l-" u "l'" ma teżisti mkien fil-Malti. Meta jintuża l-apostrofu ġeneralment għax hemm xi ittra 'nieqsa', eżempju "f'daru = fi daru", "b'siequ = bi siequ", "'l ommok = lil ommok".

Tony Sammut 07:04, 27 Ottubru 2006 (UTC) ;)[wieġeb]

Good Evening Kennethgrima,

Could you please write a stub http://mt.wikipedia.org/wiki/Auckland_Grammar_School - just a few sentences based on http://en.wikipedia.org/wiki/Auckland_Grammar_School? Only 2-5 sentences enough. Please. --Per Angusta 08:40, 1 Frar 2008 (UTC)[wieġeb]

Il-kliem bijoloġiku li qed tuża

[immodifika s-sors]

Hello Kenneth. Prosit tax-xogħol siewi li qed tagħmel. Naf illi hija diffiċli illi taqleb kliem bijoloġiċi mill-Ingliż għall-Malti, pero' prova kun eżatt f'dak li tikteb. Ċerti kliem qed tivvintahhom int mingħajr ma tiddiskutihom ma' Utenti oħra. Kliem bħal enkefaliżżazzjoni u nomenklatura huma kliem li ma jinstabux fuq id-dizzjunarju. Meta tittraduċi ċerti kliem mill-malti għall-ingliż mhemmx għalfejn ikun tradott direttament. Prova uża kliem alternattivi. Ċerti artikli bijoloġiċi li ktibt ma jinftehmux minn-utenti li ma jifmhux fil-bijoloġija minħabba dan il-kliem bombastiku li fihom. Il-wikipedija għandha tkun enċiklopedija universali illi kulħadd jista' jifhem. Jekk jogħoġbok prova ikteb artikli iktar spjegati u estensivi. Jien ma rridx noħloq problemi jew niġġieled ta'. Anzi hawnhekk qegħdin ngħinu lil xulxin. Qed ngħidlek dan, biex b'hekk intejbu il-wikipedija Maltija.Grazzi.

Danielborg 14:56, 1 Settembru 2008 (UTC)[wieġeb]

Mhux biex nindaħal, imma l-kelma nomenklatura hi kelma Maltija aċċettata u tinsab fid-dizzjunarju.. Prosit tax-xogħol ;) Chrisportelli 17:33, 1 Settembru 2008 (UTC)[wieġeb]

Il-kelma Nomenklatura tinsab fid-dizzjunarju ta' Joseph Aqulina. Il-kelma Enkefaliżżazzjoni jekk tigħdli f' liema artiklu qrajta tkun qed tigħni ħafna. Kif taf ktibt ħafna artikli u diffiċli biex niftakar. Kif tigħdli, lest li mmur nirranġa l-artiklu immedjatament. Nixtieq infakrek ukoll li din il-wikipedija mhijiex wikipedija tal-Malti sempliċi hija wikipedija tal-Malti. Hemm bżonn li aħna l-Maltin nibdew naċċettaw dan il-kliem kif ilhom jagħmlu popli oħrajn. L-artikli xjentifiċi fil-wikipedija Ingliża, Taljana u dik Olandiża (it-3 wikipediji li nikkonsulta magħhom jien, għax dawn huma it-3 ilsna li jien nifhem) kollha għandhom fihom dan il-kliem, kif qed issejjaħlu int bombastiku. Jien jekk naqra artiklu fuq l-ekonomija hemm kliem li ma nifhimx mal-ewwel għax mhux il-qasam tiegħi, pero ma nmurx nigħd lil min kitibhom biex ma juzax dawn il-kliem għax mhux il-lok. Kliem li ma nifhimx immur infittex xi jfisser.

grazzi

Hello Kenneth, Nixtieq niskuża ruħi dwar il-kumment ta' qabel. Nomenklatura hija kelma valida. Naf li il-bijoloġija fiha ħafna termini illi huma diffiċli biex jinqalbu bil-malti. Mill-lum il-quddiem nipprova niddiskuti iktar. Naħseb kulħadd jrid li l-wikipedija timxi l-quddiem. Jien bħalissa qed naħdem fuq in-nannakoli komuni li jinsabu Malta.

Nixtieq insaqsik x'kelma nista' nuża għall-exoskeleton...... egżoskeletru, ekżoskeletru, eksoskeletru jew xi kelma oħra?

Nirringrazzjak tax-xogħol kollu li għamilt! Danielborg 15:26, 3 Settembru 2008 (UTC)[wieġeb]

Exoskeleton bil-Malti hija Esoskeletru u tinsab fid-dizzjunarju ta' Joseph Aquilina. Tista tikteb fil- () ma ġenb il-kelma "sistema skeletrika esterna, skeletru estern jew fuq barra, kisja jew qoxra iebsa minn barra fuq ġisem ta' annimal"

nispera li kont ta' għajnuna.

Kenneth Grima

Traduzzjoni għall-Malti

[immodifika s-sors]

Billi int intiż fis-suġġett bijoloġiku, tista' tgħidli kif jissejjaħ bil-Malti l-għasfur "Hoopoe" għax utent minn fuq il-Wikipedija Ingliża għamel rikjesta għat-titlu bil-Malti ta' dan l-għasfur. Grazzi. Chrisportelli (d) 09:15, 3 Novembru 2008 (UTC)[wieġeb]

"Hoopoe" bil-Malti hija Daqquqa tat-toppu. Nispera li kont ta' għajnuna, fejn nista' dejjem lest li nagħti daqqa t' id.

Kenneth Grima

Grazzi mill-ġdid Chrisportelli (d) 07:59, 4 Novembru 2008 (UTC)[wieġeb]


Għandna bil-Malti xi traduzzjoni għal Phalacrocorax auritus għax fuq is-sit tal-birdlife ma stajtx insibu. —Chrisportelli (d) 14:42, 25 Mejju 2009 (UTC)[wieġeb]

Tnejn mill-ispeċi tal-generu Phalacrocorax li huma Phalacrocorax coronatus u Phalacrocorax carbo jissejjhu margun tat-toppu u margun rispettivament filwaqt l-ispeċi Phalacrocorax aristotelis tissejjah il-kormoran iz-zghir. L-ispeċi Phalacrocorax auritus Double-crested Cormorant it-traduzzjoni eżatta bil-malti ma sibtix u għandi dubji jekk għandniex. Wieħed jista juza jew il-margun tal-għalla doppja jew il-kormoran tal-għalla doppja. Infatti bl-Ingliż ukoll hemm aktar minn isem komuni wieħed. Jien ser inkompli infittex pero ma ninsewx li annimali jew ghasafar li ma jpassux Malta ma tantx ser issib isem komuni tagħhom qed ingħidlek b' esperjenza pero li wieħed jagħmel sforz u jfittex ftit qabel ma jagħmilx ħażin.

Kenneth Grima

Ghadni kif inotajt li l-ispeċi li bl-Ingliż jissejħu shags bħal Phalacrocorax aristotelis bil-malti jissejħu kormoran, filwaqt li dawk li bl-Ingliż jissejħu cormorant bħal Phalacrocorax coronatus u Phalacrocorax carbo bil-malti jissejħu margun.

Kenneth Grima

Sibt dokument tal-Parlament Ewropew tradott bil-malti u jsejjaħ l-ispeċi tal-generu Phalacrocorax kollettivament bħala marguni. http://209.85.135.132/search?q=cache:tGSzNdEoVf8J:www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do%3FpubRef%3D-//EP//NONSGML%2BCOMPARL%2BPE-409.406%2B02%2BDOC%2BPDF%2BV0//MT%26language%3DMT+Phalacrocorax+huma+l-ghasafar&cd=2&hl=mt&ct=clnk&gl=mt.

Kenneth Grima

Evoluzzjoni

[immodifika s-sors]

Kenneth,
għadni kif spiċċajt nittraduċi mill-Ingliż l-artiklu Evoluzzjoni. Billi jien mhiniex bijologu u naf li int għandek interess fil-bijoloġija, qiegħed nitolbok tagħmilli pjaċir u tagħtih daqqa t'għajn biex inkun żgur li ma fihx xi ereżiji bijoloġiċi.
Grazzi u saħħa
Leli Forte (d) 10:18, 14 Lulju 2009 (UTC)[wieġeb]

Kenneth
Sfortunatament "bugeddum" hu għasfur (pyrrhula europea), allura bdilt "bugeddum" f'"sorċid".
Leli Forte (d) 12:08, 6 Jannar 2014 (UTC)[wieġeb]

ghamilt hazin hafna kellek tfittex qabel ma thawwad.

xi hsibt li qbadt u biddilt kollox b'kapriċċ

Global account

[immodifika s-sors]

Hi Kennethgrima! As a Steward I'm involved in the upcoming unification of all accounts organized by the Wikimedia Foundation (see m:Single User Login finalisation announcement). By looking at your account, I realized that you don't have a global account yet. In order to secure your name, I recommend you to create such account on your own by submitting your password on Special:MergeAccount and unifying your local accounts. If you have any problems with doing that or further questions, please don't hesitate to contact me on my talk page. Cheers, DerHexer (d) 21:36, 16 Jannar 2015 (UTC)[wieġeb]

Lepus yarkandensis

[immodifika s-sors]

Dear Kennethgrima! Could you publish your wonderful photo Stampa:Liepru ta' Yarkand- Lepus yarkandensis.jpg there [3]/ Thank you very much in advance. Hunu (d) 16:28, 18 Novembru 2020 (UTC)[wieġeb]