Diskussjoni mudell:CEE Spring 2022
Dehra
Artiklu mal-pajjiż
[immodifika s-sors]Għamilt xi tibdiliet biex l-artiklu jiġi inkluż ma' minn, pereżempju minn Italja -> mill-Italja. Jista' xi ħadd ikompli l-bibliet. Ma nafx biżżejjed. Grazzi. Leli Forte (d) 11:47, 9 Ġunju 2022 (UTC)
- Idea tajba din. Sfortunatament l-amenda tiegħek kissret il-mudell però, fis-sens li ma kienx għadu juri l-pajjiż/lingwa li minnha ġej is-sors oriġinali fuq l-artikli fejn iddaħħal diġà. Ma ġara xejn b'daqshekk għax erġajt għamiltu kif kien, tal-anqas għalissa.
- Dan il-mudell intenzjonat l-aktar biex titħaddem din il-paġna tal-istatistika fuq Meta. L-utent li joħloq il-paġna/artiklu huwa rreġistrat b'mod ieħor, għax ikun irreġistra għall-konkors tal-kitba. Mhux ideali, imma hekk jidhirli li jitħaddem dan il-mudell anke fil-lingwi/pajjiżi l-oħra li qed jieħdu sehem. Grazzi ħafna tal-interess! -- ToniSant (d) 12:56, 9 Ġunju 2022 (UTC)