Diskussjoni:Storja ta' Malta

Page contents not supported in other languages.
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Jien student tal-Form 2 u waqt li kont qed nagħmel proġett ta' l-iskola fuq il-Medjuevu, u meta qrajt l-iformazzjoni tal-Meduevu, rajt illi hemm ċertu żballji. Dawn huma: 1. Il-Konti Ruġġieru I, MHUX VERA illi ipprova jieħu lil Malta taħt idejh! Dan hu l-informazzjoni li ġie irranġat minni: Fl-1091 Il-Konti Ruġġieru I ta' Sqallija, pprova jwaqqaf il-ħakma Normanna f'Malta (iżda kellu ftehim mal-Qadi (mexxej Għarbi f' Malta) biex jeħles l-Insara mill-ħabs, jgħati flus, żwiemel u ħafna mill-ġid li kellu l-Qadi, il-Qadi m' għandux jattakka lil Sqallija (fejn Il-Konti Ruggieru I kellu il-ħakma tiegħu hemmek) u meta l-Qadi jkollu xi atttak, Il-Konti Ruġġieru għandu jgħinu. 2. Il-Konti Ruġġieru II MA KEĊĊIEX LIL GĦARAB! Hu ħalliehom jgħixu hemm. Il-Ħaġra Ta' Majmuna turina dan. 3. L-infuwenza Għarbija ma spiċċatx wara il-Konti Ruġġieru II ħa lil Malta. 4. Ma' L-Universita' kien hemm il-Kunsill Popolari.

Din hi l-informazzjoni irranġata minni: "Il-Medjuevu, bħal ma nafu, Malta ma kinitx indipendenti, u dejjem kienet taħt xi ħakma barranija. Ma kienux żmieijiet sbieħ għal Malta, għax kien hawn il-faqar. Fl-1091 Il-Konti Ruġġieru I ta' Sqallija, pprova jwaqqaf il-ħakma Normanna f'Malta (iżda kellu ftehim mal-Qadi (mexxej Għarbi f' Malta) biex jeħles l-Insara mill-ħabs, jgħati flus, żwiemel u ħafna mill-ġid li kellu l-Qadi, il-Qadi m' għandux jattakka lil Sqallija (fejn Il-Konti Ruggieru I kellu il-ħakma tiegħu hemmek) u meta l-Qadi jkollu xi atttak, Il-Konti Ruġġieru għandu jgħinu. U fl-1127 ibnu Ruġġieru II ta' Sqallija irnexxielu (imma xorta waħda ħalla lil Għarab jgħixu f' Malta). Minn hawn beda l-influwenza ta' dik Ewropea u dik Nisranija. Sas-seklu 13, f'Malta xorta baqa' element mdaqqas ta' Misilmin. Malta kienet appendaġġ ta' Sqallija għal 440 sena. Matul dan il-perijodu, Malta kienet mibjugħa lil diversi sidien fewdali u baruni, u kienet dominata suċċessivament mill-ħakkiema tal-Iswabja, Akwitanja, Aragona, Kastilja, u Spanja. Fl-aħħar Aragona - li kienet qed taħkem il-gżejjer- ingħaqdet ma' Kastilja fl-1479, u Malta saret parti mill-Imperu Spanjol. L-Amministrazzjoni tal-gżejjer b'hekk waqgħet f'idejn in-nobbiltà Maltija, ħafna minna b'oriġini Sqallija jew Spanjola, li kienu jiffurmaw l-Università. Magħha kien hemm il-Kunsill Popolari, grupp ta' nies li ġew mgħażulin mill-poplu biex jitkellmu f' isem in-nies komuni, il-poplu Malti. F' xi parti ta' dawn iż-żminijiet, il-Maltin kienu jgħixu f' għerien u minn meta ġew in-Normanni, il-Knisja Nisranija reġgħet ħadet ir-ruħ għax in-Normanni influwenzaw ir-reliġjon tal-Maltin, in-numru ta' insara Maltin bdiet tikber."

Iżda meta kont ħa nissejvja ġietni ibblokkjata għax ħasbu li hi 'spam' Tistgħu tirranġaw l-informazzjoni. L-informazzjoni li tajt jiena huwa ċert li m' hemmx żballji.