Diskussjoni:Park ta' Muskau
Dehra
Il-paġna „Park ta' Muskau“ kienet maħluqa bħala parti mill-konkors Rebbiegħa CEE 2021 minn Utent:Trigcly jew ittejbet bħala parti mill-proċess. Din il-paġna hija parti mill-konkors minn Polonja. |
Isem tal-artiklu
[immodifika s-sors]L-isem ta' dan l-artiklu għandu jkun jew '''Park ta’ Muskau''' inkella '''Park ta’ Mużakowski''' bl-isem l-ieħor iservi bħala rindirizz. Se nieħu azzjoni fuq dan però napprezza fehma jew fehmiet dwar liema għandu jkun l-isem prinċipali u liema r-rindirizz. Grazzi. ToniSant (d) 10:48, 16 Mejju 2021 (UTC)
- @Trigcly: Jidher li hemm bżonn ukoll modifiċi fl-artiklu biex ikun iċċarat l-isem ipprefert. Iż-żewġ ismijiet ikunu indikati fl-ewwel sentenza imma l-kumplament tal-artiklu juża l-isem ippreferit u mhux t-tnejn. -- ToniSant (d) 10:53, 16 Mejju 2021 (UTC)
- @ToniSant: Peress li s-sit huwa transnazzjonali (hu jappartjeni liż-żewġ pajjiżi Polonja/Ġermanja ndaqs), imxejt mat-titlu uffiċjali tal-UNESCO li juża ż-żewġ varjanti bħala isem uffiċjali wieħed. Ħassejt li jkun iktar newtrali hekk għax il-Pollakki se jirreferu għalih bħala Mużakowski filwaqt li l-Ġermaniżi se jirreferu għalih bħala Muskau. Madankollu, b'konsistenza mal-lingwi Rumanzi l-oħra se nagħti preferenza lill-isem Ġermaniż Park ta’ Muskau. Grazzi.
- @ToniSant: Għamilt ir-rindirizz għall-isem Pollakk u neħħejt l-okkorrenzi bl-isem doppju.
- Tajjeb. Grazzi, Trigcly. Park ta’ Mużakowski ukoll rindirizzat għall-artiklu prinċipali. Naħseb li hekk ġejna tajjeb issa. Il-qofol ta' kollox huwa li nużaw rindirizz/i flok isem kumpless f'każi bħal dawn. --ToniSant (d) 14:06, 16 Mejju 2021 (UTC)