Diskussjoni:Pajjiżi Baxxi

Page contents not supported in other languages.
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

L-isem uffiċjali skont kif mogħti mill-UE hu Olanda (ref) u diversi dokumenti minn siti tal-gvern ta' Malta juru li l-isem li għandu jintuża huwa Olanda ([1], fost oħrajn). Riċerka ħafifa fuq Google turi li fil-fatt hemm aktar minn 155,000 riżultat ta' siti Maltin li jużaw Olanda. Vera li l-isem uffiċjali huwa Pajjżi Baxxi però hawn Malta ftit (jew rari) li jintuża dak l-isem f'dokumenti, rapporti, fil-Malti mitkellem, etċ. Nistgħu nirranġaw l-introduzzjoni hekk:

L-Olanda jew il-Pajjiżi Baxxi (bl-Olandiż: Nederland) huwa pajjiż fl-Ewropa.

Għar-reġjun li jġib l-isem ta' Holland, il-paġna rispettiva għandha tissemma Olanda (reġjun). —Chrisportelli (d) 15:23, 15 Ġunju 2011 (UTC)[wieġeb]