Diskussjoni:Mata Hari
Dehra
Mata Hari hu artiklu fil-Vetrina; dan l-artiklu (jew verżjoni preċedenti tiegħu) ġie identifikat bħala wieħed mill-aqwa artikli prodotti mill-komunità tal-Wikipedija. Anke jekk għandu dan l-istatus, inti tista' taġġornah u ttejbu, dejjem b'fini tajba. | |
Il-verżjoni tal-artiklu tat-30 ta' April 2011 dehret fil-Paġna prinċipali tal-Wikipedija Maltija matul ix-xahar ta' Mejju 2011. |
Diskussjoni
[immodifika s-sors]Sibt xi kliem li ma tantx laqtuni f'dan l-artiklu u nixtieq nara l-opinjoni tagħkom:
- Margaretha wieldet tifel, li..., għas-sena tas-sentenza "wieldet" mhuwiex il-verb it-tajjeb (forsi 'weldet'? minn 'twelled')
- affaxxinaha bil-ġdudija eżotika, "ġdudija" ċertament li ma teżistix fil-Malti
Nixtieq nara x'taħsbu :) —Chrisportelli (d) 19:26, 5 April 2011 (UTC)
- Naħseb il-kelma hi "welldet" minn "welled". "ġdudija" lanqas jien qatt ma smajtha; Niċċekkja f'Aquilina. Nistgħu nużaw "novità". Leli Forte (d) 08:24, 6 April 2011 (UTC)
"ġdudija" mhux qegħda f'Aquilina. Leli Forte (d) 13:41, 7 April 2011 (UTC)
- "novità" lanqas naraha daqshekk "Maltija". Nixtieq li kieku nsibu sostitut tajjeb għaliha. —Chrisportelli (d) 18:25, 7 April 2011 (UTC)
Qegħda-Qegħdha
[immodifika s-sors]Chris naħseb li għandek żball: "qegħdha" tfisser "qiegħed lilha". qegħda -> qegħdin, qegħdha -> qegħdhom. Awguri, Leli Forte (d) 07:40, 1 Mejju 2011 (UTC)
- Kont naħsibha differenti :S Se nirranġahom issa ;) —Chrisportelli (d) 08:27, 1 Mejju 2011 (UTC)