Aqbeż għall-kontentut

Diskussjoni:Filosofija

Page contents not supported in other languages.
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

work in progress! - Drinu (d) 15:55, 14 Diċembru 2011 (UTC)[wieġeb]

Naħseb aħjar jisemma "Filosofija". 19:57, 14 Diċembru 2011 (UTC)

Għażilt "Il-Filosofija" biex niddistingwi d-dixxiplina akkademika minn użu iktar vernakulari u wiesa', li wkoll ħaqqu paġna ddedikata. X'taħseb? - Drinu (d) 06:28, 15 Diċembru 2011 (UTC)[wieġeb]

Naħseb aħjar "Filosofija" għax min ifittex dik ħa juża. Jekk tħares lejn il-wiki tal-lingwi l-oħra tara li mbagħad hemm ħafna tipi oħra ta' filosofija. Leli Forte (d) 10:47, 15 Diċembru 2011 (UTC)[wieġeb]

"Circular argument" = "raġunament ċirkolari"? Leli Forte (d) 10:56, 15 Diċembru 2011 (UTC)[wieġeb]


Re. Circular argument... tassew! Qabżitli! Grazzi.

Bħala dixxiplina akkademika - li taħtha jaqgħu diversi forom ta' filosofija b'korp istituzzjonalizzat ta' xogħlijiet - naħseb li għandha tieħu l-artiklu. Tista' faċilment tinfetaħ il-paġna "Filosofija", b'auto-forwarding għal "Il-Filosofija".

Għall-kuntrarju tal-Ingliż, bil-Malti wieħed ma jgħidx, "Iggradwajt f'Filosofija", għax ir-risposta tkun, "x'filosofija hi li ggradwajt fiha?", imma jgħid, "Iggradwajt fil-Filosofija", bl-artiklu. L-argument jinqaleb fil-każ tal-Ingliż: "I graduated in the Philosophy"; "The philosophy of what?". L-istess ħaġa bit-Taljan.

- Drinu (d) 12:07, 15 Diċembru 2011 (UTC)[wieġeb]

Inħalli f'idejk. Grazzi għax li qiegħed tagħmel. Leli Forte (d) 14:07, 15 Diċembru 2011 (UTC)[wieġeb]

Xogħol in progress

[immodifika s-sors]

Dan l-artiklu se jintjieb b'traduzzjoni tal-artiklu bl-Ingliż - li huwa kategorizzat bħala artiklu fil-vetrina. DannyRogers800 (d) 02:48, 10 Frar 2024 (UTC)[wieġeb]