Diskussjoni:Evoluzzjoni
Dan l-artiklu hu kandidat għal post fil-vetrina. Artiklu fil-vetrina jrid jissimbolizza l-aqwa xogħol tal-Wikipedija, u b'hekk huwa mistenni li jilħaq il-kriterji stabbiliti. Jekk jogħġbok ħossok liberu li |
Vokabularju għad-diskussjoni
[immodifika s-sors]- "gene pool" = "patrimonju ġenetiku" (din hadtha mill-Franċiż)
- "pair"(verb) = "ippareġġja"
- "pride"(of lions) = "familja"
- "barrier" = "ostaklu" ("barriera"="quarry")
- "genus" = "ġenu"
Leli Forte (d) 13:52, 3 Ġunju 2009 (UTC)
- Dawn il-kliem u verbi trid toħodhom skont il-kuntest. Tista' tpoġġihom hawn kif inhuma mdaħħlin? —Chrisportelli (d) 13:57, 3 Ġunju 2009 (UTC)
- Sibt xi kliem, genus --ġeneru, pride --familja, imma l-oħrajn aħjar kif inhuma fit-test. —Chrisportelli (d) 13:58, 3 Ġunju 2009 (UTC)
Grazzi Chris, "ġeneru" aħjar minn "ġenu". Ħu paċenzja arahom fil-paġna.
Leli Forte (d) 14:10, 3 Ġunju 2009 (UTC)
- Minn fejn għamilt it-traduzzjoni, mill-wiki Franċiża, ħalli nkun naf sew.. jekk għandek xi sors ieħor ma jimpurtax ;) —Chrisportelli (d) 14:27, 3 Ġunju 2009 (UTC)
Bdejt mill-artiklu bill-Franċiż imma ma sibtux serju ħafna, allura erġajt bdejt mill-Ingliż. Minn sezzjoni 3 'l hemm tagħtix każha.
Leli Forte (d) 14:46, 3 Ġunju 2009 (UTC)
- "pair" f'dan il-każ hu użat bħala verb. Ippareġġja tfisser fi kliem sempliċi "ġab l-istess", "ugwalja", meta fil-fatt mhux hu l-veru sinjifikat fis-sentenza. Jien ma tantx nifhem f'dan is-suġġett, u ma nafx x'nista' nipproponi għal tifsira. Irrid l-ewwel nifhem xi tfisser eżatt, għax għandi f'moħħi ħsieb u ma rridx li mmur żmerċ għax ma nkunx fhimtu. —Chrisportelli (d) 17:07, 3 Ġunju 2009 (UTC)
Nerġa' mmur fuq genus. Fuq id-dokument Deċiżjonijiet (paġna 5, sezzjoni 2.4) rajt li tintuża' ġenus bil-Malti. Naħseb li aħjar mela nirreveduha. U rajt ukoll, li mhux analisi tintuża' iżda analiżi biż-ż (ref. mill-istess dokument, paġna 4, sezzjoni 2.1.2). —Chrisportelli (d) 12:56, 4 Lulju 2009 (UTC)
- "ġenus" ma ddoqqlix, għax "genus" hi kelma bil-Latin (pl genera) u għalhekk jekk nużawha għandna nħalluha "genus". Aquilina u Busuttil jagħtu "analisi"! Leli Forte (d) 09:41, 5 Lulju 2009 (UTC)
- Issa niċċekkja fuqhom u nerġa' nkellmek, għax ninsab konfuż fuq liema għandna nużaw, u fuq analiżi/analisi naħseb li din hi kwistjoni fonetika.. —Chrisportelli (d) 11:03, 5 Lulju 2009 (UTC)
- Tkellimt ma' utent u dan qalli li bħalissa l-Kunsill għad irid jieħu deċiżjoni fuq kif kliem, bħala analiżi/analisi (dipendenti fuq il-fonetika) għandhom jiġu miktuba. Għal genus għandna nużaw ġenus u plural ġenera. Nispera li għint. 12:08, 5 Lulju 2009 (UTC)
Rajt daqxejn l-artikli rispettivi ta' wikis oħrajn fuq l-biċċa xogħol ta' Darwin, "On The Origin of Species", u l-wikis prinċipali jsemmu dan id-dokument bħal L'origine delle specie (it), L'Origine des espèces (fr) u El origen de las especies (es). Aħna konna qed nużaw "Fuq l-oriġini tal-ispeċi" li hi traduzzjoni kemmxejn kelma b'kelma tat-titlu bl-Ingliż. X'taħseb li kieku nużaw sempliċement "L-Oriġini tal-ispeċi"/"L-oriġini tal-ispeċi". —Chrisportelli (d) 20:12, 20 Lulju 2010 (UTC)
"L-orġini tal-ispeċi" jew "Dwar l-orġini tal-ispeċi", it-tnejn tajbin, imma "oriġni" aħjar minn "oriġini" fil-Malti. Fl-artiklu fuq Darwin użajt "Dwar l-orġini tal-ispeċi". Leli Forte (d) 21:47, 20 Lulju 2010 (UTC)
- Naqbel mal-użu ta' "L-oriġni tal-ispeċi" bħala l-isem ta' dan is-saġġ hekk importanti. —Chrisportelli (d) 10:49, 21 Lulju 2010 (UTC)