Aqbeż għall-kontentut

Derorhynchidae

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Derorhynchidae
Klassifikazzjoni xjentifika
RenjuAnimalia
PhylumChordata
KlassiMammalia
OrdniDidelphimorphia
familja Derorhynchidae
,

Derorhynchidae hija familja ta' mammiferi estinti, eżattament l-opossumi jew mammiferi marsupjali qishom opossumi.

Din il-familja qiegħda klassifikata fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali), fis-superordni Ameridelphia (il-marsupjali Amerikani minnbarra l-kolokolo), fl-ordni Didelphimorphia u fis-superfamilja Didelphoidea ma' bosta familji oħra (in-numru ta' familji jiddependi mill-iskema ta' klassifikazzjoni li wieħed isegwi), kemm estinti kif ukoll ħajjin sal-llum).

Bħalissa il-familja Derorhynchidae tikkonsisti minn ftit speċi miġburin fiż-żewġ ġeneri Derorhynchus u Minusculodelphis. Uħud mill-ispeċi fossili f'din il-familja, instabu fuq il-gżira ta' Seymour, tal-Peninżula Antartika, fil-formazjoni "La Meseta" ta' l-Eocene Nofsani.[1]

Lista ta' uħud mill-ispeċi tal-familja Derorhynchidae

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Familja Derorhynchidae
    • Ġeneru Derorhynchus (Paula Couto, 1962)
      • Derorhynchus singularis (Paula Couto, 1962)
    • Ġeneru Minusculodelphis (Paula Couto, 1962)
      • Minusculodelphis minimus (Paula Couto, 1962)