Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Davis
Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Davis | |
---|---|
Stat ta' konservazzjoni | |
Vulnerabbli (IUCN 3.1) | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Klassi | Mammalia |
Ordni | Lagomorpha |
Familja | Leporidae |
Ġeneru | Sylvilagus |
speċi | Sylvilagus robustusu Sylvilagus holzneri Bailey, 1905
, |
Distribuzzjoni ġeografika | |
Il-fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Davis jew fenek robust, li hu magħruf xjentifikament bħala Sylvilagus robustus huwa mammiferu plaċentat tad-Dinja l-Ġdida u membru tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu). Dan id-denb qotni huwa nattiv tal-kontinent tal-Amerika ta' Fuq, endemiku tal-Istati Uniti.
Dan id-denb qotni huwa simili ħafna tal-fenek ta' denbu qotni tal-Lvant (Sylvilagus floridanus) u diffiċli ħafna biex jingħarfu minn xulxin. Il-fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Davis żmien ilu kien meqjus bħala sottospeċi tal-fenek ta' denbu qotni tal-Lvant.
Sylvilagus floridanus robustus huwa sinonimu jew l-istess bħal u jirreferi għal Sylvilagus robustus ta' Bailey (1905).
Distribuzzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Il-fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Davis huwa speċi ta' denb qotni li hija ristretta u għandha distribuzzjoni fuq il-Muntanji Davis biss, endemiku tal-istat tat-Texas, fl-Istati Uniti f'arja mhux protetta bejn Guadalupe u l-Park Nazzjonali ta' Big Bend.
Klassifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Dan il-fenek huwa wieħed minn disa' speċi ta' dnieb qotna, li qegħdin klassifikati fis-sottoġeneru Sylvilagus u m'hemmx sottospeċi rikonoxxuti.
- Ordni Lagomorpha
- Familja Leporidae
- Sottofamilja Leporinae
- Tribù Leporini
- Ġeneru Sylvilagus
- Sottoġeneru Sylvilagus
- Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Davis, Sylvilagus robustus
- Sottoġeneru Sylvilagus
- Ġeneru Sylvilagus
- Tribù Leporini
- Sottofamilja Leporinae
- Familja Leporidae
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Hoffmann, Robert S.; Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
- The Paleobiology Database.
- Tassonomija tal-Mammiferi.