Darkroom
Id-darkroom hija kamra mudlama li tintuża għall-ipproċessar ta' film fotografiku, biex isiru stampi u jitwettqu aspettii oħra assoċjati magħhom. Hija kamra li tista' tiddallam kompletament biex tippermetti l-ipproċessar ta' materjali fotografiċi sensittivi għad-dawl, inklużi film u karta fotografika. Fost it-tagħmir jintuża fid-darkroom insbibu l-enlarger (apparat li jkabbar), friskaturi għall-kimiċi, u ilma ġieri.
It-terminu "darkroom" huwa użat komunament fil-Malti u m'hemmx kelma jew terminu differenti li huwa użat għal din it-tip ta' kamra. Fid-dizzjunarju ta' Ġużè Aquilina, flok kelma bl-Malti għal darkroom, insibu: "kamra fejn jiġu esklużi r-raġġi attiniċi sabiex jiġu żviluppati ritratti, films, eċċ."[1]
Id-darkroom ilha tintuża sa mill-invenzjoni tal-fotografija fil-bidu tas-seklu 19. Hemm diversi tipi ta' spazji li jissejħu darkroom, mill-ispazju elaborat użat mill-fotografu Amerikan Ansel Adams [2] għal vagun tal-ambulanza addatat għall-użu ta' Timothy H. O'Sullivan waqt il-gwerra ċivili fl-Istati Uniti.[3] Mill-iżvilupp inizjali tal-film sal-ħolqien tar-ritratti stampati, il-proċess tal-kamra mudlama jippermetti kontroll sħiħ fuq il-mezz ta' riproduzzjoni.
Minħabba l-popolarità tal-fotografija bil-kulur u l-kumplessità tal-ipproċessar tal-film bil-kulur u l-istampar ta' ritratti bil-kulur kif ukoll bl-introduzzjoni tat-teknoloġija tal-fotografija instantanja u aktar tard fotografija diġitali, l-użu tad-darkroom naqas sew fil-popolarità sal-bidu tas-seklu 21. Xorta waħda għadek issibhom f'ċertu skejjel, speċjalment universitajiet, u fl-istudjos ta' fotografi professjonali.
Użu ieħor għad-darkroom jinkludi l-ittestjar mhux distruttiv, bħall- ispezzjoni tal-partiċelli manjetiċi.
Tagħmir tad-darkroom
[immodifika | immodifika s-sors]Fil-biċċa l-kbira tad-darkroom, apparat li jkabbar l-immaġni jintuża regolarment. Imsejjaħ enlarger, dan l-apparat ottiku huwa simili għal slide projector, li jipproġetta dawl fuq in-negattiva tal-immaġni fuq bażi, b'mod fin jikkontrolla il-fokus, l-intensità u t-tul tad-dawl, li huwa użat għall-istampar. Folja ta' karta fotografika hija esposta għad-dawl li jgħaddi min-negattiva, li jirriżulta f'verżjoni pożittiva tal-immaġni fuq il-karta.
Meta jiġu stampati ritratti b-iswed u abjad, huwa komunement jintuża safelight biex idawwal iż-żona tax-xogħol. Peress li l-maġġoranza tal-karti suwed u bojod huma sensittivi għal dawl blu biss, jew għal dawl blu u aħdar, dawl ta' kulur aħmar jista' jintuża b'mod sikur mingħajr ma jesponi l-karta għall-impatt tad-dawl.
ll-karti tal-istampar bil-kulur, li huma sensittiva għall-partijiet kollha tal-ispettru viżibbli, jinżammu f'dlam totali sakemm l-istampar ikun weħel sew mal-karta.
Użu ieħor għad-darkroom huwa li iddaħħal u toħroġ il-film mill-kameras, f'każ li ma jkunx safefilm jew detenturi tal-films li jeħtieġu dlam totali. Mingħajr kamra mudlama, fotografu jista' jagħmel użu minn borża żgħira b'toqob ta' driegħ bil-kmiem iddisinjati apposta biex ikunu kompletament reżistenti għad-dawl u użati biex jippreparaw film qabel l-espożizzjoni jew l-iżvilupp. Din tissejjaħ changing bag.
L-ipproċessar tal-istampar
[immodifika | immodifika s-sors]Waqt l-espożizzjoni, il-valuri fl-immaġini jistgħu jiġu aġġustati, ħafna drabi bit-tnaqqis tal-ammont ta' dawl f'żona speċifika ta' immaġini billi timblokka d-dawl għaliha b'mod selettiv għal parti jew il-ħin kollu tal-espożizzjoni; proċess imsejjaħ dodging. Proċess ieħor jagħti espożizzjoni addizzjonali għal żona speċifika ta' immaġni billi tesponiha biss filwaqt li timblokka d-dawl għall-bqija. Filtri, ġeneralment biċċiet irqaq ta' plastik ikkulurit, jistgħu jintużaw biex iżidu jew inaqqsu l-kuntrast ta' immaġini (id-differenza bejn toni skuri u toni ċari). Metodu ieħor ta' stampar fotografiku, imsejjaħ "split filter printing", huwa fejn il-fotografu jiddetermina żewġ ħinijiet ta' espożizzjoni separati billi juża żewġ filtri separati (tipikament 0 jew 00, u 5) biex joħloq stampa waħda.[4] Dan il-metodu jippermetti lill-fotografu jikseb firxa tonali wiesgħa, b'punti ewlenin dettaljati u firxa ta' toni suwed skuri. Wara l-espożizzjoni, il-karta tal-istampar fotografiku (li għadha tidher vojta) hija lesta biex tiġi pproċessata.[bżonn referenza]
Il-fotografi ġeneralment jibdew jistampaw roll ta’ film billi jagħmlu dik li tissejjaħ contact print tan-negattivi tagħhom biex jużawhom bħala referenza malajr ħalli jiddeċiedu liema immaġini jkabbru.
Il-karta li ġiet esposta tiġi pproċessata, l-ewwel permezz ta' immersjoni f'iżviluppatur fotografiku, l-iżvilupp jitwaqqaf f'stop bath, u l-immaġn titwaħħal mal-karta bil-fixer. L-istampa imbagħad tjinħasel biex jitneħħew il-kimiċi tal-ipproċessar u titnixxef. It-tnixxif spiss isir billi l-karta fotografika tiddendel ma' spaga jew ħabel fid-darkroom stess. Hemm passi oħra li jistgħu jintużaw fil-proċess, bħal per eżempju t-toning.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Aquilina, Joseph (2006). Concise Maltese-English, English-Maltese dictionary. Sta Venera, Malta: Midsea Books. p. 549. ISBN 9993270709.
- ^ "Black and White Photography - Darkroom Layout & Equipment". Danmassey.co.uk. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-08-28. Miġbur 2011-08-02.
- ^ "for history". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2019-10-24. Miġbur 2011-08-02.
- ^ "Split Filter Printing Darkroom Technique | Guide to Film Photography". www.guidetofilmphotography.com. Miġbur 2016-01-14.